Din l-applikazzjoni tirrikjedi sottomissjoni ta’ dokumenti online, kif indikat hawn isfel. Ikun ta’ għajnuna jekk id-dokumenti li tissottometti jkunu PDF jew Word. Fejn hemm rapporti jew dokument ta’ aktar minn paġna waħda, nitolbuk li ttellgħu bħala file wieħed. Grazzi.
Huwa obbligatorju li timla’ il-kaxex immarkati b’asterisk. Tista’ tibda din l-applikazzjoni mingħajr ma tikkonkludiha f’sessjoni waħda billi tagħfas il-buttuna “Save and Continue Later” li tinstab fi tmiem l-applikazzjoni. Hekk tkun tista’ tkompli timla’ l-applikazzjoni darb’ oħra. Huwa ssuġġerit li taqra sew ir-Regolamenti tad-Dħul qabel tibda timla’ l-applikazzjoni. Mitlub tinnota li meta tuża l-buttuna “Save and Continue Later” trid terġa’ ittella’ d-dokumenti meta tkompli timla’ l-applikazzjoni. Il-pagament finali isir permezz ta’ VISA jew MasterCard. Qabel tipproċedi bl-applikazzjoni, kun ċert li għandek aċċess għas-sistema tat-3D Secure li juża il-bank tiegħek.
- Agħfas hawn biex tara r-Regolamenti tad-Dħul 2025-2026
- Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data
- Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni dwar il-Programm Edukattiv
- Jekk sibt diffikultà bil-mili tal-applikazzjoni online agħfas hawn
Click here for the English Version of the Online Application for Church Schools Admission
Din l-applikazzjoni hija għall-iskejjel tal-Knisja f’Malta. Applikazzjonijiet għal skejjel tal-Knisja f’Għawdex jinstabu hawn.
Każijiet Serji
Każijiet Serji jinkludu tfal li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ Learning Support Educator, Każijiet Soċjali u Każijiet tal-Ażil.
Tfal li għandhom bżonn l-għajnuna ta’ L.S.E. – Taħt dan il-kriterju ninkludu tfal li:
- huma statemented li għandhom bżonn għajnuna ta’ L.S.E. jew simili, u li għalihom l-iskejjel jistgħu jipprovdu programm ta’ edukazzjoni individwaliżżat (IEP)
- bdew jew se jibdew il-proċess għand l-istatementing moderating panel jew għand ic-C.D.A.U.
- għandhom jew se jkollhom xi ċertifikat mingħand xi psikologu edukattiv jew simili, li jista’ iwassal għal għajnuna ta’ L.S.E. jew simili.
-
tfal li se japplikaw għall-ewwel sena kindergarten u li meta ġew screened għall-awtiżmu ġie ndikat li jista’ ikollhom bżonn ta’ L.S.E.
Tfal li diġà għandhom statement u talbu reviżjoni tiegħu jew għamlu appell sad-data tal-applikazzjoni għandhom japplikaw bħala Każ Serju. Il-Kummissjoni tistudja dawn il-każijiet u tiddeċiedi dwarhom.
F’każijiet fejn l-applikant ikun diġà statemented u għandu L.S.E. imma jkun għamel progress u
fl-opinjoni tal-ġenituri / kustodji, tal-iskola u tal-psikologu edukattiv ikun jista’ ikompli l-edukazzjoni tiegħu mingħajr
l-għajnuna tal-L.S.E. u sal-31 ta’ Ottubru 2024 tkun saret talba lill-iStatementing Moderating Panel Board
sabiex jitneħħa s-sapport tal-L.S.E., l-applikant, inizjalment, għandu japplika bħala mainstream u
għandu jippreżenta t-talba li saret biex jitneħħa l-L.S.E. u dokumentazzjoni rilevanti oħra.
Il-Bord tad-Dħul jiddetermina jekk l-applikazzjoni titqiesx bħala mainstream jew bħala każ serju.
Tfal li l-istatement tagħhom jaqra ‘Learner’s needs to be met by Class Teacher’ għandhom japplikaw
mal-applikazzjonijiet fil-mainstream. Mal-applikazzjoni, il-ġenituri / kustodji ta’ dawn l-applikanti huma obbligati
li jippreżentaw l-iStatement of Needs u l-aħħar rapport mill-psikologu edukattiv
Importanti li jekk jinbidlu ċ-ċirkustanzi wara li ssir l-applikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni, jiġi notifikat
l-Uffiċċju tad-Dħul. Dan japplika kemm jekk applikant jibda proċess is-CDAU, jew għand psikologu jew
jiżviluppaw kundizzjonijiet mediċi bħal diabete, epilepsija eċċ, kif ukoll jekk jinbidel is-sapport jew
jingħata s-sapport tal-LSE.
Dawk li ma japplikawx skont kif indikat hawn fuq u nkitbu fi Skola tal-Knisja, jitilfu d-dritt tal-post fl-iskola tal-Knisja.
