Il-Kelma tal-Arċisqof

Jekk devot tal-Madonna, prova imita virtù minn tagħha – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Sacro Cuore, Tas-Sliema

Ejjew nirriflettu ftit fuq dan il-ġest li qiegħda tagħmel din il-parroċċa llum. L-għotja tal-warda tad-deheb hija tradizzjoni antika ħafna ta’ dehniet Insara u kienet omaġġ, sinjal ta’ qima. L-għotja tal-warda tad-deheb lill-Madonna tagħżilha bħala Sultana ta’ qalbna, u fl-istess ħin tfisser impenn.

Sidtna Marija, kif issaltan? Issaltan fil-qadi. Għax dan tgħallmet fl-iskola tal-Kelma ta’ Alla; dan għamel fiha l-Ispirtu s-Santu, meta minn ġuf ommha, sa mit-tnissil, ħarisha minn kull tebgħa tad-dnub… Kompli aqra »

Għal Ġesù l-ikbar dnub hu li ma taċċettahx bħala s-salvatur tiegħek – L-Arċisqof

Quddiesa tal-jum mas-saċerdoti l-ġodda

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, il-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ħafna drabi staqsejt lili nnifsi: imma dawn it-tliet kelmiet ta’ Ġesù dwar l-iżball tad-dinja, xi jfissru eżattament? Għax il-Mulej jgħid li meta jiġi l-Ispirtu s-Santu, meta jingħata l-Ispirtu s-Santu jipperswadina dwar l-ideat żbaljati li għandha d-dinja dwar tliet affarijiet. U rrid nammetti li ħafna drabi ninduna li anke jien naqa’ f’dan l-iżball għax qiegħed fid-dinja u kultant nittieħed mill-ispirtu tad-dinja… Kompli aqra »

Ifhem xi tfisser tħobb u tibda tifhem Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Sitt Ħadd tal-Għid u f'Jum l-Omm

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarijiet sbieħ li jgħallimna l-Evanġelju hi li biex titkellem fuq Alla trid taħseb f’kelma waħda importanti u dik hi l-imħabba; mhux il-biża’, mhux il-kefrija, il-ġudizzju jew il-kundanna, imma l-imħabba.

Il-Mulej ma jitlobx minna la l-biża’, la l-ubbidjenza għamja, ma jitlobx minna s-sottomissjoni ta’ skjav, jitlob minna l-imħabba. U l-imħabba tagħna tkun risposta għall-imħabba li rċevejna: “Jekk tħobbuni ħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Ġw 14:15)… Kompli aqra »

Agħmlu kollox għal Ġesù – L-Arċisqof lis-saċerdoti ġodda

Quddiesa bl-ordinazzjoni ta' tliet saċerdoti ġodda

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Aħna nħobbu għax hu ħabbna l-ewwel” (1Ġw 4:19). Din il-frażi mill-ewwel ittra ta’ San Ġwann appostlu hi programm għal kull Nisrani imma b’mod speċjali għalina s-saċerdoti. Aħna nħobbu. Il-missjoni tagħna hi li nkunu mħabba. Imma din il-missjoni ġejja mill-persważjoni, mill-konsapelovezza, mill-għarfien, mill-fidi li hu Alla l-imbierek ħabbna l-ewwel.

Ħabbna l-ewwel fil-misteru tal-ħolqien tagħna. Ħabbna l-ewwel fil-misteru tal-fidwa tagħna, f’Ibnu Ġesù… Kompli aqra »

Jekk għandna xi żrara fiż-żarbun, neħilsu minnha – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju li għadna kemm smajna u li huwa mill-aħħar kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark, aħna l-Maltin inqisuh bħala Evanġelju għażiż. Naqrawh fil-festa tan-Nawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl. Naqrawh ukoll proprju fil-festa ta’ San Ġorġ Preca, li biex nikkwotaw lil San Ġwanni Pawlu II, huwa meqjus bħala t-tieni Missier tagħna fil-fidi. 

Imma għaliex intgħażel dan l-Evanġelju għal din il-festa? … Kompli aqra »

Il-ħtieġa li tinżamm ħajja d-dimensjoni spiritwali u reliġjuża tal-wirt kulturali tagħna – L-Arċisqof

Id-diskors tal-ftuħ tal-Konferenza f’Malta tal-Katidrali Ewropej dwar ‘L-Ekwilibriju bejn il-Konservazzjoni u l-Ispiritwalità’

  St John's Co-Cathedral, Valletta

Your Eminence Cardinal Parolin, Secretary of State of the Holy See
Your Excellency, Archbishop Hon Tai-Fai, Apostolic Nuncio to Malta
Hon. Bonnici, Minister for the National Heritage, the Arts, and Local Government
President of the Opera della Primaziale Pisana
President, Council members and staff of the St John’s Co-Cathedral Foundation
Your Excellence Mr Zammit, Malta’s Ambassador to the Holy See
Guest speakers
Ladies and Gentlemen

In today’s world, our cultural heritage and its aesthetic beauty and spirituality are facing the challenges of degradation, temporality and contingency… Kompli aqra »

Ikkonċentra ħajtek, ruħek u qalbek f’Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fil-ħames Ħadd tal-Għid

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu, Fleur-de-Lys

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tajjeb li niftakru li dan il-kliem Ġesù qalu fil-mument għażiż; aħna nafuh bħala l-mument tal-aħħar ċena propju f’Ħamis ix-Xirka. Qiegħed mad-dixxipli tiegħu. Qegħdin jieklu l-aħħar ikla qabel jingħata f’idejn l-għedewwa tiegħu biex jagħmlu bih li jridu.

Imma d-djalogu mqanqal, sabiħ tal-Mulej Ġesù ma’ sħabu hu wkoll okkażjoni fejn nifhmu eżattament xi jrid jgħidilna Ġesù fuq l-affarijiet l-iżjed għeżież… Kompli aqra »

Nitolbu ’l Mulej l-grazzja li jkollna ragħajja skont il-qalb tiegħu – L-Arċisqof f’Jum il-Vokazzjonijiet

Quddiesa f'Jum il-Vokazzjonijiet

  Il-Kappella taċ-Ċentru għall-Vokazzjonijiet fis-Seminarju, Tal-Virtù

Ta’ kull sena fir-raba’ Ħadd tal-Għid nisimgħu l-kelma ta’ Ġesù li tuża din l-espressjoni qawwija ħafna u li permezz tagħha Ġesù jipprezenta ruħu bħala l-bieb u r-ragħaj.

Din is-sena fl-ewwel silta mill-kapitlu 10 ta’ San Ġwann, li hu l-kapitlu fejn Ġesù jispjega din ix-xbieha sabiħa tar-ragħaj it-tajjeb, l-enfasi hi pjuttost fuq il-bieb: il-bieb tal-maqjel, il-bieb ta’ dak l-ispazju fejn in-nagħaġ huma siguri u kkurati, lil hemm mill-periklu imma hu wkoll l-ispazju minn fejn għandhom bżonn joħorġu biex jirgħu u jmantnu lilhom infushom bl-għajnuna tar-ragħaj… Kompli aqra »