Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-Mulej jeħilsek – L-Arċisqof

Quddiesa fis-60 anniversarju mill‑professjoni ta’ Madre Michelina Mifsud tas‑Sorijiet Agostinjani tal‑klawsura

  Il-Monasteru ta’ Santa Katerina, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù juża żewġ tixbihat fl-Evanġelju li għadna kemm smajna: it-tixbiha tal-imfietaħ u t-tixbiha tal-blata. L-imfietaħ huma dawk li jagħtuna aċċess, li jiftħulna ambjent, imma huma wkoll għodda biex issakkar. Hu jagħti din il-qawwa, il-qawwa tal-imfietaħ, lill-Knisja fil-persuna ta’ Pietru. Aħna, meta nqimu u nagħtu proprju ubbidjenza lill-ministeru tal-Papa, is-suċċessur ta’ San Pietru, nagħmlu hekk għax hu qiegħed jeżerċita poter, qawwa spiritwali f’isem il-Knisja… Kompli aqra »

Inkunu ta’ sapport għal xulxin fis-saħħa mentali – L-Arċisqof

Il-Quddiesa tal-20 Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja ta’ Ommna Marija tal-Parir it-Tajjeb, Paceville

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dari dar it-talb tissejjaħ għall-popli kollha” (Iż 56:7). Din hija l-profezija minn Iżaija li qrajna llum u li tixraq ħafna wkoll għal din l-okkażjoni li fiha qegħdin niċċelebraw il-50 anniversarju mit-tberik ta’ din il-knisja. Hija dar it-talb, hija dar il-Mulej. U tissejjaħ hekk għall-popli kollha.

Fid-dawl tal-Evanġelju li għadna kemm smajna, nifhmu li meta Isaija jifhem: “il-popli kollha” qed jinkludi mhux biss lil ħutu l-Lhud imma wkoll lil dawk li ġejjin mill-ġnus… Kompli aqra »

L-umiltà tal-Madonna tgħallimna ma naqtgħux qalbna quddiem il-limiti tagħna – L-Arċisqof f’Santa Marija

  Il-Bażilka Minura ta' Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!” (Lq 1:42). Imbierka inti fost in-nisa għaliex għalina inti sirt sinjal tal-fidi li għaddewlna l-appostli, “għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu. Imma kulħadd skont kif imissu” (1Kor 22-23).

Aħna u nammiraw I l-kwadru titulari inkurunat li ħareġ mill-ġenju ta’ Stefano Erardi fis-seklu 17, ninnutaw mhux biss il-figura sabiħa ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema, imma wkoll grupp ta’ rġiel, l-appostli, miġbura madwar il-qabar tagħha… Kompli aqra »

Aħna meħlusa mid-dnub bil-fidwa li ġabilna l-Mulej – L-Arċisqof fl-400 anniversarju mit-twaqqif tal-Kapitlu Katidrali f’Għawdex

Quddiesa fil-Katidral ta’ Sidtna Marija Mtellgħa fis-Sema, ir-Rabat, Għawdex

Mill-folla jinstema’ leħen li jbierek is-sider ta’ Marija u l-ġuf tagħha. Ġesù, dan il-kliem japprezzah, kliem ta’ ġieħ lill-omm li ġabitu fid-dinja, imma japprezza wkoll f’ommu l-ubbidjenza lejn il-Kelma ta’ Alla. “Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1:38) Dawn il-kliem jiġbru l-ħajja ta’ Sidtna Marija, l-ispiritwalità tagħha, l-eżempju tagħha għalina. “Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1:38) Tgħidlu hekk, xebba rżina ta’ madwar sittax-il sena, meta tilqa’ l-proposta li ssir omm Alla; tgħidlu hekk taħt is-salib ta’ Binha – “Hawn jiena l-qaddejja tal-Mulej” (Lq 1:38)… Kompli aqra »

Ejjew nitgħallmu minn San Gejtanu kif nittamaw f’Alla – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Gejtanu, fil-Ħamrun

Festa Titulari

  Knisja Arċipretali San Gejtanu, il-Ħamrun

“Fittxu l-ewwel is-Saltna ta’ Alla.” Din il-frażi mill-Evanġelju li għadna kemm smajna, li qara l-Arċipriet mill-Evanġelju skont San Mattew, tiġbor l-ispiritwalità ta’ San Gejtanu. Huwa messaġġ li intom tant intom midħla tiegħu għaliex f’ħafna ikonografija ta’ San Gejtanu din il-kelma ‘quaerite regnum Dei’ jew inkella ‘fittxu s-saltna ta’ Alla’ insibuha prattikament dejjem u kullimkien.

