Il-Caritas Malta s’issa gabret is-somma ta’ €49,400 mill-programm tat televixin għall-ġbir ta’ fondi li xxandar nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru 2011.  Dawn il-fondi se jgħinu biex jiffinanzjaw is-servizzi li l-Caritas Malta toffri b’xejn lill-pubbliku Malti.

Kelliemi għall-Caritas Malta qal illum li l-organizazzjoni tirringrazzja lill-poplu Malti  talli wieġeb b’dan il-mod ġeneru¿ għall-appell biex jappoġġjaw id-diversi programmi u servizzi għal nies fid-diffikultà.

Huwa qal li ghal dan l-iskop jistgħu jibqgħu jintbgħatu donazzjonijiet lill-Caritas Malta 5, Triq l-Iljun, il-Floriana FRN1514.