Il-Kelma tal-Arċisqof

It-tradizzjonijiet sbieħ tagħna ħadu post il-Kelma t’Alla? – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma noqogħdux niskandalizzaw ruħna bil-Fariżej u l-kittieba. Ejjew inqisu li dan il-kliem Ġesù qiegħed jgħidu lilna. Nistaqsu lilna nfusna: aħna li għandna tant tradizzjonijiet u sbieħ, u tant aħna kburin bihom, imma dawn ħadu post il-Kelma t’Alla, ħadu post l-Evanġelju ta’ Ġesù? Jien nista’, pereżempju, inżeffen l-istatwi tal-qaddisin, imbagħad nidgħi? Nagħmel festa tal-qaddisin, imbagħad għandi lanzita, bir-rispett kollu, daqshiex għal ħija jew għal oħti… Kompli aqra »

L-Arċisqof lil dawk imsejħin għaż-żwieġ: Il-Mulej qed jagħtikom missjoni fl-imħabba ta’ bejnietkom

Quddiesa fil-Ħames Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena

  Il-Knisja ta' Sant'Agata, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla llum tkellimna dwar is-sejħa li jagħmel il-Mulej nistgħu ngħidu lil kull wieħed u waħda minna. U jekk hemm xi ħaġa li tgħaqqad il-qari li għadna kemm smajna, hi l-fatt li l-persuna li tissejjaħ minn Alla għal xi missjoni, quddiem is-sejħa ta’ Alla, ilkoll nirrrealizzaw kemm aħna dgħajfin.

Kultant nirrealizzaw ukoll li forsi m’aħniex kapaċi għal dak li l-Mulej qed isejħilna… Kompli aqra »

Id-dilka tal-morda ġġib ħafna barka u fejqan spiritwali – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħti l-istruzzjonijiet missjunarji. Qed jibgħat lit-Tnax, l-ewwel grupp u l-iżjed grupp viċin tiegħu, jibgħathom tnejn tnejn biex ikunu ta’ sapport għal xulxin u jagħtihom setgħa speċjali, setgħa fuq l-ispirti ħżiena.

Iwissihom imma biex ma jagħmlux l-iżball li jiddependu fuq l-affarijiet li għandhom magħhom. Il-Mulej se jieħu ħsiebhom. Allura għandhom bżonn il-ħatar għat-triq, l-għasluġ li jwennes is-saqajn għajjiena, ir-riġlejn li jegħjew imma mbagħad iridu jitgħallmu jilqgħu dak li jagħtuhom il-familji li jilqgħuhom għandhom… Kompli aqra »

L-inkwiet u t-tama tal-ġenituri għal uliedhom – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-rakkont mill-Evanġelju ta’ San Mark m’għandux bżonn ħafna kummenti. Naraw ’l Ġesù li għat-talba ħerqana ta’ missier, jitlaq kollox u jmur ma’ Ġajru biex ifejjaqlu lit-tifla li sadattant tmut. U Ġesù jagħmel l-ewwel miraklu li jqajjem lil xi ħadd mill-mewt. Waqt il-vjaġġ ikun hemm mara li kienet ilha tbati mit-tnixxija tad-demm għal 12-il sena u tfiq malli messet il-mantar ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Il-ħajja kkonsagrata f’Malta u Għawdex li ġġib fejqan, faraġ u wens – L-Arċisqof

Jum il-Ħajja Kkonsagrata

  Is-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Minnufih jidħol fit-tempju tiegħu, is-Sid li intom qegħdin tfittxu” (Mal 3:1). Ejjew nieqfu ftit fuq din l-espressjoni tal-Profeta Malakija u nistaqsu lilna nfusna: il-Mulej li llum, fl-40 jum wara t-twelid tiegħu u li skont il-Liġi ta’ Mosè jiġi ppreżentat fit-tempju ta’ Ġerusalemm; aħna qegħdin infittxuh? Jiġi f’moħħna s-Salm 27 “Ejja, għedt f’qalbi, ‘fittex ’il wiċċu’, jien wiċċek infittex, Mulej” (Salm 27:8)… Kompli aqra »

Il-Knisja m’għandhiex tieqaf titkellem minkejja li ma tagħmilx dejjem ir-rieda ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba’ Ħadd tas-Sena

