Il-Kelma tal-Arċisqof

Min irid ikompli l-gwerra jkebbes il-mibegħda bejn il-bnedmin – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tas-750 sena mill-mewt ta' San Tumas t'Akwinu

  Il-Knisja Dumnikata tal-Lunzjata, il-Birgu

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kafarnahum kienet belt ħelwa ċkejkna fuq ix-xatt tal-Għadira ta’ Ġenezaret jew ta’ Tiberijadi jew il-baħar tal-Galilija, għalkemm huwa baħar ta’ ilma ħelu, għadira kbira ħafna. Min ikollu x-xorti, meta forsi jispiċċa u jieqaf l-inkwiet – ma nafx meta – iżur l-Art Imqaddsa, waħda mill-pellegrinaġġi importanti hi propju fuq din l-għadira, anke Kafarnahum fejn għad hemm il-fdalijiet tas-sinagoga li fiha daħal Ġesù u fiha wkoll seħħ l-episodju li smajna llum fl-Evanġelju skont San Mark… Kompli aqra »

Il-konverzjoni ta’ San Pawl hi stedina għall-konverżjoni tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Smajna lill-Appostlu Missierna stess jiġbor fi ftit kliem l-esperjenza li qegħdin niċċelebraw. F’waħda mill-ittri tiegħu li smajna fit-tieni qari llum jgħid li Alla li sejjaħlu sa mill-bidu fil-misteru tal-ħolqien tiegħu, laqqgħu ma’ ibnu Ġesù u tah missjoni (ara Gal 1:16). Dan li qed niċċelebraw llum.

L-ewwel nett qegħdin nirringrazzjaw lil Alla tal-Appostlu Missierna San Pawl. Aħna m’għandniex festa tat-twelid ta’ San Pawl bħalma għandna t-twelid ta’ San Ġwann il-Battista… Kompli aqra »

Il-Mulej jagħtina dawl biex nifhmu leħnu fiċ-ċirkustanzi ta’ ħajjitna – L-Arċisqof

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bix-xieraq niċċelebraw it-titular ta’ dan il-Katidral, il-konverżjoni ta’ San Pawl. Anke għaliex fil-konverżjoni tiegħu, l-Appostlu Missierna, aħna naraw, nqimu, u nfakkru l-konverżjoni tagħna. Stedina li aħna nbiddlu l-ħsieb tagħna, u dejjem naħsbu fil-Mulej Ġesù, u kif jaħseb il-Mulej Ġesù. 

Din is-sena partikolari li fiha pajjiżna jagħlaq sittin sena bħala Stat Sovran, 50 sena Repubblika, nixtieq nitlob ħafna l-interċessjoni tal-Appostlu Missierna fuq il-poplu tagħna… Kompli aqra »

Il-Mulej jagħtina l-grazzja li nitolbuh li nsiru nafuh – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tieni Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Bażilika tal-Madonna ta' Porto Salvo u San Duminku, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ikkonkludejna l-festi sbieħ tal-Milied bil-festa kbira tal-Epifanija, l-għada wkoll iċċelebrajna l-Magħmudija tal-Mulej. U f’dawn il-Ħdud – aħna nsejħulhom ta’ matul is-sena meta s-saċerdot jilbes ukoll il-kulur aħdar li hu l-kulur tat-tama, taż-żgħożija bħal meta tħares lejn il-kampanja tagħna tfakkrek ukoll kollha fis-sbuħija ta’ ħajja li kollha enerġija.

Dawn il-Ħdud nibdew naqraw b’attenzjoni kbira l-Evanġelju magħżul għal din is-sena… Kompli aqra »

Il-wens fil-kura tal-bniedem hu aspett importanti ta’ kull terapija – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ ta’ Capua Ward

  L-Isptar St James, Tas-Sliema

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Before we pray, I would like to share a few comments, inspired, also, by what you have told us. This is a symphony of skills, entrepreneurship, but also vision, and this is also a hymn to one of the blessings in our national anthem, this prayer that gives us identity. Dun Karm, in 1922, asked for this blessing from the Lord: ‘saħħa’ – ‘health’… Kompli aqra »

