Skejjel tal-Knisja

Għal informazzjoni dwar l-iskejjel tal-Knisja disponibbli f’kull livell tad-dħul agħfas hawn

PROĊESS TAD-DĦUL FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA F’MALTA 2024-2025

Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta jiddetermina d-dħul fl-ewwel u t-tieni sena kindergarten, fl-ewwel sena primarja u fl-ewwel sena sekondarja. 

Il-proċess tad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex jiddetermina d-dħul fl-ewwel sena kindergarten u fl-ewwel sena sekondarja. 

Id-dħul fl-iskejjel tal-Knisja huwa marbut mas-sena tat-twelid.  Applikazzjonijiet għad-dħul fil-livelli differenti għandhom isiru skont kif spjegat fir-regolamenti li jinstabu hawn taħt skont il-livell tad-dħul.

Għal informazzjoni ġenerali dwar dħul fl-iskejjel tal-Knisja kkuntattjana fuq [email protected] jew 2203 9360 bejn is-7:30 u t-15:00, ġranet tax-xogħol.

Regulations for Asylum Seekers

Click here to download Church School Entry Regulations for Asylum Seekers

Poloz u Reġistrazzjoni għal Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta

Dawn l-avvenimenti kollha ser jittellgħu u jixxandru dirett fuq www.knisja.mt, kif ukoll fuq il-Youtube Channel tal-Arċidjoċesi.

Reġistrazzjonijiet

Reġistrazzjoni Kinder 1 – GħawdexFilmatIrreġistratiWaiting List

Riżultati tal-Poloz

Polza Kinder 1 – GħawdexFilmatRiżultati skont il-KunjomRank Order
Polza Form 1 Subien – Għawdex FilmatRiżultati skont il-KunjomRank Order
Polza Form 1 Bniet – Għawdex FilmatRiżultati skont il-KunjomRank Order

Listi ta’ Parteċipanti – Poloz Każijiet Serji

L-Ewwel Kriterju

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Primarja Subien Każijiet Serji tal-Ewwel Kriterju
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Primarja Bniet Każijiet Serji tal-Ewwel Kriterju
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Sekondarja Subien Każijiet Serji tal-Ewwel Kriterju
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Sekondarja Bniet Każijiet Serji tal-Ewwel Kriterju

It-Tielet Kriterju

Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Kindergarten Subien Każijiet Serji tat-Tielet Kriterju
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Kindergarten Bniet Każijiet Serji tat-Tielet Kriterju
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għat-Tieni Sena Kindergarten Subien Każijiet Serji tat-Tielet Kriterju
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għat-Tieni Sena Kindergarten Bniet Każijiet Serji tat-Tielet Kriterju
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Primarja Subien Każijiet Serji tat-Tielet Kriterju
Agħfas hawn biex tniżżel il-lista ta’ parteċipanti fil-polza għall-Ewwel Sena Primarja Bniet Każijiet Serji tat-Tielet Kriterju

POLOZ U REĠISTRAZZJONI GĦAWDEX
POLZA GĦAWDEX KINDER 1 Ħ 21 MARZU 9:30
POLZA GĦAWDEX FORM 1 SUBIEN Ħ 21 MARZU 11:00
POLZA GĦAWDEX FORM 1 BNIET Ħ 21 MARZU 11:30
REĠISTRAZZJONI GĦAWDEX KINDER 1 E 27 MARZU 9:30
POLOZ U REĠISTRAZZJONI MALTA
POLZA KAŻIJIET SERJI KRITERJU 1
POLZA KAŻIJIET SERJI KRITERJU 3
Ġ 05 APRIL
Ġ 05 APRIL
9:30
10:30
     
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI FORM 1 SUBIEN
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI FORM 1 BNIET
TL 09 APRIL
TL 09 APRIL
9:30
11:00
     
