Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof dwar Bro. Louis Camilleri: fih dehret il-grazzja, il-ħniena u l-paċenzja ta’ Alla

Quddiesa wara li l‑fdalijiet ta’ Bro Louis Camilleri FSC jitqiegħdu f’qabar fil‑kappella tal‑Kulleġġ Stella Maris, parti mill‑proċess tal‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni tiegħu

  Il-Kappella tal-Kulleġġ Stella Maris, il-Gżira

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nfakkru l-Qaddej ta’ Alla, Bro. Louis, tajjeb li niftakru fih, hu u jgħix u jwettaq il-kliem tal-Evanġelju ta’ San Mattew li l-Knisja taqra u tħabbar fil-festa tal-fundatur għażiż, San Jean-Baptiste de La Salle. “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu dak li jċekken lilu nnifsu” (Mt 18:3-4)… Kompli aqra »

Il-konverżjoni ta’ San Pawl hi l-bidu tal-konverżjoni tagħna – L-Arċisqof

Traslazzjoni lejlet il-festa tal-konverżjoni ta’ San Pawl u għoti tal-Ministeru tal-Lettorat

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Morru fid-dinja kolha xandru l-Bxara t-Tajba” (Mk 14:15). Dan il-kmand li Ġesù jagħtina joqgħod ħafna għalikom, għeżież Karl Andrew u Malcolm, intom u tirċievu mingħand il-Knisja din is-sejħa li fil-laqgħat tagħha, fil-laqgħat tal-ġemgħa taqraw il-Kelma ta’ Alla u xxandruha b’ħajjitkom. U qegħdin tirċievu dan id-don: il-ministeru tal-Lettorat, propju aħna u nibdew u niċċelebraw f’dan il-katidral is-solennità tal-konverżjoni tal-Appostlu Missierna filwaqt li qed niċċelebraw il-jum li fih infakkru lil min laqa’ lil Pawlu, lill-protos ta’ din il-gżira li kien jismu Publiju… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-għarajjes: sibu mument biex titolbu flimkien

Quddiesa għall-koppji li se jiżżewġu fl-2022

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù kien mistieden għat-tieġ. Nawguralkom li fost il-ħafna mistednin jew il-ftit li se jkollkom, tinkludu wkoll lil Ġesù. Ħa navżakom, se jġib lil ommu; ma kellux kunjata, toqogħdux tinkwetaw. Anzi nnutaw li l-Evanġelju l-ewwel isemmi lil ommu u mbagħad jgħid li t-tifel kien mistieden ukoll ġab lid-dixxipli miegħu wkoll; il-familja tiegħu, li hi l-Knisja. Nawguralkom li fl-imħabba ta’ bejnietkom ma jkunx hemm wisq interventi ta’ oħrajn; li tkun imħabba ta’ bejnietkom… Kompli aqra »

Qegħdin inħallu l-Mulej jgħallimna l-lingwaġġ tal-imħabba? – L-Arċisqof

  Il-Knisja ta' San Martin ta' Tour, il-Baħrija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Bħalma għarus jitgħarres xebba, hekk jitgħarrsek il-Bennej tiegħek; u bħalma l-għarus jitgħaxxaq b’għarustu, hekk jitgħaxxaq bik Alla tiegħek” (Iż 62:5). Dan hu kliem il-profeta Iżaija magħżul illum biex jitfa’ dawl fuq l-Evanġelju sabiħ li għadna kemm smajna. Ġesù u Marija jmorru f’tieġ f’Kana tal-Galilija. X’aktarx kien xi ħadd jiġi mill-Madonna għax hija l-ewwel waħda li tissemma fost il-mistednin li nafu bihom… Kompli aqra »

Li kulħadd ikollu daru hu wkoll kontribut għad-dinjità tal-bniedem – L-Arċisqof

Messaġġ fil-konferenza stampa dwar it-twaqqif tal-Fondazzjoni għal Akkomodazzjoni Affordabbli

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Onor. Prim Ministru, Onor Ministru, kollegi, personalitajiet distinti, hu ta’ pjaċir kbir għalija li nkun preżenti fit-twaqqif ta’ din il-fondazzjoni u nimpenja ruħi f’isem il-Knisja li nkomplu din il-kollaborazzjoni mal-Istat biex inkunu nistgħu noffru possibbiltà ta’ djar u akkomodazzjoni affordabbli għal nies li tassew għandhom bżonn din l-għajnuna minn din il-fondazzjoni li qiegħda titwaqqaf.

