Il-Kelma tal-Arċisqof

Għandna bżonn l-umiltà, il-kuraġġ u x-xhieda ta’ Ġwanni l-Battista – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità ta' San Ġwann Battista

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ismu huwa Ġwanni” (Lq 1:63). Dawn il-kelmiet ta’ missier din it-tarbija li tagħha qegħdin niċċelebraw it-twelid, għandhom effett straordinarju, l-ewwel nett fuq min qiegħed jisma’ “kulħadd baqa’ mistagħġeb” (Lq 1: 63).

Kulħadd baqa’ mistagħġeb li Żakkarija kkonferma dak li qalet l-omm, Eliżabetta, li isem it-tarbija mhux se jkun Żakkarija għal missieru, mhix kwistjoni ta’ dinastija li tagħraf id-demm u l-laħam, imma hu isem magħżul minn Alla bħalma hi magħżula minn Alla l-missjoni ta’ din it-tarbija… Kompli aqra »

Il-kejl li tana hu l-imħabba tal-għedewwa – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf kemm-il darba għedna lil xulxin u smajnieha: isma’ ħadd mhu perfett u Ġesù jgħidilna: “Kunu perfetti” (Mt 5:48). Issa l-perfezzjoni veru qiegħda fis-sema biss. Jgħidu li l-orjentali meta jagħmlu tapit sabiħ iħallu difett għax jgħidu l-perfezzjoni fis-sema biss qiegħda, fl-art anke f’tapit sabiħ irid ikun hemm xi difett. U nistgħu ngħidu li din tgħodd għal kull wieħed u waħda minna… Kompli aqra »

M’aħniex qaddejja tal-poplu għall-frugħa tal-vanità, xi titlu jew għall-interessi tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum il-Missier

  Il-Knisja Arċipretali ta' San Ġużepp, l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin f’dan l-istaġun sabiħ li niftakru fl-imħabba ta’ Ġesù. Il-ġimgħa li għaddiet, jumejn ilu ċċelebrajna l-festa tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. F’diversi parroċċi llum ukoll issir il-purċissjoni bl-Ewkaristija propju biex titfakkar din il-festa kbira tal-Qalb ta’ Ġesù li tfakkarna wkoll fl-imħabba tal-Mulej għalina.

Għaliex bdejt b’dan il-ħsieb? Għax l-Evanġelju tal-lum, meħud mill-kapitlu 9 tal-Evanġelju ta’  Mattew, jibda propju b’din il-ħarsa ta’ Ġesù fuq il-poplu li kien qed isegwih… Kompli aqra »

Xi jħaffef it-toqol? Ġesù bl-imħabba tiegħu – L-Arċisqof lis-saċerdot il-ġdid

Quddiesa bl-ordinazzjoni ta' saċerdot ġdid

  L-Oratorju Salesian, Tas-Sliema

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

Dear Fr Jean-Paul, in a few minutes we will be able to call you Father. Dear Jean-Paul you are being ordained on this great day: the feast of the most Sacred Heart of Jesus and one with us you have heard his words: “My yoke is easy and my burden light” (Mt 11:30).

You are being called to carry a yoke… Kompli aqra »

Fiż-żwieġ qed tirriskja kollox, tajjeb titlob lil Alla jgħinek – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fid-dawl ta’ dan l-Evanġelju għandi proposta konkreta għal kull wieħed u waħda minna, nibda minni nnifsi, li kull meta nħarsu lejn kmandament, lejn liġi, lejn ubbidjenza li nirċievu għax aħna familja, hemm il-missier u rridu nobdu. Inkella jitfarrak kollox. Nitolbu l-grazzja li l-ubbidjenza tagħna, imma anke dak li nagħmlu, ikun ġej mill-imħabba.

“Liema hu l-aqwa kmandament?” u Ġesu juża dawn iż-żewġ verbi: ħobb, jużahom għal darbtejn: “ħobb lil Alla, ħobb lil għajrek” (ara Mk 12:28-31).  U jgħid: “M’hemmx kmandament akbar minn dawn” (Mk 12:31)… Kompli aqra »

