Il-Kelma tal-Arċisqof

San Ġużepp: raġel ġust li tgħallem jafda fil-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Ġużepp

  Il-Knisja ta' Ġieżu, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija” (Mt 1:20). Min hu dan Ġużeppi? L-Evanġelista San Mattew jgħidilna li kien bin David, min-nisel ta’ David.  Għalhekk il-belt ta’ missirijietu kienet Betlehem. Imma hu raġel, li għażel li jgħix f’belt ċkejkna, jisimha Nazaret, belt tal-Galilija u mhux tal-Lhudija; belt li ma kellhiex fama mill-aqwa. “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” (Ġw 1:46); l-ebda profeta ma jista’ joħroġ minn Nazaret… Kompli aqra »

“L-imħabba vera mhix irħisa; toqros ukoll fil-laħam il-ħaj” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ħames Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Anard, Ħal Kirkop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta li għadna kemm smajna u li qara Dun Martin Cardona, il-kappillan, tibda propju bil-kurżità ta’ xi Griegi li ma kinux Lhud, ma kellhomx il-fidi tal-poplu Lhudi, kienu pagani imma jisimgħu b’dan ir-raġel li qiegħed jgħallem, ifejjaq, u li jqajjem ukoll lin-nies mill-imwiet. Dan għaliex il-qari li smajna llum mill-Evanġelju ta’ San Ġwann iseħħ wara li Ġesù jqajjem lill-ħabib tiegħu Lazzru mill-imwiet… Kompli aqra »

Alla tana kollox biex kull min jemmen fih ma jintilifx – L-Arċisqof

Quddiesa fir-raba' Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Sant'Andrija, Ħal Luqa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jibda tixbiha għażiża ħafna għalina f’dawn il-jiem tar-Randan meta fid-djar tagħna, fis-soċjetajiet kulturali u filarmoniċi tagħna, fl-ambjenti tagħna nerfgħu x-xbieha sabiħa għażiża  tas-salib. Hi tradizzjoni sabiħa li kull Randan timlieni b’faraġ kbir u hi espressjoni mhux biss kulturali imma tal-imħabba li aħna għandna lejn Ġesù li ta ħajtu għalina.

“Kif Mosè refa’ s-serp fid-deżert hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem” (Ġw 3:14)… Kompli aqra »

Ġesù jipprova jippurifikana minn dir-reliġjon tat-tpartit – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tielet Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużepp, il-Kalkara

L-episodju li għadna kemm smajna hu episodju tant importanti fil-ħajja ta’ Ġesù li nsibuh fl-erba’ evanġelji. Mhux kollox insibu fl-erba’ evanġelji imma hemm ċerti affarijiet bħall-mewt ta’ Ġesù, il-qawmien tiegħu mill-imwiet li huma tant importanti li nsibuhom fl-Evanġelju ta’ San Mattew, ta’ San Mark, ta’ San Luqa u ta’ San Ġwann.

Din is-silta li għadna kemm smajna hi mill-Evanġelju skont San Ġwann. Id-differenza bejn l-evanġelji hi meta jpoġġu dan l-inċident… Kompli aqra »

Nitolbu lil Alla jkisser il-ħafna ħitan li jifirduna – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Pawl

Quddiesa fil-festa trasferita ta' San Pawl Nawfragu

  Il-Kolleġġjata ta' San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif tidħol f’dan it-tempju għażiż, u tħares il-fuq, tara pittura sabiħa tal-Palumbi, tal-1902, li din is-sena ġiet ukoll riprodotta fil-qoxra tal-programm tal-festa ta’ din is-sena. U li fiha l-artist bravu jżejjen lil din il-Knisja bl-arti tiegħu, jippreżentalna x-xena ta’ Pawlu, l-Appostlu Missierna, li jippreżenta lil Malta, lilna, lil Ġesù. Malta, imlibbsa bl-oħla dija, biex nissellef il-kliem sabiħ tal-poeta nazzjonali Dun Karm, miktub għoxrin sena wara, fl-1922 – ‘Bl-oħla dawl libbist’… Kompli aqra »

“Niskopru lil Alla bħala l-missier li ma jixtieqx jitlaqna” – L-Arċisqof f’Ras ir-Randan