POLZA TAL-GĦAŻLA FORM 1 SUBIEN
POLZA TAL-GĦAŻLAFORM 1 BNIET
Ġ 12 APRIL
Ġ 12 APRIL
9:30
11:00
     
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI YEAR 1 SUBIEN
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONIYEAR 1 BNIET
TL 16 APRIL
TL 16 APRIL
9:30
12:00
     
POLZA TAL-GĦAŻLA YEAR 1 SUBIEN
POLZA TAL-GĦAŻLA YEAR 1 BNIET
Ġ 19 APRIL
Ġ 19 APRIL
9:30
11:00
     
POLZA TA’ PARTEĊIPAZZJONI KINDER 2 BNIET TL 23 APRIL 9:30
     
POLZA  TAL-GĦAŻLA KINDER 2 SUBIEN
POLZA  TAL-GĦAŻLA KINDER 2 BNIET
TL 30 APRIL
TL 30 APRIL
9:30 
12:00
     
POLZA TAL-GĦAŻLA KINDER 1 SUBIEN
POLZA TAL-GĦAŻLA KINDER 1 BNIET
TL 07 MEJJU
Ġ 10 MEJJU
9:30
9:30
     
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA FORM 1 SUBIEN TL 14 MEJJU 9:30
     
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA FORM 1 BNIET Ġ 17 MEJJU 9:30
     
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA YEAR 1 SUBIEN TL 21 MEJJU 9:30
     
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA YEAR 1 BNIET Ġ 24 MEJJU 9:30
     
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA KINDER 2 BNIET TL 28 MEJJU 9:30
     
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA KINDER 2 SUBIEN
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA KINDER 1 SUBIEN
REĠISTRAZZJONI TA’ SKOLA KINDER 1 BNIET
Ġ 31 MEJJU
Ġ 31 MEJJU
Ġ 31 MEJJU
9:30
11:00
12:00

Nixtiequ niġbdu l-attenzjoni li l-Uffiċċju tad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja mexa għal:
ADMISSIONS OFFICE,
SECRETARIAT FOR CATHOLIC EDUCATION,
BINJA JOSMAR,
30, TRIQ IDMEJDA,
ĦAL BALZAN BZN1521.


Dettalji dwar l-applikazzjonijiet

APPLIKAZZJONIJIET SKONT L-EWWEL KRITERJI: MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

Applikazzjonijiet skont il-Kriterji ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja
Tfal tal-Impjegati fl-istess skola
Aħwa
Transfers
Tfal li ngħatatilhom eżenzjoni mill-attendenza
Tfal minn Skola tal-Knisja bla Kontinwita’
Tfal tal-impjegati fi skola oħra
Każijiet Soċjali ta’ tfal b’Ordni ta’ Ħarsien li jgħixu fl-istess dar u xi ħadd minnhom jattendi skola tal-knisja (Paragrafu 1a-1ġ & 1i) isiru:

mit-Tlieta 21 ta’ Novembru sal-Ħamis 30 ta’ Novembru 2023

  • Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 7999 0224 mid-9:00 a.m sas-2:00 p.m fil-ġranet tal-applikazzjoni.
  • Il- formoli tal-applikazzjonijiet ma jitniżżlux minn fuq is-sit elettroniku.

APPLIKAZZJONIJIET TARD – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

Applikazzjoniet tard tal- Ewwel Kriterju (Paragrafu 1a-1ġ & 1i):

  • onlajn fuq is-sit https://church.mt/applications
  • mill-Ħamis  7 ta’ Diċembru sal-Ħamis 14 ta’ Diċembru, 2023
  • F’każ ta’ diffikulta’ fil-mili tal-applikazzjoni onlajn wieħed jista’ jċempel fuq 7999 0224 bejn id-9:00 a.m u s-2:00 p.m fil-ġranet tal-applikazzjoni.

