Il-Katidral tal-Imdina

  • Il-Katidral inbena fuq il-fdalijiet tal-ewwel Katidral li kien inbena. Fiż-żminijiet medjevali, imma ġġarraf fl-1693 b’terremot li kien qered ħafna mill-belt tal-Imdina. L-arkitett Malti Lorenzo Gafa’ ġie afdat bil-pjanti u l-bini tal-Katidral il-ġdid kien ikkonsagrat fis-sena 1703.
    Il-Katidral li hu l-Knisja Omm tal-knejjes kollha tal-Arċidjocesi ta’ Malta, huwa ddedikat lill-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Appostlu li waqqaf il-Knisja f’Malta wara l-għarqa li sofra fi triqtu lejn Ruma fis-sena 60 AD. Hawn isiru ukoll il-festi tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl (L-Imnarja) u ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema.
     

    Ftuħ tal‑Bieb tal‑Ħniena

    Mit‑Tnejn sas‑Sibt: mis‑7.00pm sas‑7.00pm
    Il‑Ħadd: mis‑7.00am sa 12.00pm, u mit‑3.00pm sas‑7.00pm

    Sagrament tar‑Rikonċiljazzjoni

    Mit‑Tnejn sal‑Ħadd: mid‑9:30am san‑12:30pm
    Il‑Ġimgħa filgħaxija: mill‑4:30pm sas‑7:30pm

    Quddies fil‑Katidral tal‑Imdina

    Mit‑Tnejn sas‑Sibt: 9:00am, 6:00pm
    Il‑Ħadd: 9:30am, 11:00am, u 6:00pm