Kriterju 1a – Tfal mid-Djar tal-Knisja
Tfal li huma residenti fid-Djar tal-Knisja u jaqgħu taħt ir-responsabiltà tad-Direttur tal-istess Dar.
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni tat-Tfal minn Djar tal-Knisja li trid timtela’ u tiġi iffirmata mid-Direttur tad-Dar. Skenja u tella’ il-dikjarazzjoni mimlija u ffirmata kif indikat aktar ‘il quddiem.
Kriterju 1b – Tfal ta’ Impjegati fl-istess skola fejn jaħdem il-ġenitur / kustodju
Tfal ta’ Impjegati ma’ skola tal-Knisja u tfal ta’ Kapijiet ta’ Dipartimenti tas-Suġġetti mas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija f’dik l-istess skola fejn jaħdem il-ġenitur / kustodju jew fi skola tal-istess entità reliġjuża. Is-Seminarju tal-Arċisqof u s-Sacred Heart College huma skejjel tal-istess entità reliġjuża.
Il-ġenitur / kustodju irid ikun ġie mpjegat full-time mal-iskola għall-anqas fl-ewwel parti tas-sena skolastika ta’ qabel s-sena skolastika tad-dħul li jkun applika għaliha u jkun għadu mpjegat full-time ma’ skola tal-knisja meta tibda s-sena skolastika li jmiss. Dan jinkludi min huwa mpjegat full-time imma temporanjament qaleb għal sigħat imnaqqsa u għad jerġa jkun impjegat full-time. Dan ma jinkludix min hu impjegat full-time b’sigħat imnaqqsa għal tul ta’ snin (Full-Time Reduced Hours).
L-applikazzjoni bil-Kritejru 1b hija wkoll applikazzjoni bil-Kriterju 3, għalhekk ma hemmx għalfejn issir applikazzjoni oħra. L-applikazzjoni bil-Kriterju 3 ma tapplikax jekk qed tapplika wkoll bil-Kriterju 1f jew 1ġ.
Kriterju 1ċ – Aħwa
Tfal li jkollhom ħuthom jattendu Skola tal-Knisja matul is-sena skolastika 2024-2025 jistgħu jinkitbu fl-istess skola ta’ ħuthom jew fi skola tal-istess entità reliġjuża. L-iskejjel tal-entità reliġjuża jridu jkunu it-tnejn f’Malta.
Is-Seminarju tal-Arċisqof u s-Sacred Heart College huma skejjel tal-istess entità reliġjuża, għalhekk bniet li għandhom ħuthom subien studenti s‑Seminarju jistgħu jinkitbu s-Sacred Heart College u viċi versa, subien li ħuthom bniet huma studenti s-Sacred Heart College jistgħu jinkitbu s‑Seminarju tal-Arċisqof.
Dan il-kriterju ma japplikax għall-aħwa ta’ studenti li qegħdin fis-Sixth Form tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara.
Jekk skola tieħu bniet biss ma tistax tapplika għal tifel skont il-Kriterju tal-Aħwa u viċeversa, iżda tista’ tapplika skont il-Kriterju ta’ Applikanti Oħra.
Huma eliġibli għal dan il-kriterju:
-
Aħwa, mill-istess ġenituri / kustodji u li jgħixu fl-istess dar u familja.
-
Aħwa li għalkemm għandom ġenituri / kustodji komuni ma humiex jgħixu fl-istess dar u familja imma jqattgħu tal‑anqas 20 siegħa flimkien fil-ġimgħa. Biex
l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat kull dokument rilevanti u dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar li trid issir miż-żewġ ġenituri / kustodji fejn jindikaw is-sigħat fil-ġimgħa li t-tfal jgħixu flimkien fl-istess dar.
-
Aħwa li għandhom ġenitur / kustodju komuni u li jqattgħu tal‑anqas 20 siegħa flimkien fil-ġimgħa. Biex l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat kull dokument rilevanti u dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar li trid issir mill‑persuni li għandhom il-kura u l‑kustodja tat-tfal fejn jindikaw is-sigħat fil-ġimgħa li t-tfal jgħixu flimkien fl‑istess dar.
-
Tfal li qed jitrabbew mill-istess adulti u li jgħixu fl-istess dar u familja. Biex l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat kull dokument rilevanti u dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar li l-adulti qegħdin jieħdu ħsieb it-tfal flimkien u jindikaw il-kawża raġjonevoli għal din is-sitwazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-Bord tad-Dħul jiddetermina jekk il-kawża raġjonevoli li ġiet ippreżentata hix ġustifikata jew le.
-
Tfal adottati, jew tfal li għalihom hemm ftehim ta’ fostering, u li qed jgħixu f’familja li fiha tfal oħra u li xi ħadd minn dawn it‑tfal ikun jattendi skola tal-Knisja. Tfal adottati jew fostered jitqiesu bħala aħwa tat-tfal tal-familja li jkunu qed jgħixu fiha. Biex l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat iċ-Ċertifikat mill-aġenzija kompetenti li jindika li t‑tifel jew it-tifla huma adottati jew hemm ftehim ta’ fostering.
