Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-Mulej, li hu ġust u ħanin, jagħraf il-qalb tagħna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġejlu qawwi mill-kapitlu 11 ta’ San Mattew jikkonfrontana bir-responsabbiltà li għandna. Il-Mulej juri ħniena magħna. Ġesù jgħid: “Il-ħafna mirakli li kien għamel fihom” (Mt 11:20). Jitkellem dwar l-indiema, jitkellem dwar il-predikazzjoni tiegħu “kieku l-mirakli li saru fikom” (Mt 11:21).

Aħna midħla ta’ Ġesù; aħna nafu ħafna bil-qawwa tiegħu u din il-ħaġa hi privileġġ u hi faraġ imma wkoll hi responsabbiltà… Kompli aqra »

Nafdaw kollox f’idejn il-Madonna – L-Arċisqof

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena, aħna u niċċelebraw il-festa solenni ta’ Sidtna Marija taħt it-titlu sabiħ tal-Madonna tal-Karmnu, għandna fostna r-relikwa tal-labtu li jlibbes lil San Ġwanni Pawlu II. Ta’ żagħżugħ, skopra d-devozzjoni lejn il-Madonna, mgħallma minn San Luiġi Grignion Maria de Montfort, u Karol Wojtyla, ta’ żagħżugħ, ikkonsagra ruħu lill-Madonna. Il-Formola tal-Konsagrazzjoni li kkompona San Luiġi Grignion Maria de Montfort – jafuh ħafna dawk li huma midħla tal-Legion of Mary – tibda b’dawn iż-żewġ kelmiet: ‘Totus Tuus’, – ‘Jiena kollni tiegħek’… Kompli aqra »

Jiena, bil-ħajja tiegħi, qed inħalli d-dinja ftit aħjar milli sibtha?

Quddiesa fil-festa ta' San Benedittu

  Il-Monasteru San Pietru, l-Imdina

Qegħdin infakkru wieħed mill-patruni tal-Ewropa. San Pawlu VI ddikjara lil San Benedittu patrun tal-Ewropa, u r-raġuni kienet li b’dak li beda fis-seklu 6 qajjem il-kultura Ewropea miġbura madwar il-monasteri bħala ċentri ta’ talb, ta’ kultura, ta’ xogħol, ta’ agrikoltura, ċentri ta’ ċivilizzazzjoni.

Aħna rridu nitolbu l-interċessjoni ta’ San Benedittu llum biex din iċ-ċiviltà tal-imħabba, tat-talb, tal-bżulija, tkompli ssib propju ambjent fejn tikber u tixtered, mhux biss fuq il-kontinent tagħna, imma fostna u fid-dinja… Kompli aqra »

Isimgħu l-għajta tal-ġustizzja! – L-Arċisqof lill-Korp tal-Pulizija

Quddiesa f'Jum il-Pulizija

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ippermettili nsellimlek, għażiż President tar-Repubblika, Sinjura Vella, Onor. Ministru u personalitajiet distinti. Insellem lilek, għażiż Kummissarju, l-uffiċjali għolja kollha tal-Korp, il-membri tal-Korp, ukoll grupp sabiħ ta’ rekruti insellmilkom u nawguralkom f’dan il-jum. I would like to greet the members of our diplomatic corps. Thank you for your kind presence this morning at St John’s Co-Cathedral, as we pray and support our police corps… Kompli aqra »

“Tinkwetawx, se nkomplu nieħdu ħsiebhom” – L-Arċisqof lill-ġenituri tar-residenti fid-Dar tal-Providenza

Quddiesa fit-Tlettax-il Ħadd ta’ matul is-sena

  Id-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna serje ta’ kliem ta’ Ġesù, li mhux bilfors maqgħudin flimkien fi storja waħda. Imma bħalma jiġri f’ċerti paġni mill-Evanġelju ta’ San Mattew, jagħtina kliem li qal Ġesù li ftakrithom il-komunità u li ħassew kien hemm bżonn mhux biss jibqgħu jiftakruhom imma jibqgħu wkoll jgħadduhom minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Huma kliem li ħafna drabi nsibuha diffiċli nifhmuhom… Kompli aqra »

L-edukazzjoni mhix kapriċċ, imma essenzjali – L-Arċisqof

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nawguralkom ħafna f’din l-okkażjoni sabiħa tat-30 anniversarju mill-istituzzjoni tal-Kunsilli Lokali, imbagħad ’il quddiem anke tar-Reġjuni. 

Eċċellenza, għażiż President tar-Repubblika, Sinjura Vella; Onorevoli Ministri u personalitajiet distinti; spettabbli Presidenti tar-Reġjuni, Sindki. Nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illum, u nawguralkom ħafna fix-xogħol tagħkom.

Ippermettuli naqsam magħkom ftit ħsibijiet qosra, għax is-sħana wkoll. L-ewwel nett nawguralkom ħafna li fix-xogħol tagħkom tkomplu taħdmu biex nikbru bħala poplu, dak li nistgħu nsejħulu s-sens ċiviku… Kompli aqra »

Nitolbu li nkunu Knisja ta’ rikonċiljazzjoni, paċi u missjoni – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità ta' San Pietru u San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

First of all I would like to greet a group from the Zimbabwean chaplaincy in the United Kingdom accompanied by Fr John and Fr Benson. You are most welcome as you join us in this solemnity of the feast of St Peter and St Paul. Your presence today is a mark of how catholic we truly are. You are very welcome as you visit our islands and also visit places linked to the footsteps of St Paul whom we also celebrate today alongside St Peter… Kompli aqra »

Alla biss huwa kapaċi jiġġudika – L-Arċisqof

  L-Oratorju tal-MSSP, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art” (Ġen 12:4). Għeżież saċerdoti, aħna u ningħaqdu magħkom illum biex nirringrazzjaw lil Alla tad-don tas-saċerdozju u tal-ministeru tagħkom, it-talba tagħna hija li l-Mulej ikompli jberikna permezz tagħkom: “Jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art” (Ġen 12:4). 

Ġesù, fil-Kelma li jagħtina llum, jagħtina kriterju ta’ umiltà importanti. L-ewwel nett jibgħatna bħala qaddejja, mhux imħallfin: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom” (Mt 7:1-2)… Kompli aqra »

Il-Mulej jiftakar u ma jinsiex – L-Arċisqof

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel Evanġelju fil-festa tat-twelid ta’ San Ġwann il-Battista huwa proprju l-Evanġelju tat-tħabbira tat-twelid tiegħu. L-Evanġelista Luqa jagħtina l-kuntest. Meta ġara dak li se jirrakkonta? Hu jgħid: “Fi żmien Erodi, sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija; martu, kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron” (Lq 1:5). Erodi huwa dak li l-Evanġelju, b’mod speċjali l-Evanġelju tat-twelid ta’ Ġwanni l-Battista, ta’ Ġesù, jirrappreżenta s-suppervja u l-arroganza tal-poter… Kompli aqra »