Dun Nicholas Pace

L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. ħatar lil Dun Nicholas Pace bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun.

Dun Nicholas twieled fl-1 ta’ Diċembru 1961. Hu rċieva l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tas-Siġġiewi, fil-Kulleġġ Santu Wistin, tal-Pietà, u fil-Kulleġġ Stella Maris (6th Form) il-Gżira. Hu kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija), fl-Università ta’ Malta.

Dun Nicholas Pace ġie ordnat saċerdot fit-8 ta’ Lulju 1988 u nħatar viċi-kappillan fil-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara u wara, fil-parroċċa Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar. Fl-1995 huwa nħatar kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Safi u wara ħames snin inħatar kappillan tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa fejn ilu jservi sal-lum.

Il-parroċċa taż-Żejtun, tiġbor fiha madwar 11,161 persuna f’ 3,902 familja.