L-applikazzjoni bil-Kritejru 1ċ hija wkoll applikazzjoni bil-Kriterju 3, għalhekk ma hemmx għalfejn issir applikazzjoni oħra. L-applikazzjoni bil-Kriterju 3 ma tapplikax jekk qed tapplika wkoll bil-Kriterju 1f jew 1ġ.
Kriterju 1d – Transfers
Tfal li qed jattendu skola tal-Knisja u jixtiequ jkunu trasferiti għal skola tal-Knisja oħra tal-istess entità reliġjuża.
Dan it-trasferiment japplika:
- fil-Kinder 2 bejn l-iskejjel ta’ St. Angela u bejn ta’ St. Francis (Malta);
- fil-Year 1 bejn l-iskejjel ta’ St. Dorothy Sliema u Ħaż-Żebbuġ; bejn ta’ St. Joseph Blata l-Bajda, Sliema u Paola; u bejn St. Monica Mosta u Birkirkara meta l-ġenitur / kustodju ikun impjegat ma’ St. Monica Birkirkara jew meta l-aħwa jkunu jattendu jew ser ikunu jattendu s-sena skolastika li jmiss St. Monica Birkirkara;
- fil-Form 1 bejn l-iskejjel ta’ De la Salle u Stella Maris College Gżira, u bejn l-iskejjel ta’ St Joseph Sliema u Blata l-Bajda u bejn St Joseph Paola u St Joseph Sliema jew Blata l-Bajda meta l-ġenitur / kustodju ikun impjegat St Joseph Sliema jew Blata l-Bajda jew meta l-aħwa jkunu jattendu St Joseph Sliema jew Blata l-Bajda.
L-applikazzjoni bil-Kritejru 1d hija wkoll applikazzjoni bil-Kriterju 3, għalhekk ma hemmx għalfejn issir applikazzjoni oħra. L-applikazzjoni bil-Kriterju 3 ma tapplikax jekk qed tapplika wkoll bil-Kriterju 1f jew 1ġ.
Kriterju 1e – Eżenzjoni f’każijiet serji ta’ żmien barra minn Malta
Dħul ta’ tfal li ngħatatilhom eżenzjoni milli jattendu l-iskola minħabba li l-ġenituri / kustodji kienu barra minn Malta għal xi raġuni serja. Dawn it-tfal jibdew jattendu l-iskola magħżula fil-proċess tad-dħul tas-sena ta’ qabel.
Kriterju 1f – Skola bla kontinwità
Tfal ta’ skola bla kontinwità tat-Tieni Sena Kindergarten jew tas-Sitt Sena Primarja.
Kriterju 1ġ – Tfal ta’ Impjegati fi skola fejn ma jaħdimx il-ġenitur
Tfal ta’ Impjegati ma’ Skola tal-Knisja jew mas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija li ma jistgħux jattendu l-istess skola fejn jaħdem il-ġenitur / kustodju. Dan il-Kritejru ma japplikax fl-Ewwel Sena Kindergarten u għas-subien fit-tieni sena Kindergarten.
Il-ġenitur / kustodju irid ikun ġie impjegat full-time mal-iskola għall-anqas fl-ewwel parti tas-sena skolastika ta’ qabel s-sena skolastika tad-dħul li jkun applika għaliha u jkun għadu mpjegat full-time ma’ skola tal-knisja meta tibda s-sena skolastika li jmiss. Dan jinkludi min huwa mpjegat full-time imma temporanjament qaleb għal sigħat imnaqqsa u għad jerġa jkun impjegat full-time. Dan ma jinkludix min hu impjegat full-time b’sigħat imnaqqsa għal tul ta’ snin (Full-Time Reduced Hours).
It-tfal tal-impjegati fi skola oħra għandhom jagħmlu għażla jew li japplikaw bil-Kriterju 1ġ li bih jieħdu sehem fil-Polza tal-Għażla imma b’għażla ristretta ta’ skejjel, jew li japplikaw bil-Kriterju 3 bħala Applikanti Oħra u jieħdu sehem fil-Polza ta’ Parteċipazzjoni. Jekk jgħaddu għall-Polza tal-Għażla ta’ Skola jkollhom l-għażla sħiħa tal-iskejjel, dejjem skont ir-ranking tal-polza.
Għal aktar informazzjoni irriferi għar-Regolamenti ta’ kull sena tad-dħul
Kriterju 1h – Applikanti li ma japplikawx fiż-żmien stipulat
Applikanti li kienu eliġibli li japplikaw bi kriterji 1a – 1d u ma applikawx fi żmien stipulat jistgħu japplikaw bil-kriterju 1h fl-istess żmien ma’ “Applikanti Oħra” (paragrafu 10).