San Gejtanu fittex is-Saltna ta’ Alla billi fehem x’inhi… Kompli aqra »

Ilkoll ngħaddu mill-esperjenza tal-Mulej, li jmidd idu biex jaqbadna u jsalvana – L-Arċisqof fil-Pussess ta’ Dun David Borg

  Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Lourdes, Raħal Ġdid

Għażiż Fr David, nawguralek li tkun tista’ timxi fuq il-baħar. Tgħidli, fis-sajf nipprova, u fix-xitwa naraw. Imma xi tfisser li timxi fuq il-baħar? Il-baħar, fl-Iskrittura, b’mod speċjali għan-nies ta’ żmien Ġesù, kien element ostili, ta’ biża’, ta’ periklu. Aħna l-Maltin ukoll, għandna dik l-espressjoni: ‘il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa’. Xi idea tal-baħar kellhom ukoll missirijietna żgur. Nafu kemm iħajrek, imma mbagħad meta jsir qalil, xi grigalata qawwija, nafu wkoll xi jsarraf… Kompli aqra »

Ejjew nimmeditaw l-imħabba ta’ Alla – L-Arċisqof fil-Festa tat-Trasfigurazzjoni f’Ħal Lija

  Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Mill-għolja tat-Tabor b’kull dija mimlija
lit-Trinità Mqaddsa kull ġieħ u foħrija.

Il-Knisja, hi u tifraħ f’din il-festa solenni li dis-sena taħbat jum il-Ħadd u għalhekk tiġi ċċelebrata b’solennità fil-knejjes kollha tad-dinja Kattolika, din il-festa li tgħaqqadna wkoll ma’ ħutna l-Ortodossi li jiċċelebrawha wkoll f’dan il-jum qaddis, tissejjaħ fit-tradizzjoni orjentali l-Epifanija  tas-sajf. L-Epifanija niċċelebrawha, almenu fil-kalendarju l-antik, fis-6 ta’ Jannar… Kompli aqra »

Dixxiplu tas-saltna tas-smewwiet – L-Arċisqof dwar l-Isqof Paul Darmanin

Quddiesa praesente cadavere b'suffraġju tal-Isqof Emeritu Pawlu Darmanin u oħtu Marija

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Kull kittieb li jkun sar dixxiplu tas-saltna tas-smewwiet jixbah lil wieħed sid, li mill-ħażna tiegħu joħroġ sew il-ġdid sew il-qadim”. Aħna u nsellmu b’tislima Nisranija mimlija fidi u tama, aħna u  nagħmlu dan l-att ta’ mħabba niftakru fl-Isqof Pawlu bħala dak id-dixxiplu, il-kittieb għaref, għalliem li sar tassew dixxiplu tas-saltna tas-smewwiet.

Bil-vokazzjoni tiegħu Franġiskana Kappuċċina baqa’ iben omm Ġesù u meta l-Mulej sejjaħlu biex ikun isqof suċessur tal-appostlu, għażel bħala motto l-kliem: ‘immexxija mill-omm ta’ Ġesù, minn Marija… Kompli aqra »

Mulej, għinni nġorr salibi – L-Arċisqof waqt quddiesa f’Dar Bjorn

Dar Bjorn

  Ħaż-Żebbuġ

L-aħwa, il-Mulej Ġesù jaf ifejjaq lir-ruħ u lill-ġisem. Aħna, l-ewwel nett, nirringrazzjaw lil Alla ta’ dak kollu li qed jagħmel permezz ta’ Bjorn u Marija, u din il-fondazzjoni, biex il-ħajja ta’ kull wieħed u kull waħda minna tkun aħjar. Nirringrazzjaw lil Alla wkoll tal-helpers. I would like to say thank you to all our helpers. It is you who are part of the beautiful experience of this hold… Kompli aqra »

“Agħti ħajtek u ruħek lil min iridlek il-ġid” – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Sittax-il Ħadd ta’ matul is-sena

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jkompli jfissrilna l-parabboli li jagħti hu stess u jkompli jkellimna wkoll b’riferiment għad-dinja tal-agrikoltura. Jerġa’ jsemmi bħalma smajna l-Ħadd li għadda wkoll, iż-żerriegħa.

Waħda mill-affarijiet li forsi tolqotna llum hija d-distinzjoni bejn iż-żerriegħa t-tajba u ż-żerriegħa l-ħażina; il-qamħ u s-sikrana, imma wkoll iċ-ċokon taż-żerriegħa tal-mustarda. Il-Mulej jagħtina żewġ parabboli li jfissru li s-saltna t’Alla tibda fiċ-ċokon, fl-umiltà u fil-modestja… Kompli aqra »