 INFORMAZZJONI U DOKUMENTI MEĦTIEĠA GĦALL-APPLIKAZZJONI

Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li tagħti din l-informazzjoni:

Isem u Kunjom tat-tifel / tifla, Nru tal-Karta tal-Identità tat-tifel / tifla, Data ta’ Twelid tat-tifel / tifla, Ġeneru tat-tifel / tifla, Indirizz, Lokalità, u Kodiċi Postali, Numru tat-telefown tad-dar, Isem u Kunjom l-omm, Nru tal-Karta tal-Identità tal‑Omm, Mowbajl tal-omm, Isem u Kunjom il-missier, Numru tal-Karta tal-Identità tal-Missier, Mowbajl tal-missier, Imejl tal-omm jew tal-missier.

Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li ttella’ dawn id-dokumenti.

a. Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija.

b. Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla.

ċ. Barranin li ma għandhomx karta tal-identita Maltija huma miltlub li flok in-numru tal-karta tal-identità jiktbu in-numru tal-passaport u jtellgħu ritratt tal- numru passaport.

d. Ritratt tat-tifel/ tifla.

e. Waqt l-applikazzjoni il-ġenituri jiġu mitluba juru l-kunsens tagħhom mad- Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.  Din id-Dikjarazzjoni tista’ taraha u / jew tniżżilha minn hawn. Il-ġenituri jiġu mitluba jindikaw jekk iridux li jiġu notifikati jekk l-Uffiċċju tad-Dħul ikollu bżonn jikkuntatja lill-iskola tat-tfal tagħhom.

f. Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent/a ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux / għandix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux / għandix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. jew beda l-proċess għal-istatementing.
Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn

F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard.  F’dan il-każ, l-applikant irid jindika jekk l-istudent / a ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu / ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun / a minn LSE. jew beda l-proċess għal-istatementing. Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri ma tibqax tgħodd.

Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard minn ġimgħa wara r-Reġistrazzjoni ta’ Skola.  Jekk dan ma jsirx ir-reġistrazzjoni tkun invalida.

ġ. L-applikazzjoni minn ġenitur wieħed, jew minn rappreżentant tal-ġenituri,  tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri li ssir din l-applikazzjoni.

g.  F’każ ta’ ġenituri separati fejn il-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u / jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta,  hemm bżonn il‑kunsens taż-żewġ ġenituri u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti, fejn jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall‑edukazzjoni tat-tifel / tifla.  Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu / tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.

Dokumenti Oħra meħtieġa skont il-kriterju li wieħed qed japplika.

għ. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja (1a) jew il-Kriterju Każijiet Soċjali ta’ tfal b’Ordni ta’ Ħarsien (1i):

Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja / Dar Residenzjali li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja / Dar Residenzjali. Din id-Dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel / tifla.

Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.

h. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:

i.      Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra;

ii.      Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri;

iii.     F’każ ta’  tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, hemm bżonn ukoll ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel/tifla huma adottati, jew hemm ftehim ta’ fostering.

iv.      F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1ċ ii, iii u iv hemm bżonn ukoll id-dokumenti tal-kustodja U d-dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar (ara paragrafu 1ċ tar-regolamenti)  

ħ. Mal-applikazzjoni wieħed għandu jehmeż id-dokumenti msemmija skont il-każ:

i.     Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji

ii.    Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tal-Ħames u s-Sitt sena fejn hemm

iii.    L-iStatement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l- IEP

iv.    Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni  għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/ tifla mingħand psikologu edukattiv

v.    Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta l-iStatement of Needs meta dan jingħata.

vi.    L-applikazzjoni għat-talba għat-tneħħija tas-sapport tal-L.S.E. li tkun ġietppreżentata lil iStatementing Moderating Panel sal-31 ta’ Ottubru 2023

vii.   Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw li iStatement of Needs u l-aħħar rapport mill-psikologu edukattiv.

viii.  Każijiet Soċjali ta’tfal b’Ordni ta’ Ħarsien li jgħixu fl-istess dar jippreżentaw id-Dikjarazzjoni ffirmata mid-Direttur tad-Dar Residenzjali.

i. Applikanti li għandhom xi allerġiji u / jew jista jkun hemm bżonn li tintuża l-Epi-Pen għandhom jippreżentaw l-aħħar rapporti mediċi għar-rigward.

j. Dokumenti li ma jiġux sottomessi waqt l-applikazzjoni għandhom jiġu sottomessi onlajn permezz ta’ din il-ħolqa : https://knisja.mt/forms/csm-missing-documents/

Sakemm mhux indikat mod ieħor, id-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tal-Ewwel  Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Jannar 2024 u d-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tat-Tielet Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Marzu 2024. F’każ li dan ma jsirx, l- applikazzjoni tkun invalida.