Għal dan il-kriterju, 10 postijiet mainstream ser jiġu riżervati. Jekk ikun għad hemm disponibbilta’ ta’ postijiet fl-iskejjel li l-applikanti ta’ kriterju 1h kienu eliġibli għalihom, huma jiġu rreġistrati fihom. F’każ li jkun hemm aktar minn 10 applikanti li applikaw taħt dan il-kriterju, tinżamm polza bejniethom u l-ewwel għaxra jieħdu l-post fl-iskola li kienu eliġibli għaliha.
Dawk li ma jiġux reġistrati fi skola permezz ta’ din il-polza, jieħdu sehem fil-polza ta’ parteċipazzjoni bħala “Applikanti Oħra”. Pero’ jitqgħiedu ukoll fil-lista ta’ stennija għall-iskola li kienu eliġibli għaliha qabel dawk tal-lista ta’ stennija ġenerali, hekk kif indikat f’paragrafu 1.6.
Jekk ma jintużawx il-postijiet kollha li nżammu riżervati għal kriterju 1h, dawn jiżdiedu mat-total ta’ postijiet li jkun fadal għall-polza ta’ “Applikanti Oħra”.
Għal aktar informazzjoni irriferi għar-Regolamenti ta’ kull sena tad-dħul
Kriterju 1h – Applikanti li ma japplikawx fiż-żmien stipulat
Il-kriterju ta’ min ma japplikax fiż-żmien stipulat u japplika mal-“Applikanti l-Oħra” jiġi mħaddem biss jekk iċ-ċirkustanzi jippermettu.
Fl-aħħar ta’ Jannar tiġi ppublikata ċirkulari li fiha jitħabbru l-postijiet meħudha għall-Ewwel Kriterju. B’hekk jiġi mgħarraf jekk fadalx postijiet disponibbli għal applikazzjonijiet ta’ Kriterju 1h u Kriterju 3 “Applikanti Oħra”.
Il-postijiet disponibbli jiġu l-ewwel offruti għal ta’ Kriterju 1h, fl-iskola li huma eliġibli għaliha. Jekk ma jkunx hemm postijiet għal kull min hu f’dan il-kriterju tittella’ polza għalihom sakemm jimtlew il-postijiet disponibbli.
Jekk ikun hemm postijiet disponibbli għal kull min applika bil-Kriterju 1h, iżda mhux għal kull minn applika bil-Kriterju 3, issir polza għal dawn l-applikanti tal-aħħar.
Għal aktar informazzjoni irriferi għar-Regolamenti tal-Każijiet Serji.
Kriterju 3 – Applikanti Oħra
Applikanti oħra jintgħażlu bil-polza. Fost dawn l-Applikanti jista’ ikun hemm aħwa li qed japplikaw fl-istess żmien għad-dħul fl-istess sena (p.eż. tewmin) jew fi snin tad-dħul differenti. Huwa neċessarju li fl-applikazzjoni ta’ kull wieħed mill-aħwa jrid jiġi dikjarat min hu ħuh u għal liema sena qed japplika. Fin-nuqqas ta’ din id-dikjarazzjoni ma jiġix applikat il-Kriterju tal-Aħwa 3.1.
Każijiet Serji – Tfal mid-Djar tal-Knisja
Tfal li huma residenti fid-Djar tal-Knisja u jaqgħu taħt ir-responsabiltà tad-Direttur tal-istess Dar.
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni tat-Tfal minn Djar tal-Knisja li trid timtela’ u tiġi iffirmata mid-Direttur tad-Dar. Skenja u tella’ il-dikjarazzjoni mimlija u ffirmata kif indikat aktar ‘il quddiem.
Każijiet Serji – Tfal ta’ Impjegati fl-istess skola fejn jaħdem il-ġenitur / kustodju
Tfal ta’ Impjegati ma’ skola tal-Knisja u tfal ta’ Kapijiet ta’ Dipartimenti tas-Suġġetti mas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija f’dik l-istess skola fejn jaħdem il-ġenitur / kustodju jew fi skola tal-istess entità reliġjuża. Is-Seminarju tal-Arċisqof u s-Sacred Heart College huma skejjel tal-istess entità reliġjuża.
Il-ġenitur / kustodju irid ikun ġie mpjegat full-time mal-iskola għall-anqas fl-ewwel parti tas-sena skolastika ta’ qabel s-sena skolastika tad-dħul li jkun applika għaliha u jkun għadu mpjegat full-time ma’ skola tal-knisja meta tibda s-sena skolastika li jmiss. Dan jinkludi min huwa mpjegat full-time imma temporanjament qaleb għal sigħat imnaqqsa u għad jerġa jkun impjegat full-time. Dan ma jinkludix min hu impjegat full-time b’sigħat imnaqqsa għal tul ta’ snin (Full-Time Reduced Hours).
