• Applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi skejjel tal-Knisja

  • Ser jerġgħu jintlaqgħu applikazzjonijiet għal numru ta’ postijiet għall-bniet fl-ewwel sena sekondarja u għas-subien fir-raba’ sena primarja.
    L‑applikazzjonijiet jintlaqgħu nhar il-Tlieta, 30 ta’ Lulju 2013, fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, 16, il-Mall, Furjana, bejn id-9:00 a.m. u nofsinhar, u jkunu skont dawn il-kriterji: studenti skont l-ewwel kriterju (Djar tal-Knisja), aħwa, ulied ta’ impjegati fi skola tal-Knisja u ta’ skola bla kontinwità, u skont it-tielet kriterju (Applikanti Oħra).
    L-istudenti għall-ewwel sena sekondarja jridu jkunu twieldu fis-sena 2002 u dawk għar-raba’ sena jridu jkunu twieldu fl-2005. Aktar dettalji dwar id-dokumenti li wieħed għandu jippreżenta meta japplika jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul fuq il-websajt: http://knisja.mt/posts/category/church-schools Il-ħlas għall-applikazzjoni huwa ta’ €10.
    Dan il-proċess ser jitmexxa skont ir-Regolamenti tad-Dħul. Il-polza tal-applikanti ser issir nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Awwissu 2013, fil-Kurja tal-Arċisqof, Furjana. Il-polza tal-bniet għall-ewwel sena sekondarja tibda fis-1:00 p.m. u dik tas-subien għar-raba’ sena primarja tibda fis-1:30 p.m. jew wara li tispiċċa dik tal-bniet.  Immedjatament wara ssir ir-reġistrazzjoni tat-tfal, għaldaqstant huwa importanti li l-ġenituri jkunu prezenti għall-polza.
    F’kaz ta’ diffikultà wieħed jista’ iċempel il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja fuq 27790077 jew 27790060.