L-Isqfijiet Maltin qalu li bid-divorzju, iż-żwieġ ma jibqax aktar dejjiemi. Qalu li d-divorzju jmiss u jbiddel l-istess natura taż-żwieġ. Fi kliemhom, il-liġi li ddaħħal id-divorzju hija tentattiv ghal soluzzjoni ġuridika li tfarrak il-permanenza u l-istabilità tal-istituzzjoni taż-żwieġ għax tibdillu n-natura tiegħu.

F’Nota Dottrinali u Pastorali ndirizzata lis-saċerdoti, dwar l-impenn u l-imġiba tagħhom fir-rigward taż-żwieġ u l-familja, l-Isqfijiet Maltin spjegaw id-differenza bejn id-divorzju u l-annullament, u qalu li jaqblu li tingħata protezzjoni legali lill-persuni li jkunu f’sitwazzjoni ta’ koabitazzjoni; fakkru lis-saċerdoti li l-Knisja għandha d-dmir li ddawwal il-kuxjenza tan-Nisrani; ddikjaraw li l-leġiżlatur li ma jimxix fuq fundament etiku fit-tfassil tal-liġijiet ikun qed jagħmel ħsara lill-bniedem u lis-soċjetà.

AGĦFAS HAWN biex tkompli taqra dan l-artiklu fuq is-sit www.il-gensillum.com