APPLIKAZZJONIJIET SKONT L-EWWEL KRITERJI: MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

Applikazzjonijiet għad-dħul fl-Ewwel Sena Kindergarten u għad-dħul fl-Ewwel Sena Sekondarja għal:
Tfal li qegħdin fis-sitt sena primarja ta’ skola tal-knisja f’Għawdex
Tfal ta’ impjegati fi skola tal-knisja
Aħwa fl-istess skola
Tfal ta’ impjegati mas-Segretarjat, fis-Seminarju Minuri jew fil-Konservatorju tal-Isqof Sekondarja
Applikanti mill-Għasri għal Laura Vicuna
Applikanti għal St Francis Nadur Kindergarten
Każijiet bis-sapport ta’ dawn l-istess kriterji
Każijiet Soċjali u tal-Ażil, (Paragrafu 1a –1g) isiru:

  • Onlajn fuq is-sit https://church.mt/gozoapplications
  • mit-Tlieta 21 ta’ Novembru sal-Ħamis 30 ta’ Novembru 2023
  • Min għandu bżonn xi għajnuna waqt il-mili tal-applikazzjoni onlajn għandu  jċempel fuq 7999 0224 mid-9:00am sas-2:00pm, fil-ġranet tal-applikazzjoni.

APPLIKAZZJONIJIET TARD SKONT L-EWWEL KRITERJI: MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

  • Onlajn fuq is-sit https://church.mt/gozoapplications
  • mil-Ħamis 7 ta’ Diċembru sal-Ħamis 14 ta’ Diċembru 2023
  • Min għandu bżonn xi għajnuna waqt il-mili tal-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 7999 0224 mid-9:00am sas-2:00pm, fil-ġranet tal-applikazzjoni.
  • Il-formoli tal-applikazzjonijiet ma jitniżżlux minn fuq is–sit elettroniku.

INFORMAZZJONI U DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI

Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li tagħti din l-informazzjoni:

Isem u Kunjom tat-tifel/tifla, Nru tal-Karta tal-Identita’ tat-tifel / tifla, Data tat-Twelid tat-tifel / tifla, Ġeneru tat-tifel / tifla, Indirizz, Lokalita’, u Kodiċi Postali, Numru ta’ telefown tad-dar, Isem u Kunjom l-omm, Nru tal-karta tal-Identita’ tal-Omm, Mowbajl tal-omm, Isem u Kunjom il-missier, Numru tal-karta tal-Identita’ tal-Missier, Mowbajl tal-missier, Imejl tal-omm jew tal-missier.

Dokumenti li jridu jittelgħu mal-applikazzjoni:

  • Ċertifikat tat-Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla.
  • Minn japplika taħt il-kriterju tal-aħwa għandu jittella’ ukoll ċertifikat tat-Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa li jinsabu fi skola tal-Knisja f’Għawdex.
  • Minn japplika għal-ewwel sena sekondarja għandu jtella’ ukoll id-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv.

    Din hi Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv li trid tiġi ffirmata mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent/a ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux/għandix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux/għandix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E, jew beda l-proċess għal istatementing.    

    Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.

    F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard.  F’dan il-każ, l‑applikant irid jindika jekk l-istudent/a ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu/ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun/a minn LSE jew beda l-proċess għal istatementing.  Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri ma tibqax tgħodd.

    Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard mil-5 ta’ April 2024. Jekk dan ma jsirx  ir‑Reġistrazzjoni tkun invalida.

