• Minn tal-inqas 26 Insara Kopti ġew attakki u maqtula minn irġiel armati fl-Eġittu.

    L-Insara kieu qed jivvjaġġaw fuq karozza tal-linja fi triqithom lejn il-Monasteru ta’ San Samwel li jinsab madwar 220 kilometru fin-Nofsinhar tal-Kajr. Skont in-New York Times, ħafna mill-vittmi huma tfal, u tlieta biss irnexxielhom isalvaw mill-massakru.

    Il-Ministeru Eġizzjan tas-Saħħa qal li kien hemm bejn 8 u 10 aggressuri, kollha lebsin uniformi militari.

    Sa issa jidher li l-għadd tal-vittmi jista’ jkompli jitla’.

    Għalkemm sa issa ħadd ma għadu refa’ r-responsabbiltà tal-attakk, hu maħsub li twettaq minn grupp Eġizzjan affiljat mal-Istat Iżlamiku.

    L-Eġittu bħalissa għaddej minn mweġa ta’ qtil ta’ Nsara, fosthom hemm iż-żewġ attakki suwiċidi li ġraw f’April li għadda u l-attakk ta’ Diċembru fi knisja fil-Kajr, fejn inqatlu aktar minn 75 persuna.

    L-Istat Iżlamiku fl-Eġittu wieġeb li hu kien il-moħħ wara l-attakki u wiegħed aktar vjolenza.

    Ix-xahar li għadda l-Papa Franġisku żar l-Eġittu biex ikun ta’ sostenn għall-Insara li jgħixu f’dan il-pajjiż Musulman u li żdiedet il-vjolenza mill-militanti Iżlamiċi.

    Ritratt: Monasteru ta’ San Samwel