Li kulħadd ikollu d-dar tiegħu hu wkoll sinjal u kontribut għad-dinjità tal-bniedem… Kompli aqra »

Kellmu lill-Mulej dejjem; fil-ferħ u fin-niket – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min ilbieraħ seta’ jsegwi din il-quddiesa, semagħni nitkellem fuq il-qawwa ta’ Ġesù li tgħaddi wkoll lill-Knisja permezz tal-isqof tal-post fuq ix-Xitan. Din is-silta mill-ewwel kapitlu ta’ San Mark, teħodna proprju fl-ewwel mumenti tal-ħajja pubblika ta’ Ġesù: minn Nazaret immur Kafarnahum fejn jgħaddi ġurnata u nofs li jirrakontaha San Mark. Kemm-il darba rrealizzajt, u naħseb anke intom innutajtu, li meta San Mark jitkellem fuq il-missjoni ta’ Ġesù, jitkellem fuq il-fatt li hu kien jeżerċità din il-qawwa fuq ix-Xitan… Kompli aqra »

Il-qawwa ta’ Ġesù li tfejjaqna u teħlisna mix-Xitan – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin fl-ewwel kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Mark u x-xena teħodna mal-ewwel f’Kafarnahum. Kafarnahum kienet belt fuq l-għadira jew il-baħar tant kbir tal-Galilija jew ta’ Tiberijadi. Ġesù adotta din il-belt biex tkun qisha l-hub tat-tliet snin li għamel iterraq jgħallem u jipprietka, ifejjaq u jkeċċi x-xjaten fil-Galilija u fil-Lhudija.

Illum ir-rakkont tal-Evanġelju jeħodna propju fis-sinagoga ta’ Kafarnahum; il-fdalijiet tagħha għadhom magħna sal-lum… Kompli aqra »

Il-magħmudija tal-ħniena tal-Mulej – L-Arċisqof

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Pompej, Marsaxlokk

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Feġġet it-tjieba ta’ Alla Salvatur tagħna u l-imħabba tiegħu għall-bnedmin” (Titu 2:11). Din il-frażi tal-Appostlu Missierna San Pawl mill-ittra li kiteb lid-dixxiplu żagħżugħ Titu tiġbor dak kollu li ċċelebrajna f’dawn l-aħħar ġimgħat. “Dehret it-tjieba ta’ Alla Salvatur tagħna u l-imħabba tiegħu għall-bnedmin.”

Illum qegħdin niċċelebraw il-magħmudija tal-Mulej li permezz tagħha jinawgura l-missjoni tiegħu li damet tliet snin u li mill-Ġordan wasslitu fuq l-Għolja tal-Kalvarju għall-qabar midfun u li minnu rxoxta… Kompli aqra »

Il-paċenzja tagħmel l-imħabba konkreta – L-Arċisqof

Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2020 u fl-2021

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Kellmu lil qalb Ġerusalemm” (Iż 40:2). Kemm hi sabiħa din l-espressjoni li juża l-Profeta Iżaija, meta jitkellem dwar il-messaġġ li qed iħoss b’mod qawwi, li Alla jrid iwassal permezz tiegħu. “Farrġu, farrġu l-poplu tiegħi, jgħid Alla tagħkom. Kellmu lil qalb Ġerusalemm u għidulha li ntemm il-jasar tagħha, tħallset ħżunitha” (Iż 40:1-2).

B’xi mod biex inkunu kkonkludejna dan l-istaġun li bdejna fl-Avvent li għadda, iżjed minn xahar ilu, nerġgħu nisimgħu dik l-istedina: “Ħejju t-triq għall-Mulej… wittu għal Alla tagħna mogħdija fix-xagħri… Kompli aqra »

“Nitlobkom maħfra” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tolqotni ħafna l-aħħar espressjoni ta’ dan l-Evanġelju sabiħ li fih Ġesu jħabbar il-programm tiegħu. “Ilkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu” (Lq 4:22). L-istil ta’ Ġesu, kif iħobb jinsisti ħafna anke l-Papa Franġisku, mhuwiex l-istil ta’ min iwaddab il-ġebel. Il-kelma ħelwa ta’ Ġesu taf twiddeb u twissi imma qatt mhija nieqsa mill-imħabba.

Dawn l-aħħar sigħat ħafna kkuntattjawni biex juru d-dispjaċir tagħhom, ir-rabja, id-diżgust għall-kliem li s-saċerdot minn tagħna qal fuq ħutna l-gays… Kompli aqra »