Informazzjoni Meħtieġa skont il-Kriterju tal-applikazzjoni:

  • Min qed japplika bil-kriterju ta’ Kontinwita’ mill-primarja ta’ skola tal-Knisja jrid jindika liema skola jattendi fil-primarja. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola.
  • Min qed japplika bil-Kriterju tal-impjegati għandu jindika ma’ liema skola jaħdem jew jekk jaħdimx mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola u mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.
  • Min qed japplika bil-kriterju tal-aħwa għandu jindika f’liema skola jattendu l-aħwa. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola.
  • Jekk inti mill-Għasri u qed tapplika bil-kriterju (1f) għal post ġewwa Laura Vicuna ikun hemm bżonn li titellà kopja tal-karta tal-Identità ta’ wieħed mill-ġenituri u dikjarrazzjoni li t-tfal jgħixu l-Għasri, iffirmata minn professjonist (p.eż. nutar, saċerdot, għalliem) li jkun ilu jaf lil xi ħadd mill-ġenituri ta’ lanqas sentejn.
  • Għal min qed japplika bħala każ bis-sapport tal-LSE jew każ soċjali jew każ tal-ażil għandu jtella’ dokumenti u / jew ċertifikati rilevanti li jispjega il-każ.
  • Fejn il-ġenituri huma separati jew fil-każ ta’ tuturi, meħtieġ dokument legali li jindika l-kustodja tat-tifel / tifla. Ma hemmx bżonn id-dokument kollu tas-separazzjoni imma l-parti li titratta l-kustodja tat-tfal. Meta l-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u / jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonn il-kunsens taż-żewġ ġenituri.
  • F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1c ii, iii u iv hemm bżonn:
    • Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri;
    • Id-dokumenti tal-kustodja U
    • Id-dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar (ara regolamenti paragrafu 1c)

Dokumenti li ma jiġux sottomessi waqt l-applikazzjoni għandhom jiġu sottomessi onlajn permezz ta’ din il-ħolqa: https://knisja.mt/forms/csg-missing-documents/ Sakemm mhux indikat mod ieħor, id-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Jannar 2024 u d-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tat-Tieni Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-5 ta’ April 2024. F’każ li dan ma jsirx, l-applikazzjoni tkun invalida.

APPLIKAZZJONIJIET SKONT IT-TIELET KRITERJU U KRITERJU 1h:

APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

Mil-Ħamis 1 ta’ Frar sal-Erbgħa 14 ta’ Frar, 2024

  • Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 7999 0224 mid-9.00 am sas-2.00 pm waqt il-ġranet tal-applikazzjoni.

APPLIKAZZJONIET TARD SKONT IT-TIELET KRITERJU U KRITERJU 1h:

APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

  • Onlajn fuq https://church.mt/applications
  • Mit-Tlieta 20 ta’ Frar sal-Ħamis 29 ta’ Frar, 2024
  • F’Każ ta’ diffikulta’ fil-mili tal-applikazzjoni onlajn wieħed jista’ jċempel fuq
    7999 0224 bejn id-9:00 am u s-2.00 pm fil-ġranet tal-applikazzjoni.

INFORMAZZJONI U DOKUMENTI MEĦTIEĠA GĦALL-APPLIKAZZJONI

Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li tagħti din l-informazzjoni:

Isem u Kunjom tat-tifel / tifla, Nru tal-Karta tal-Identità tat-tifel / tifla, Data ta’ Twelid tat-tifel / tifla, Ġeneru tat-tifel / tifla, Indirizz, Lokalità, u Kodiċi Postali, Numru tat-telefown tad-dar, Isem u Kunjom l-omm, Nru tal-Karta tal-Identità tal‑Omm, Mowbajl tal-omm, Isem u Kunjom il-missier, Numru
tal-Karta tal-Identità tal-Missier, Mowbajl tal-missier, Imejl tal-omm jew tal-missier.