Id-dilka tal-morda hi sagrament tal-fejqan u tal-ħniena ta’ Alla – L-Arċisqof

Laqgħa tal-Arċisqof mal-Anzjani Lijani

  Is-Sala Villa Lija, Ħal Lija

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Grazzi ħafna tal-istedina. Qed nieħu pjaċir ukoll li ltqajna ftit. Qaluli li tkun ħaġa sabiħa li nagħmlu d-dilka tal-morda. Id-dilka tal-morda hi talba biex il-Mulej jieħu ħsieb ir-ruħ u l-ġisem. Hi wkoll id-dilka għażiża li tagħti fejqan, b’mod speċjali fejqan spiritwali. Jekk ikun hemm xi ħadd li jieħu d-dilka tal-morda u l-Mulej isejjaħlu, is-Salvatur jiġi jħabbat fuq il-bieb, u jgħidlek: ‘għalaq iċ-ċens’, bid-dilka tal-morda, anke li jagħmillek is-saċerdot, jinħafru d-dnubiet… Kompli aqra »

Post li jrid ikun sinjal tal-preżenza ta’ Alla fostna – L-Arċisqof

Quddiesa bil-Konsagrazzjoni tal-Kappella tal-Madonna Għajnuna tal-Insara u San Bartilmew Appostlu

  Il-kumpless residenzjali Rużar Briffa fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule, Ħal Luqa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin nikkonsagraw dan il-post ta’ kult, ta’ qima, aħna u nibdew il-festa solenni ta’ Pentekoste, ta’ Għid il-Ħamsin. Ejjew nirringrazzjaw lill-Mulej tad-don tal-Ispirtu s-Santu li l-Mulej isejjaħlu ‘għajn’, “xmajjar ta’ ilma ħaj” (Ġw 7:38).

Fil-bidu ta’ dan ir-rit raxxaxna l-ilma mbierek fuq dan il-post, fuqna. Din il-ħaġa tfakkarna li dak li qegħdin nikkonsagraw illum hu sinjal ukoll tal-għaqda ta’ bejnietna… Kompli aqra »

L-Ispirtu s-Santu hu l-ispirtu ta’ Alla li hu mħabba – L-Arċisqof f’Pentekoste

Quddiesa fil-festa ta' Pentekoste bil-griżma tal-isqof

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Għeżież żgħażagħ intom u tirċievu dan is-sagrament għażiż, aħna nitolbu ħafna għalikom biex id-don tal-Ispirtu s-Santu li se tirċievu bit-tqegħid tal-idejn, bid-dilka biż-żejt tal-griżma, bit-talba tal-Knisja jkun għalikom sinjal sabiħ ta’ kemm Alla jħobbkom. L-Ispirtu s-Santu hu l-ispirtu ta’ Alla li hu mħabba.

Ejjew nifhmuha din. Fejn hemm l-ispirtu ta’ Alla se jkun hemm dejjem l-imħabba. Allura meta nħarsu madwarna u fina nfusna u naraw dak kollu li mhuwiex imħabba, nistaqsu lilna nfusna: Imma dan ġej minn Alla jew le? … Kompli aqra »

Il-kelma tqanqal, imma l-eżempju jkaxkar – L-Arċisqof

  Il-Knisja ta’ San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, li tfakkarna f’parti mid-diskors ta’ Ġesù fl-Aħħar Ċena, tkompli wkoll fuq dak li smajna lbieraħ fil-Quddiesa tal-Ħadd, meta Ġesù jitkellem fuq il-fatt li se jibgħatilna ‘Konsulatur’ – ‘id-Difensur’. “Meta jiġi d-Difensur, li se nibgħatilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija” (Ġw 15:26). Il-kelma bil-Grieg, xhieda, li tixhed, li tkun xhud, hija ‘Marturia’; minn fejn aħna ssellifna l-kelma ‘Martri’… Kompli aqra »

Alla jħobb b’xejn – L-Arċisqof

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mirakli, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-jum għażiż inġbarna biex nagħtu qima lill-Madonna f’dan is-Santwarju tal-Madonna tal-Mirakli u nfakkru kemm il-Madonna tieħu ħsiebna. It-tradizzjoni antika, li hija wkoll dokumentata fil-parroċċa tagħna tgħid li minn dak l-inkwadru ħareġ għaraq u kien mument ta’ inkwiet. L-Isqof ta’ dak il-post u anke l-awtoritajiet ħassew li dak li ġara kien ukoll sinjal tal-viċinanza tal-Madonna mal-poplu tagħna. Din is-sena qegħdin infakkru l-festa fit-13 ta’ Mejju, li hija wkoll l-ewwel dehra tal-Madonna ta’ Fatima, lejliet Jum l-Omm… Kompli aqra »