Każijiet Serji – Aħwa
Tfal li jkollhom ħuthom jattendu Skola tal-Knisja matul is-sena skolastika 2024-2025 jistgħu jinkitbu fl-istess skola ta’ ħuthom jew fi skola tal-istess entità reliġjuża. L-iskejjel tal-entità reliġjuża jridu jkunu it-tnejn f’Malta.
Is-Seminarju tal-Arċisqof u s-Sacred Heart College huma skejjel tal-istess entità reliġjuża, għalhekk bniet li għandhom ħuthom subien studenti s‑Seminarju jistgħu jinkitbu s-Sacred Heart College u viċi versa, subien li ħuthom bniet huma studenti s-Sacred Heart College jistgħu jinkitbu s‑Seminarju tal-Arċisqof.
Dan il-kriterju ma japplikax għall-aħwa ta’ studenti li qegħdin fis-Sixth Form tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Birkirkara.
Jekk skola tieħu bniet biss ma tistax tapplika għal tifel skont il-Kriterju tal-Aħwa u viċeversa, iżda tista’ tapplika skont il-Kriterju ta’ Applikanti Oħra.
Huma eliġibli għal dan il-kriterju:
-
Aħwa, mill-istess ġenituri / kustodji u li jgħixu fl-istess dar u familja.
-
Aħwa li għalkemm għandom ġenituri / kustodji komuni ma humiex jgħixu fl-istess dar u familja imma jqattgħu tal‑anqas 20 siegħa flimkien fil-ġimgħa. Biex
l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat kull dokument rilevanti u dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar li trid issir miż-żewġ ġenituri / kustodji fejn jindikaw is-sigħat fil-ġimgħa li t-tfal jgħixu flimkien fl-istess dar.
-
Aħwa li għandhom ġenitur / kustodju komuni u li jqattgħu tal‑anqas 20 siegħa flimkien fil-ġimgħa. Biex l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat kull dokument rilevanti u dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar li trid issir mill‑persuni li għandhom il-kura u l‑kustodja tat-tfal fejn jindikaw is-sigħat fil-ġimgħa li t-tfal jgħixu flimkien fl‑istess dar.
-
Tfal li qed jitrabbew mill-istess adulti u li jgħixu fl-istess dar u familja. Biex l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat kull dokument rilevanti u dikjarazzjoni ġuramentata quddiem nutar li l-adulti qegħdin jieħdu ħsieb it-tfal flimkien u jindikaw il-kawża raġjonevoli għal din is-sitwazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-Bord tad-Dħul jiddetermina jekk il-kawża raġjonevoli li ġiet ippreżentata hix ġustifikata jew le.
-
Tfal adottati, jew tfal li għalihom hemm ftehim ta’ fostering, u li qed jgħixu f’familja li fiha tfal oħra u li xi ħadd minn dawn it‑tfal ikun jattendi skola tal-Knisja. Tfal adottati jew fostered jitqiesu bħala aħwa tat-tfal tal-familja li jkunu qed jgħixu fiha. Biex l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata, għandu jiġi ppreżentat iċ-Ċertifikat mill-aġenzija kompetenti li jindika li t‑tifel jew it-tifla huma adottati jew hemm ftehim ta’ fostering.
Każijiet Serji – Transfers
Tfal li qed jattendu skola tal-Knisja u jixtiequ jkunu trasferiti għal skola tal-Knisja oħra tal-istess entità reliġjuża.
Dan it-trasferiment japplika:
- fil-Kinder 2 bejn l-iskejjel ta’ St. Angela u bejn ta’ St. Francis;
- fil-Year 1 bejn l-iskejjel ta’ St. Dorothy Sliema u Ħaż-Żebbuġ; bejn ta’ St. Joseph Blata l-Bajda, Sliema u Paola; u bejn St. Monica Mosta u Birkirkara meta l-ġenitur / kustodju ikun impjegat ma’ St. Monica Birkirkara jew meta l-aħwa jkunu jattendu jew ser ikunu jattendu s-sena skolastika li jmiss St. Monica Birkirkara;
- fil-Form 1 bejn l-iskejjel ta’ De la Salle u Stella Maris College Gżira, u bejn St Joseph Paola u St Joseph Sliema jew Blata l-Bajda meta l-ġenitur / kustodju ikun impjegat St Joseph Sliema jew Blata l-Bajda jew meta l-aħwa jkunu jattendu St Joseph Sliema jew Blata l-Bajda.
Każijiet Serji – Eżenzjoni f’każijiet serji ta’ żmien barra minn Malta
Dħul ta’ tfal li ngħatatilhom eżenzjoni milli jattendu l-iskola minħabba li l-ġenituri / kustodji kienu barra minn Malta għal xi raġuni serja. Dawn it-tfal jibdew jattendu l-iskola magħżula fil-proċess tad-dħul tas-sena ta’ qabel.