Min qed japplika bil-Kriterju 1h jrid itella’ ukoll id-dokumenti tal-kriterju li kien eliġibli għalih.

Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li ttella’ dawn id-dokumenti.

a) Il-Kattoliċi u Nsara oħra jippreżentaw Ċertifikat tal-Magħmudija.

b) Estratt taċ-Ċertifikat tat-Twelid (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla.

c) Barranin li ma għandhomx karta tal-identita Maltija huma miltlub li flok in- numru tal-karta tal-identità jiktbu in-numru tal-passaport u jtellgħu ritratt tal-passaport.

d) Ritratt tat-tifel/ tifla.

e) Waqt l-applikazzjoni il-ġenituri jiġu mitluba juru l-kunsens tagħhom mad-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.  Din id-Dikjarazzjoni tista’ taraha u / jew tniżżilha minn hawn. Il-ġenituri jiġu mitluba jindikaw jekk iridux li jiġu notifikati jekk l-Uffiċċju tad-Dħul ikollu bżonn jikkuntatja lill-iskola tat-tfal tagħhom.

f) Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent/a ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux / għandix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux / għandix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. jew beda l-proċess għal-istatementing.

Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.

F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard.  F’dan il-każ, l-applikant irid jindika jekk l-istudent / a ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu / ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun / a minn LSE. jew beda l-proċess għal-istatementing. Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri ma tibqax tgħodd.

Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard minn ġimgħa wara r-Reġistrazzjoni ta’ Skola.  Jekk dan ma jsirx ir-reġistrazzjoni tkun invalida. Din id-Dikjarazzjoni mhux applikabbli għal Kinder 1.

ġ.   L-applikazzjoni minn ġenitur wieħed, jew minn rappreżentant tal-ġenituri, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri li ssir din l-applikazzjoni.

g.   F’każ ta’ ġenituri separati fejn il-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u / jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta,  hemm bżonn il‑kunsens taż-żewġ ġenituri u kopja tal-aħħar dokument tal-Qorti, fejn jindika l-kustodja u r-responsabiltà għall‑edukazzjoni tat-tifel / tifla.

Jekk xi ħadd mill-ġenituri ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu / tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.

Dokumenti Oħra meħtieġa skont il-kriterju li wieħed qed japplika.

għ. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju ta’ Tfal minn Djar tal-Knisja (1a) jew il-Kriterju Każijiet Soċjali ta’ tfal b’Ordni ta’ Ħarsien (1i):

Dikjarazzjoni fuq formola apposta, mimlija u ffirmata mid-Direttur tad-Dar tal-Knisja / Dar Residenzjali li turi lit-tifel/ tifla huwa/ hija residenti fid-Dar tal-Knisja / Dar Residenzjali. Din id-Dikjarazzjoni għandha ssir dakinhar tal-applikazzjoni. Għandha tiġi ndikata wkoll l iskola li għandu jinkiteb fiha t-tifel / tifla. 

Id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.

h. Jekk qed tapplika skont il-Kriterju tal-Aħwa:

i. Ċertifikat tat-twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa l-oħra;

ii. Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri;

iii. F’każ ta’  tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, hemm bżonn ukoll ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel/tifla huma adottati, jew hemm ftehim ta’ fostering.

 iv. F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1ċ ii, iii u iv hemm bżonn ukoll id-dokumenti tal-kustodja U d-dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar (ara paragrafu 1ċ tar-regolamenti)