  Il-Kappella tal-Oratorju tas-Salesjani ta’ Dun Bosco, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dis-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa f’kapitlu 4 tibda b’sens kbir ta’ ammirazzjoni għal Ġesù: “Ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu” (Lq 4:22). Imma d-diska malajr tinbidel għax lejn tmiem is-silta din l-ammirazzjoni tinbidel f’korla: “Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla; qamu, u ħarġuh ’il barra mill-belt u ħaduh fuq xifer ta’ rdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija u riedu jixħtuh minn fuq għal isfel” (Lq 4:28-29)… Kompli aqra »

Ix-xogħol tat-Tribunal ikompli jesprimi l-viċinanza tal-Knisja fejn hemm feriti kbar – L-Arċisqof

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

It‑Tribunali tal‑Knisja tal‑Provinċja Ekkleżjastika Maltija ċċelebraw l‑inawgurazzjoni tas‑Sena Ġudizzjarja nhar l‑Ġimgħa 28 ta’ Jannar 2022, fil‑Palazz tal‑Arċisqof, il‑Belt Valletta. L-Arċisqof Charles Scicluna ta d-diskors tal-ftuħ. Il‑Lectio Magistralis din is‑sena ngħatat mill‑Kardinal Mario Grech bit-tema ‘Id-Dinamika Sinodali tal-Proċess Ġudizzjali’.

Il‑Vigarji Ġudizzjali tat‑tliet Tribunali Ekkleżjastiċi taw il‑kontribuzzjonijiet tagħhom dwar it‑Tribunal Reġjonali tal‑Appell, it‑Tribunal Metropolitan ta’ Malta, u t‑Tribunal Djoċesan ta’ Għawdex. Il‑Vigarji Ġudizzjali aġġornaw ukoll lil dawk preżenti dwar il‑ħidma li t‑Tribunali tagħhom wettqu matul l‑2020 u l-2021… Kompli aqra »

Il-Mulej jinsisti li d-dawl li jpoġġi fil-Knisja ma jinħebiex – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta nkunu ttentati nagħmlu xi ħaġa fis-sigriet tajjeb naħsbu f’dal-kliem ta’ Ġesù: “M’hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, m’hemm xejn mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl (Mk 4:22). Imma Ġesù ovvjament mhux qed jitkellem fuq il-fenomenu, illum ħafna iżjed komuni ta’ xi ħaġa li mingħalik qed tgħidha bejn tnejn u inti tkun imxandra madwar id-dinja, fid-dinja tas-social media, imma qed jitkellem ukoll fuq id-dawl li jagħti lil kull min jaċċettah bħala s-sid u l-gwida ta’ qalbu… Kompli aqra »

San Ġużepp jgħallimna l-vera umanità li tindokra d-dinjità ta’ kull persuna – L-Arċisqof

Imniedi 'Il-ktieb ta’ San Ġużepp: ġabra ta’ studji'

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Jannar saret it-tnedija ta’ Il-ktieb ta’ San Ġużepp: ġabra ta’ studji, fejn l-Arċisqof Charles Scicluna kien ippreżentat l-ewwel kopja tiegħu mill-editur Andrew Borg. Dan il-ktieb voluminuż hu riżultat ta’ snin ta’ kitba u riċerka minn grupp ta’ 21 persuna fosthom monsinjuri, kanonċi, reliġjużi u lajċi, li ħadmu flimkien ma’ Borg fuq dan il-qaddis li l-Iskrittura Mqaddsa titkellem ftit dwaru, iżda li skont l-editur innifsu kien figura ċentrali fil-Pjan ta’ Salvazzjoni tal-Bniedem, billi hu kien ir-raġel ta’ dik li ġabet fid-dinja lill-Iben il-Waħdieni ta’ Alla… Kompli aqra »

Il-Knisja hi l-familja ta’ Ġesù, ta’ dawk li laqgħuh f’ħajjithom – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm hu sabiħ ir-rakkont li jagħtina Luqa fil-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, fejn jirrakkonta l-konverżjoni tal-Appostlu Missierna! Fil-fatt fl-istess ktieb, dan ir-rakkont tant hu importanti li nsibuh repetut darbtejn oħra. Dan ir-rakkont li smajna llum fil-bidu ta’ din il-quddiesa, hu r-rakkont li jagħti Luqa, narrattiva ta’ x’ġara. Imma hu l-Appostlu Missierna stess li jirrepeti din l-esperjenza darbtejn oħra.

X’għandi nagħmel, Mulej? … Kompli aqra »