Każijiet Serji – Skola bla kontinwità
Tfal ta’ skola bla kontinwità tat-Tieni Sena Kindergarten jew tas-Sitt Sena Primarja.
Każijiet Serji – Tfal ta’ Impjegati fi skola fejn ma jaħdimx il-ġenitur / kustodju
Tfal ta’ Impjegati ma’ Skola tal-Knisja jew mas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija li ma jistgħux jattendu l-istess skola fejn jaħdem il-ġenitur / kustodju. Dan il-Kritejru ma japplikax fl-Ewwel Sena Kindergarten u għas-subien fit-tieni sena Kindergarten.
Il-ġenitur / kustodju irid ikun ġie mpjegat full-time mal-iskola għall-anqas fl-ewwel parti tas-sena skolastika ta’ qabel s-sena skolastika tad-dħul li jkun applika għaliha u jkun għadu mpjegat full-time ma’ skola tal-knisja meta tibda s-sena skolastika li jmiss. Dan jinkludi min huwa mpjegat full-time imma temporanjament qaleb għal sigħat imnaqqsa u għad jerġa jkun impjegat full-time. Dan ma jinkludix min hu impjegat full-time b’sigħat imnaqqsa għal tul ta’ snin (Full-Time Reduced Hours).
It-tfal tal-impjegati fi skola oħra għandhom jagħmlu għażla jew li japplikaw bil-Kriterju 1ġ li bih jieħdu sehem fil-Polza tal-Għażla imma b’għażla ristretta ta’ skejjel, jew li japplikaw bil-Kriterju 3 bħala Applikanti Oħra u jieħdu sehem fil-Polza ta’ Parteċipazzjoni. Jekk jgħaddu għall-Polza tal-Għażla ta’ Skola jkollhom l-għażla sħiħa tal-iskejjel, dejjem skont ir-ranking tal-polza.
Għal aktar informazzjoni irriferi għar-Regolamenti ta’ kull sena tad-dħul
Każijiet soċjali ta’ tfal b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) li jgħixu fl-istess Dar Residenzjali
Każijiet soċjali ta’ tfal b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) li jgħixu fl-istess Dar Residenzjali u xi ħadd minnhom jattendi skola tal-Knisja.
Għal aktar informazzjoni irriferi għar-Regolamenti Każijiet Serji – Każijiet Soċjali 1.10
Agħfas hawn biex tniżżel id-Dikjarazzjoni ta’ każijiet soċjali ta’ tfal b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) li trid timtela’ u tiġi iffirmata mid-Direttur tad-Dar Residenzjali. Skenja u tella’ il-dikjarazzjoni mimlija u ffirmata kif indikat aktar ‘il quddiem.
Hidden
Hidden
Il-postijiet għal każijiet serji bl-għajnuna tal-L.S.E. fil-Year 1 u Form 1 imtlew bl-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju.
Għalhekk mhux ser jiġu aċċettati aktar applikazzjonijiet għal Year 1 u Form 1 bl-għajnuna tal-L.S.E.
Ser jintlaqgħu applikazzjonijiet fil-Year 1 u Form 1 għal Revision of Statement għal tneħħija tal-L.S.E. (ara Regolamenti Każijiet Serji – Para. 1.3).
Jintlaqgħu ukoll applikazzjonijiet fil-Year 1 u Form 1 għal Każijiet Soċjali.
Il-postijiet għal każijiet serji bl-għajnuna tal-L.S.E. fil-Form 1 imtlew bl-applikazzjonijiet tal-ewwel kriterju.
Għalhekk mhux ser jiġu aċċettati aktar applikazzjonijiet għal Form 1 bl-għajnuna tal-L.S.E.
Ser jintlaqgħu applikazzjonijiet fil-Form 1 għal Revision of Statement għal tneħħija tal-L.S.E. (ara Regolamenti Każijiet Serji – Para. 1.3).
Jintlaqgħu ukoll applikazzjonijiet fil-Form 1 għal Każijiet Soċjali.
Statemented Shared particular lessons / particular times, applikabbli biss għall-Form 1Hidden
Każijiet soċjali
Jistgħu jaqgħu taħt din il-kategorija, tfal li qegħdin taħt Care Order. Tfal li qegħdin b’Care Order u qed jgħixu fl-istess dar ma’ tfal b’Care Order li jattendu skola tal-knisja jistgħu japplikaw biex jinkitbu fl-istess skola tal-knisja, jekk hemm post vakanti, (ara Regolamenti tal-Każijiet Serji paragrafu 1.10)
Applikanti ta’ Każijiet Soċjali jistgħu jkunu mainstream jew bis-sapport tal-L.S.E. Għalhekk jiġu kkunsidrati skont il-kundizzjoni tagħhom.