Il-laqgħa tal-għajnejn ittaffi ħafna weġgħat – L-Arċisqof lill-koppji miżżewġin

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2023

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Wieħed mill-aspetti kommoventi ta’ din il-festa hu l-misteru kbir tal-imħabba ta’ Alla, li ħerqana li tinfirex mat-trufijiet tal-art, u tlaqqa’ mal-ħniena ta’ Alla lill-ġnus kollha. Illum nistgħu ngħidu li qed niċċelebraw l-inklussività, u l-universalità tal-imħabba u tal-ħniena ta’ Alla. Din it-tarbija ċkejkna li twieldet fil-belt ta’ David, mhijiex biss imwielda għall-poplu Lhudi, imma hi wkoll ta’ salvazzjoni għall-ġnus. Ta’ 40 jum, Ġesù jkun f’dirgħajn Xmun fit-Tempju ta’ Ġerusalemm, u li dan “ir-raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael” (Lq 2:25), u jara l-Messija tal-Mulej, imdawwal mill-Mulej stess, iħares lejn din it-tarbija, u jirringrazzja lil Alla li qed jaraha b’għajnejh, qed jaraha wiċċ imb wiċċ, u jgħid, din hi “dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu ta’ Iżrael” (Lq 2:32)… Kompli aqra »

L-Arċisqof fl-Epifanija: Kif tilqa’ lil Ġesù? Bħala dawl ta’ ħajtek jew sinjal li tmerih?

Quddiesa fis-solennità tal-Epifanija tal-Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna t-tħabbira tal-Għid il-Kbir li se jkun fil-31 ta’ Marzu.

Fil-profezija li tingħata lil Erodi li jixtieq isir jaf fejn twieled dan is-sultan tal-Lhud, l-għorrief tiegħu jikkwotawlu l-profeta: “U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, le m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael” (Mt 2:6). F’din il-profezija jitħabbar mexxej li jkun ragħaj li jagħti ħajtu għall-merħla tiegħu… Kompli aqra »

“Niġbdu ħabel wieħed għall-ġid tal-pajjiż u tad-dinja” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Jum Dinji tal-Paċi

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Bħal-lum nibdew is-sena billi nfakkru lil omm Ġesù. Fil-fatt, fis-Sliema u l-Qaddisa insellmulha b’dan it-titlu tant sabiħ: ‘Qaddisa Marija, Omm Alla’. L-omm tgħallimna l-ikbar barka: l-barka tal-imħabba, tal-mogħdrija u tal-ħajja.

Is-Salm tant sabiħ li smajna kantat illum, is-Salm 67, għandu frażi sabiħa li nixtieq noffriha bħala barka wkoll fuq pajjiżna u fuq id-dinja: “Iħenn għalina Alla, u jberikna” (Salm 67:1)… Kompli aqra »

“Nitolbu barka speċjali fuq Iżrael għaliex l-ebda mewt ma tiġġustifika l-ħruxija li qed naraw” – L-Arċisqof

Quddiesa ta' radd il-ħajr fi tmiem is-sena

  Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tmint ijiem wara l-Milied infakkru dak li l-ġenituri ta’ Ġesù għamlu mat-tifel bħala tifel Lhudi: fit-tmien jum ippreżżentawh għaċ-ċirkonċiżjoni, għall-ħtin, u formalment ingħata l-isem magħżul għalih.

L-isem iddikjarah Ġużeppi u kkonfermatu Marija. Imma aħna nafu li fl-Evanġelju ta’ San Luqa (Lq 1:31), lil Marja l-anġlu jgħidilha: “U int issemmih Ġesù”. Fl-Evanġelju ta’ San Mattew, fil-ħolma, l-anġlu lil Ġużeppi jgħidlu li “hi jkollha tifel u inti ssemmih Ġesù” (Mt 1:21)… Kompli aqra »

Ippromwovi l-ispirtu tal-familja mqaddsa fil-missjoni tiegħek – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħal Għaxaq

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Dun Anton, inti u tibda din il-missjoni, bħala ragħaj f’din il-parroċċa, nawguralek li bħal Xmun, dan ir-raġel ġust u tajjeb, ikollok fuqek il-faraġ tal-Ispirtu Qaddis tal-Mulej. Hekk jgħidilna l-Evanġelju ta’ San Luqa: “F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu” (Lq 2:25). F’din is-silta li għadna kemm smajna, jissemma kemm-il darba l-Ispirtu qaddis tal-Mulej… Kompli aqra »