• *****

      Direttur: James Bobin
      Atturi:  Johnny Depp, Anne Hathaway, Mia Wasikowska, Rhys Ifans, Helena Bonham Carter, Sacha Baron Cohen, Alan Rickman, Stephen Fry, Michael Sheen u Timothy Spall
      Ħin tal-Film: 113 min
      Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
       
      KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: PG       
      KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12A
       
      Alice Kingsleigh għal dawn l-aħħar tliet snin kienet qegħda timxi fuq il-passi ta’ missierha u tbaħħar fl-ibħra mbegħda. Hekk kif terġa’ lura lejn  Londra mill-Asja, Alice tibda taħseb bis-serjeta’ ta’ sejra tagħmel b’ħajjitha issa li qegħda tikber fl-eta’. Wara li terġa’ tiltaqa’ ma’ Absolem,  Alice ssib mera maġika li ġġagħla tmur lura lejn id-dinja ta’ meravilji. Hawn malajr issir taf li Hatter ma kienx jinsab f’waqtu u kien jinsab f’qagħda ta’ ġenn milli qatt kien. Hatter jinsab inkwietat fuq  ġrajjiet tal-passat li iżda ma jrid lil ħadd li  jkun jaf bihom. Alice tkun tixtieq ħafna li tgħin lil Hatter biex joħroġ minn din il-qagħda u meta ma ssibx kooperazzjoni minn Hatter, tmur lura fi Żmien, għalkemm Hatter  stess iwissija li mhux sejjer ikun possibbli għaliha li tmur kontra l-ħin u li tbiddel il-passat. Alice tissellef il-kronosfer, strument li kulħadd xtaq li jieħu pussess tiegħu fosthom ir-Reġina l-Ħamra li issa kienet tinsab eżiljata mir-Renju. Dan l-kronosfer kien jgħin mhux bi ftit biex tmur lura fil-passat. Alice tgħaddi minn esperjenza tal-ġenn. Alice ssir taf fuq  is-suċċessi u l-problemi li ħbiebha kellhom jiġu wiċċ imbwiċċ u li kienet waslithom għal qagħda li kienu jinsabu fiha illum. Ħaġa oħra ta’ importanza għal Alice kien il-fatt li bdiet tintebaħ fejn kienet tinsab hi personalment.  Problema ikbar kienet li l-kronosfer, iktar ma kien qiegħed igħaddi ż-żmien,  kien qieghed dejjem jonqos fil-ħin.
      Film bi 3D, avventura ta’ fantasija taħt id-direzzjoni ta’ James Bobin. Msejjes fuq storja miktuba minn Lewis Carroll,  jkompli fuq il-film Alice in Wonderland li hareg fl-2010. Il-protoganista tal-film hi Alice Kingsleigh, issa mhux iktar Alice ta’ seba’ snin izda tfajla ta’ kuraġġ kbir, kaptan fuq ġifen. Meta terġa’ ssib ruħha lejn Londra, issir taf li l-eks maħbub tagħha, Lord Ascot  ta ultimatum li jekk ma ċediex il-ġifen li wirtet mingħand missierha, hu jkun lest li jitfa’ ‘l barra lil ommha minn darha. Minħabba li hemm xeni ta’ azzjoni intensa kif ukoll imġieba krudila, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax-il sena iżda tfal iżgħar jekk akkompanjati minn xi adult jistgħu jarawh għalkemm jistgħu jimpressjonaw rwieħhom b’ċerti xeni.