Ma jiġux ikkunsidrati bħala Każijiet Soċjali dawk li bħala kawża jagħtu xi waħda biss minn dawn
ir-raġunijiet: tfal minn ommijiet mhux miżżewġa; fejn jidħlu separazzjonijiet; tfal adottati; tfal li qegħdin f’foster families. Dwar tfal adottati u tfal li qegħdin f’foster families ara wkoll Kriterju 1ċ.
- Applikanti li qed japplikaw għal statement u/jew għandhom ċertifikat mingħand xi psikologu edukattiv, għandhom jissottomettu dawn id-dokumenti ma’ din l-applikazzjoni.
- F’każijiet fejn l-applikant ikun diġà statemented u għandu L.S.E. imma jkun għamel progress u
fl-opinjoni tal-ġenituri / kustodji, tal-iskola u tal-psikologu edukattiv ikun jista’ ikompli l-edukazzjoni tiegħu mingħajr
l-għajnuna tal-L.S.E. u sal-31 ta’ Ottubru 2024 tkun saret talba lill-iStatementing Moderating Panel Board
sabiex jitneħħa s-sapport tal-L.S.E., l-applikant, inizjalment, għandu japplika bħala mainstream u
għandu jippreżenta t-talba li saret biex jitneħħa l-L.S.E. u dokumentazzjoni rilevanti oħra. Il-Bord tad-Dħul jiddetermina jekk l-applikazzjoni titqiesx bħala mainstream jew bħala każ serju.
-
Bħala applikant b’talba ta’ Revision of Statement għal tneħħija ta’ LSE li saret qabel il-31 ta’ Ottubru 2024, għandek tapplika bħala mainstream (ie. mhux Każ Serju). Nitolbuk terġa tibda l-applikazzjoni biex din tkun valida. Grazzi.
Hidden
Tfal li huma fit-tieni sena kindergarten fi Skola tal-Knisja bla Kontinwità u li diġà applikaw għal statement ta’ bżonnijiet għand l-istatementing board sad-data tal-applikazzjoni għandhom japplikaw bħala Każ Serju.
Tfal li huma fis-sitt sena primarja fi Skola tal-Knisja bla Kontinwità u li sad-data tal-applikazzjoni bdew jew se jibdew il-proċess għand l-istatementing moderating panel jew għand ic-C.D.A.U., jew għandhom jew se jkollhom xi ċertifikat mingħand xi psikologu edukattiv jew simili, li jista’ iwassal għal għajnuna ta’ LSE jew simili, għandhom japplikaw bħala Każ Serju.
Il-Bord tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja jista’ jilqa’ talbiet għal eżenzjoni minn dan ir-regolament għal raġunijiet speċifiċi, inkluż dawk li jkunu rrepetew xi sena. Dawn it-talbiet għandhom isiru bil-miktub lill-Bord tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja, Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, 30, Binja Josmar, Triq Idmejda, Ħal Balzan BZN1521, jew permezz ta’ imejl lil
[email protected] sa mhux aktar tard minn ħmistax-il jum minn meta ssir l-applikazzjoni. Għandhom jiġu ppreżentati d-dokumenti kollha rilevanti u mitluba mill-Bord.
Spjega fi kliemek ir-raġuni għala qed tapplika bħala Każ Serju/Soċjali.
DETTALJI TAL-APPLIKANT
NB: Id-deskrizzjonijijet huma fil-maskil, imma japplikaw għall-femminil ukoll.
Skenja ċ-ċertifikat oriġinali tal-Insinwa.
Skenja ċ-ċertifikat oriġinali tal-Magħmudija.
L-iskejjel li nista’ nagħżel minnhom huma:
- L-iskejjel ta’ St Angela
- L-iskejjel ta’ Santa Monika
- Il-kulleġġ tas-Sacred Heart
- Il-kulleġġ ta’ Santu Wistin
- L-iskejjel ta’ St Francis
- L-iskejjel ta’ Theresa Nuzzo
- Il-kulleġġ ta’ San Alwiġi
- Il-kulleġġ ta’ St Albert the Great
- L-iskejjel ta’ St Dorothy
- L-iskejjel ta’ St Joseph
- Il-kulleġġ ta’ St Jeanne Antide
- Il-kulleġġ ta’ De la Salle
- St Benild
- Our Lady Immaculate, Ħamrun
- Il-kulleġġ ta’ Stella Maris, il-Gzira
- Il-kulleġġ ta’ St Elias
- St Michael
- Is-Seminarju
L-iskejjel li nista’ nagħżel minnhom huma:
- L-iskejjel ta’ Santa Monika
- L-iskejjel ta’ St Francis
- L-iskejjel ta’ Theresa Nuzzo
- Il-kulleġġ ta’ San Alwiġi
- Il-kulleġġ ta’ St Albert the Great
- L-iskejjel ta’ St Joseph
- Il-kulleġġ ta’ St Jeanne Antide
- Il-kulleġġ ta’ De la Salle
- St Benild
- Il-kulleġġ ta’ Stella Maris, il-Gzira
- Il-kulleġġ ta’ St Elias
- St Michael
DD slash MM slash YYYY
DD slash MM slash YYYY
DD slash MM slash YYYY
DD slash MM slash YYYY
DD slash MM slash YYYY
Uża dan il-format 0000000X, żid ‘0’s quddiem in-numru tal-ID card jekk in-numru tal-ID card mhux b’7 numri (eż. jekk l-ID card hi 2311L imla 0002311L)
-
Din l-applikazzjoni hija għall-iskejjel tal-Knisja f’Malta. Applikazzjonijiet għal skejjel tal-Knisja f’Għawdex jinstabu hawn.L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola.
