Editorjali

Pass kbir għall-umanità

  • Fl-okkażjoni tal-50 sena mindu l-bniedem rifes għall-ewwel darba fuq il-qamar, il-Papa Franġisku qal li permezz ta’ din il-kisba l-bniedem wettaq ħolma straordinarja. “Jalla l-memorja ta’ dan il-pass kbir għall-umanità jkebbes ix-xewqa li twassal għanijiet ikbar: iktar dinjità għad-dgħajfin, iktar ġustizzja fost il-popli, u futur aħjar għad-dar komuni tagħna”, żied jgħid il-Papa.

    Permezz ta’ kliemu u mġibtu, il-Papa kemm-il darba esprima x-xewqa li tingħata għajnuna konkreta lil dawk li huma fil-bżonn: l-immigranti, il-fqar, il-morda, l-anzjani kif ukoll id-dinja – li hi d-dar komuni tagħna…

  • Kompli aqra »

Open Weekend fil-Kurja tal-Arċisqof

  • Fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Kalċidonju, il‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana qed tiftaħ il‑bibien tagħha għall‑pubbliku nhar is‑Sibt 20 ta’ Lulju (5pm-9pm) u l‑Ħadd 21 ta’ Lulju (9am-1pm). Il‑pubbliku hu mistieden iżur il‑bini tal‑Kurja li kien magħruf bħala Casa Manresa, u jara x‑xogħol ta’ restawr li qed isir.

    Matul dawn il‑jumejn ser jiġu organizzati guided tours kull siegħa, kunċerti fil‑bitħa ċentrali, u żewġ esebizzjonijiet b’dokumenti mill‑Arkivju Djoċesan li jmorru lura għas‑seklu 16 u b’pitturi tal‑artist Joseph Calleja…

  • Kompli aqra »

Malta tospita laqgħa Ewropea dwar il-media

  • Bejn is-17 u d-19 ta’ Ġunju, il‑Knisja f’Malta ospitat l‑laqgħa annwali tal‑uffiċjali tal‑media u l‑kelliema tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE).

    Din il-konferenza, li saret fil-Kurja tal-Arċisqof, laqqgħet 53 parteċipant minn 27 pajjiż fl‑Ewropa  u mis‑Santa Sede, biex jiddiskutu temi importanti relatati mal‑komunikazzjoni u l‑media. Id‑delegazzjoni  tmexxiet mill‑Kardinal Angelo Bagnasco, President tas‑CCEE.

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna ntalab jkun wieħed mill-kelliema ewlenin ta’ din il-konferenza, li ġiet indirizzata wkoll minn Dr Paolo Ruffini, il‑Prefett għad‑Dekasteru tal‑Komunikazzjoni tas‑Santa Sede…

  • Kompli aqra »

Le għall-mibgħeda

  • “Il-persuni ta’ kulur li qegħdin magħna mhumiex mistednin imma huma parti minna.”

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna sostna dan waqt taħdita pubblika dwar il-paċi u l-mibegħda razzjali li saret fl-Università ta’ Malta wara l-qtil kiesaħ u biered ta’ Lassana Cisse Souleymane f’Ħal Far. L-Arċisqof qal li l-qtil ta’ Cisse hu twissija għall-mexxejja reliġjużi iżda wkoll għal kull ċittadin. Saħaq li komunità tibena anke permezz tal-parteċipazzjoni tal-immigranti…

  • Kompli aqra »

L-għaqda ta’ bejnietna

Il-protezzjoni tal-minuri

  • Fi tmiem is-summit dwar il-protezzjoni tal-minuri fil-Knisja, il-Papa Franġisku saħaq fuq tmien punti li l-Knisja għandha tiffoka dwarhom fil-“ġlieda fuq kull livell kontra l-abbużi tal-minuri”.  Fi kliem il-Papa “ninsabu quddiem problema universali u ta’ kulħadd li b’xorti ħażina niltaqgħu magħha kullimkien”. It-tminn linji gwida huma:

    1. Bidla fil-mentalità sabiex jiġu mħarsa t-tfal milli tiġi mħarsa l-istituzzjoni.
    2…

  • Kompli aqra »

Il-prinċipju tal-protezzjoni tal‑ħajja

  • F’Jum il-Ħajja, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi appella lis-soċjetà Maltija sabiex ikun hawn aktar nies ta’ sinsla u ta’ prinċipju li kapaċi jiddefendu l-ħajja mill-bidu sat-tmiem naturali tagħha. L-Isqof saħaq fuq erba’ punti:

    Il-ħarsien tal-ħajja mhix kwistjoni ta’ mandat: Il‑protezzjoni tal‑ħajja umana, anke meta għadha fit‑tnissil, hi kwistjoni ta’ prinċipju u ma tintrabatx ma’ xi mandat li jagħti l‑poplu.
    Kburin ukoll jekk inkunu waħedna: Li tiddefendi l-ħajja m’għandux iġegħelna nistħu jew nisktu…

  • Kompli aqra »

L-għaqda fost l-Insara

  • Kull sena bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar, l-Insara kollha madwar id-dinja jingħaqdu flimkien biex jiċċelebraw il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara. It-tema taċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena hi: “Għandek tfittex il-ġustizzja, u l-ġustizzja biss” (Dewt. 16:20).

    Il‑Ġimgħa ta’ Talb għall‑Għaqda fost l‑Insara, li ilha tiġi ċċelebrata għal aktar minn 100 sena, tintemm fil-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl, l-Appostlu tal-Ġnus…

  • Kompli aqra »

Il-valur tal-ħajja

  • Fil-messaġġ tal-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna fakkar kif it-twelid tat-tarbija ta’ Betlehem tgħallimna ngħożżu l-ħajja mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha. Saħaq li l-Milied ifakkarna wkoll li l‑ħajja għandha valur li huwa bla prezz.

    F’għeluq il-200 sena tal-għanja O Lejl ta’ Skiet, l-Arċisqof qal li t-tarbija ta’ Betlehem tħeġġiġna wkoll nieqfu u nirriflettu fuq il-mistoqsijiet fundamentali tal-ħajja, mistoqsijiet li “l‑bniedem għamilhom f’kull kultura u f’kull żmien,” dwar minn fejn ġejjin u fejn sejrin…

  • Kompli aqra »

It-Triq tal-Verità

  • Fil-festa ta’ Kristu Re, l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella lin-Nisrani sabiex jagħżel dejjem it-triq tal-verità li hija l-Kelma ta’ Ġesù. Qal li ħafna drabi ngħixu f’dinja fejn il-kmandamenti donnu qatt ma smajniehom, b’mod speċjali dawk il-kmandamenti li jħarsu l-proxxmu. L-Arċisqof saħaq fuq tliet kmandamenti li b’mod partikolari japplikaw għas-soċjetà tal-lum:

    La tigdibx. Fil-verità u fir-rispett tal-fatti hemm ir-rispett veru ta’ xulxin; il-gidba saret strument ta’ firda li tkisser mhux biss lin-nies imma popli sħaħ. 
    La toqtolx. Ixxaħħamx butek billi tirrovina ż-żgħażagħ bid-droga; tisfruttax lin-nisa f’kummerċ li jneżżagħhom minn kull dinjità; Tobgħod lil ħadd għax f’qalbek tkun diġà qattiel…

  • Kompli aqra »