Il-ftuħ tal-Ġublew tat-Tama fl-Arċidjoċesi ta’ Malta
20/12/2024Nhar il‑Ħadd, 29 ta’ Diċembru 2024, l‑Arċisqof Charles Scicluna se jagħti bidu għall‑Ġublew tas‑Sena 2025 fl‑Arċidjoċesi ta’ Malta, bit‑tema ‘Pellegrini tat‑Tama’. Dan wara li f’lejlet il‑Milied filgħaxija, il‑Papa Franġisku se jiftaħ uffiċjalment is‑Sena tal‑Ġublew bil‑ftuħ tal‑Bieb Imqaddes fil‑Bażilika ta’ San Pietru, fil‑Vatikan, u wara jiċċelebra quddiesa fil‑Bażilika stess.
Iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Knisja f’Malta tibda fil‑5:00pm, b’rit li se jiġi ċċelebrat fid‑dinja Kattolika kollha. Ir‑rit jibda b’mument ta’ talb immexxi mill‑Arċisqof Scicluna fil‑Grotta ta’ San Pawl fir‑Rabat… Kompli aqra »