Agħfas hawn biex tniżżel id-dikjarazzjoni li trid timtela’, tiġi skenjata u tittella’ hawn.
Jekk m’għandekx talba għal tneħħija tal-L.S.E. li saret sal-31 ta’ Ottubru 2024, għandek tapplika bħala każ serju.
Ara li qed timla’ l-applikazzjoni taħt il-każijiet serji.
Id-Dikjarazzjoni dwar il-Programm Edukattiv mhux neċessarju għal Kinder 1Dan japplika biss għal applikanti mingħajr l-għajnuna ta’ LSE.
Agħti d-dettalji ta’ dawk l-aħwa li qegħdin fl-iskola jew skola tal-istess entità reliġjuża li tixtieq tapplika għaliha.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola u mas-Segretarjat.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola.
Agħżel l-istess skola jew skola tal-istess entità reliġjuża li fiha jaħdem il-ġenitur / kustodju.
Agħżel l-istess skola jew skola tal-istess entità reliġjuża li fiha jattendu l-aħwa.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola.
L-informazzjoni mogħtija ser tiġi vverifikata mal-Iskola.
L-applikant/a i/tkun eliġibli għall-istess skola tal-Knisja, jekk hemm post vakanti.
Skenja ċ-ċertifikat/i oriġinali tal-Insinwa.
Skenja il-Karti tal-Identità tal-ġenituri / kustodji minn quddiem u wara.
F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1ċ ii, iii u iv, jinħtieġu d-dokument riċenti li jindikaw l-kustodja u r-responsabiltà għall-edukazzjoni tal-aħwa.
F’każ ta’ tfal adottati jew li qegħdin f’foster families, jinħtieġ ċertifikat mill-Aġenzija li jindika li t-tifel huwa adottat, jew fostered mal-familja.
Skont ir-regolamenti 4.1 u 4.2, min diġa’ applika bil-Kriterju tat-Tfal tal-Impjegati (1b), bil-Kriterju tal-Aħwa (1ċ) u bil-Kriterju għal-Transfer, diġa’ għandu applikazzjoni bil-Kriterju 3 (Applikanti Oħra) u għaldaqstant M’HEMMX GĦALFEJN JERĠA JAPPLIKA.

DETTALJI OĦRA
Agħfas hawn biex tniżżel id-dikjarazzjoni li trid timtela’, tiġi skenjata u tittella’ hawn.
Agħfas hawn biex tniżżel id-dikjarazzjoni li trid timtela’, tiġi skenjata u tittella’ hawn.
Jekk qed tapplika għal tfal oħra din is-sena, agħti d-dettalji tagħhom. Ara il-paragrafu 3.1 tar-regolamenti.
Jekk ghandek in-numru/i tal-applikazzjoni/jiet iktibhom hawnekk.
Jekk xi ħadd mill-ġenituri / kustodji ma jaqbilx ma din l-applikazzjoni, jew mhux infurmat bl-applikazzjoni u ma tahx il-kunsens tiegħu/tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.
Il-mili ta’ din l-applikazzjoni minn ġenitur / kustodju wieħed, jew ta’ rappreżentant tal-ġenituri / kustodji, tindika li hemm qbil bejn il-ġenituri / kustodji li ssir din l-applikazzjoni.
Jekk xi ħadd mill-ġenituri / kustodji ma jaqbilx ma’ din l-applikazzjoni jew mhux infurmat bl-applikazzjoni, u ma tahx il-kunsens tiegħu/ tagħha, din l-applikazzjoni tirriżulta invalida.
Nagħti l-kunsens tiegħi għal din l-applikazzjoni.
Nagħti l-kunsens tiegħi għal din l-applikazzjoni.
F’każ ta’ applikazzjonijiet skont paragrafi 1ċ ii, iii u iv.
Hidden
Nitolbuk tirrivedi l-informazzjoni qabel tagħmel ‘Submit’ biex tkun ċert li l-informazzjoni hija korretta.
Mitlub tinnota li meta tuża l-buttuna “Save and Continue Later” trid terġa’ ittella’ d-dokumenti meta tkompli timla l-applikazzjoni.
Jekk il-formula tidher li tkun weħlet meta’ tagħfas il-buttuna “Next” kun ċert li d-dokumenti li tellajt, flimkien, ma jeċċedux is-16Mb.