Quddiesa fl-Erbgħa tal-Irmied

  Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni (Sarria), il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarjiet li jolqtuni f’dan il-qari li kull sena nibdew bih ir-Randan huwa li Ġesù jagħtina t-tliet għemejjel tar-Randan: il-karità, it-talb u s-sawm. Il-karità tħares lejn il-proxxmu; it-talb hu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla; u s-sawm hu kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna b’ħajja sobrjetà u ta’ kontroll tagħna nfusna. Is-sawm mhuwiex li tgħakkes lilek innifsek b’mod mażokista imma li tieħu ħsiebek bi stil ta’ ħajja mrażżna, il-bilanċ tal-ħajja… Kompli aqra »

“Nitolbu biex tassew nilqgħu lil kulħadd fis-soċjetà tagħna” – L‑Arċisqof

Omelija fis-sitt Ħadd ta’ matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Franġisk, il-Qawra

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jista’ jinstema’ bħala xi ħaġa ’l bogħod għaliex għall-grazzja t’Alla l-marda tal-lebbra—marda li taffetwa l-ġilda tal-bniedem—illum hawn il-fejqan għaliha. Imma tajjeb nieħdu t-tagħlima li jagħtina Ġesù—tagħlima ta’ ħniena u ta’ kuraġġ—u nistaqsu lilna nfusna: imma fostna, madwarna, fil-familji tagħna hemm nies għeżież u oħrajn mhumiex li aħna nitrattaw bħalma kienu jagħmlu elfejn sena ilu lil min kien bil-lebbra? … Kompli aqra »

Alla fiċ-ċentru tal-5 doni li Dun Karm talbu jagħtina – L-Arċisqof

Omelija fis-Solennità San Pawl, Patrun ta’ Malta

  Is-Santwarju ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iż-żewġ sinjali li ssieħbu l-kelma li ħallielna Pawlu huma propju l-ħelsien mill-lifgħa velenuża u l-fejqan ta’ missier Publiju u tal-morda kollha tal-gżira. Huma dawn iż-żewġ sinjali fost il-lista li jsemmi Ġesù fl-Evanġelju li għadna kemm smajna, li jsiru sinjal tal-qawwa tiegħu u tal-preżenza tiegħu fostna. Illum f’dan il-jum solenni tal-10 ta’ Frar, nitolbu lill-Mulej ikun għalina salvatur u jkun għalina emanuelKompli aqra »

Il-konnessjoni ma’ Alla tagħti togħma differenti lil ħajjitna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ħames Ħadd ta’ matul is-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark li qegħdin naqraw din is-sena f’jum il-Ħadd, tagħtina ftit elementi importanti mill-ħajja ta’ kuljum ta’ Ġesù.

Qegħdin fil-belt ta’ Kafarnahum. Kafarnahum kienet il-belt li adotta Ġesù wara li telaq minn Nazaret u kienet punt ta’ riferiment, kienet il-belt fejn kien iħobb jirritorna f’dawk it-tliet snin li għamel iterraq ma’ dak li llum insejħulu Iżrael u l-Palestina, l-Art Imqaddsa, il-Galilija u l- Lhudija… Kompli aqra »

Min irid ikompli l-gwerra jkebbes il-mibegħda bejn il-bnedmin – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tas-750 sena mill-mewt ta' San Tumas t'Akwinu

  Il-Knisja Dumnikata tal-Lunzjata, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kafarnahum kienet belt ħelwa ċkejkna fuq ix-xatt tal-Għadira ta’ Ġenezaret jew ta’ Tiberijadi jew il-baħar tal-Galilija, għalkemm huwa baħar ta’ ilma ħelu, għadira kbira ħafna. Min ikollu x-xorti, meta forsi jispiċċa u jieqaf l-inkwiet – ma nafx meta – iżur l-Art Imqaddsa, waħda mill-pellegrinaġġi importanti hi propju fuq din l-għadira, anke Kafarnahum fejn għad hemm il-fdalijiet tas-sinagoga li fiha daħal Ġesù u fiha wkoll seħħ l-episodju li smajna llum fl-Evanġelju skont San Mark… Kompli aqra »