• Għall-ewwel darba l-Għaqda tal-Abbatini Maltin intalbet mill-Pre-Seminarju tal-Vatikan biex għal dan il-Milied tibgħat abbatini Maltin jaqdu fil-Quddies li jsiru fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Dun Frans Bonnici, id-Direttur tal-Għaqda Abbatini Maltin laqa’ bil-ferħ din l-istedina. Hekk ukoll l-abbatini u l-ġenituri tagħhom kienu ferħanin li l-abbatini jilqgħu din l-istedina. Grupp ta’ abbatini bħalissa qegħdin fil-Vatikan għas-servizz liturġiku u nhar il-Ġimgħa, grupp ieħor ser imur il-Vatikan għall-ġranet ta’ qabel u wara l-Ewwel tas-Sena.

    Fil-lejl tal-Milied l-abbatin kienu preżenti għall-Quddiesa ta’ Nofsillejl u lejlet l-Ewwel tas-Sena l-abbatini Maltin ser jieħdu sehem fil-Għasar li jagħmel il-Papa b’ringrazzjament lil Alla għas-sena li għaddiet. F’Malta ma jonqsu qatt adolexxenti Kattolici li joffru lilhom innfushom għas-servizz tal-Knisja Universali. Hija ħaġa sabiħa li l-għadd ta’ adolexxenti u żgħażagħ li lesti joffru dan is-servizz qiegħed dejjem jiżdied.