 ħ.     Mal-applikazzjoni wieħed għandu jehmeż id-dokumenti msemmija skont il-każ:

i.        Ittra bi spjegazzjoni tar-raġunijiet serji

ii.       Ċertifikati rilevanti nkluż riżultat tal-eżamijiet tal-Ħames u s-Sitt sena fejn hemm

iii.      L-iStatement of Needs maħruġ mill-istatementing moderating panel u l-IEP

iv.      Meta l-każ għadu mhux konkluż mal-istatementing moderating panel tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, tiġi ppreżentata kopja tal-applikazzjoni għand l-istatementing board jew l-aħħar rapport dwar il-bżonnijiet tat-tifel/tifla mingħand psikologu edukattiv

v.       Min ikun għadu ma ġiex statemented huwa obbligat li jippreżenta l-iStatement of Needs meta dan jingħata

vi.      L-applikazzjoni għat-talba għat-tneħħija tas-sapport tal-L.S.E. li tkun ġiet ppreżentata lil iStatementing Moderating Panel sal-31 ta’ Ottubru 2023

vii.     Applikanti li għandhom Statement of Needs li jgħid “Learner’s needs are to be met by Class Teacher” għandhom jippreżentaw li Statement of Needs u l- aħħar rapport mill-psikologu edukattiv.

i. Applikanti li għandhom xi allerġiji u / jew jista jkun hemm bżonn li tintuża l-Epi-pen għandhom jippreżentaw l-aħħar rapporti mediċi għar-rigward.

j. Dokumenti li ma jiġux sottomessi waqt l-applikazzjoni għandhom jiġu sottomessi onlajn permezz ta’ din il-ħolqa : https://knisja.mt/forms/csm-missing-documents/        
Sakemm mhux indikat mod ieħor, id-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Jannar 2024 u d-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tat-Tielet Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Marzu 2024. F’każ li dan ma jsirx, l- applikazzjoni tkun invalida.

APPLIKAZZJONIET SKONT IT-TIENI KRITERJU U KRITERJU 1h:

APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

Mil-Ħamis 1 Frar sal-Erbgħa 14 ta’ Frar, 2024

  • Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 7999 0224 f’dawn il-ħinijiet mid-9:00am sas-2:00pm fil-ġranet tal-applikazzjonijiet.

APPLIKAZZJONIET TARD SKONT IT-TIENI KRITERJU U KRITERJU 1h:

APPLIKANTI OĦRA – MAINSTREAM U KAŻIJIET SERJI

Mit-Tlieta 20 ta’ Frar sal-Ħamis 29 ta’ Frar, 2024

  • Min għandu bżonn l-għajnuna sabiex jagħmel l-applikazzjoni onlajn għandu jċempel fuq 7999 0224 f’dawn il-ħinijiet mid-9:00am sas-2:00pm fil-ġranet tal-applikazzjonijiet.

INFORMAZZJONI U DOKUMENTI MEĦTIEĠA MILL-APPLIKANTI

Waqt l-applikazzjoni onlajn ikun hemm bżonn li tagħti din l-informazzjoni:

  • Isem u Kunjom tat-tifel/ tifla, Nru tal- Karta tal- Identita’ tat-tifel /tifla, Data tat- Twelid tat-tifel / tifla, Ġeneru tat-tifel/tifla, Indirizz, Lokalita, u Kodiċi Postali, Numru ta’ telefown tad-dar, isem u Kunjom l-omm, Nru tal- karta tal- Identita’ tal-Omm, Mowbajl tal-omm, Isem u Kunjom il- missier, numru tal- karta tal- identita’ tal- Missier, Mowbajl tal- missier, imejl tal- omm jew tal- missier.

Min qed japplika bil-Kriterju 1h jrid itella’ d-dokumenti tal-kriterju li kien eliġibli għalih.

Dokumenti li jriedu jittelgħu mal-applikazzjoni:

  • Ċertifikat tat-Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tat-tifel / tifla.
  • Minn japplika taħt il-kriterju tal-aħwa għandu jittella’ ukoll ċertifikat tat- Twelid tar-Reġistru Pubbliku (tal-Insinwa) tal-aħwa li jinsabu fi skola tal-Knisja f’Għawdex.
  • Minn japplika għal-ewwel sena sekondarja għandu jtella’ ukoll id-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv.

    Din hi Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv li trid tiġi ffirmata mill-Kap tal-Iskola li fiha jiġi ndikat jekk l-istudent/a ssegwix program ta’ Edukazzjoni mainstream, għandux/għandix bżonn xi għajnuna (access arrangements), jew jekk għandux/għandix bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E, jew beda l-proċess għal istatementing

    Din id-Dikjarazzjoni tista’ tniżżilha minn hawn.

