L-Oratorju tal-Kurċifiss, l-Isla

  • L-oriġini tal-Oratorju tal-Kurċifiss insibuh fil-bini ta’ kappella ddedikata lill-Madonna tal-Karità fuq in-naħa tax-xellug tal-artal maġġur fis-sena 1615. Il-bini u d-dekorazzjoni ta’ dan l-oratorju tlestew fis-sena 1733.
    Fil-11 ta’ April 1941 l-Oratorju tal-Kurċifiss sofra ħsarat kbar minkejja li ma ntilifx kollu. Wara l-gwerra ssewwew il-ħsarat tal-Oratorju u l-istatwa tar-Redentur reġgħet sabet postha wara li kienet ittieħdet għall-kenn f’Birkirkara. Matul is-snin saru diversi pellegrinaġġi bix-xbieha devota tar-Redentur.  
     

    Ftuħ tal‑Bieb tal‑Ħniena

    Mit‑Tnejn sal‑Ħadd: Mis‑6:00am sal‑11:30am, u mill‑4:00pm sas‑6:30pm

    Sagrament tar‑Rikonċiljazzjoni

    Qabel u wara l‑Quddies

    Quddies fil‑Bażilika ta’ Marija Bambina

    Ħdud u Festi: 7:00am, 8:00am, 9:15am, 11:00am, 6:00pm
    Sibtijiet filgħaxija: 6:00pm
    Mit‑Tnejn sas‑Sibt: 6:30am, 7:45am, 6:00pm
    Kull nhar ta’ Ġimgħa: 6:30am, 7:45am, 10:00am, 6:30pm
    Kull l‑ewwel Ġimgħa tax-xahar: 6:30am, 7:45am, 10:00am, 5:00pm, 6:00pm