    F’ċertu ċirkustanzi d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv tista’ tintbagħat aktar tard.  F’dan il-każ, l‑applikant irid jindika jekk l-istudent/a ssegwix programm t’edukazzjoni mainstream, għandu/ha arranġament għal waqt l-eżamijiet jew mgħejun/a minn LSE jew beda l-proċess għal istatementing.  Jekk ikun hemm diskrepanza bejn id-dikjarazzjoni tal-ġenitur u l-kap tal-iskola, il-Bord tad-Dħul iqis valida l-indikazzjoni skont il-kap tal-iskola u hemm possibilita’ li l-għażla li jkunu għamlu l-ġenituri ma tibqax tgħodd.

    Sabiex l-applikazzjoni tkun valida, d-Dikjarazzjoni tal-Programm Edukattiv, iffirmata mil-kap tal-iskola, ma tistgħax tintbagħat aktar tard mil-5 ta’ April 2024. Jekk dan ma jsirx  ir‑Reġistrazzjoni tkun invalida.

Informazzjoni Meħtieġa skont il-Kriterju tal-applikazzjoni:

  • Min qed japplika bil-kriterju ta’ Kontinwita’ mill-primarja ta’ skola tal-knisja jrid jindika liema skola jattendi fil-primarja. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola.
  • Min qed japplika bil-Kriterju tal-impjegari għandu jindika ma’ liema skola jaħdem jew jekk jaħdimx mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola u mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.
  • Min qed japplika bil-kriterju tal-aħwa għandu jindika f’liema skola jattendu l-aħwa. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata mal-iskola.
  • Jekk inti mill-Għasri u qed tapplika bil-kriterju (1f) għal post ġewwa Laura Vicuna ikun hemm bżonn li titellà kopja tal-karta tal-Identità ta’ wieħed mill-ġenituri u dikjarrazzjoni li t-tfal jgħixu l-Għasri, iffirmata minn professjonist (p.eż. nutar, saċerdot, għalliem) li jkun ilu jaf lil xi ħadd mill-ġenituri ta’ lanqas sentejn.
  • Għal min qed japplika bħala każ bis-sapport tal-LSE jew każ soċjali jew każ tal-ażil għandu jtella’ dokumenti u / jew ċertifikati rilevanti li jispjega il-każ.
  • Fejn il-ġenituri huma separati jew fil-każ ta’ tuturi, meħtieġ dokument legali li jindika l-kustodja tat-tifel / tifla. Ma hemmx bżonn id-dokument kollu tas-separazzjoni imma l-parti li titratta l-kustodja tat-tfal. Meta l-Qorti ddeċidiet li l-kustodja u / jew l-edukazzjoni tal-ulied hija konġunta, allura hemm bżonn il-kunsens taż-żewġ ġenituri.
  • F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1c ii, iii u iv hemm bżonn:
    • Fotokopja tal-Karta tal-Identità taż-żewġ ġenituri;
    • Id-dokumenti tal-kustodja U
    • Id-dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar (ara regolamenti paragrafu 1c)

Dokumenti li ma jiġux sottomessi waqt l-applikazzjoni għandhom jiġu sottomessi onlajn permezz ta’ din il-ħolqa: https://knisja.mt/forms/csg-missing-documents/ Sakemm mhux indikat mod ieħor, id-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Jannar 2024 u d-dokumenti kollha tal-applikazzjonijiet tat-Tieni Kriterju għandhom jiġu sottomessi sal-5 ta’ April 2024. F’każ li dan ma jsirx, l-applikazzjoni tkun invalida


Agħfas like fuq il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fuq Facebook u rreġistra għan-newsletter tal-Arċidjoċesi ta’ Malta biex iżżomm ruħek aġġornat dwar il-proċess għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja.