L-Arċisqof dwar Bro. Louis Camilleri: fih dehret il-grazzja, il-ħniena u l-paċenzja ta’ Alla
Quddiesa wara li l‑fdalijiet ta’ Bro Louis Camilleri FSC jitqiegħdu f’qabar fil‑kappella tal‑Kulleġġ Stella Maris, parti mill‑proċess tal‑beatifikazzjoni u l‑kanonizzazzjoni tiegħu
24/01/2022 Il-Kappella tal-Kulleġġ Stella Maris, il-GżiraL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Aħna u nfakkru l-Qaddej ta’ Alla, Bro. Louis, tajjeb li niftakru fih, hu u jgħix u jwettaq il-kliem tal-Evanġelju ta’ San Mattew li l-Knisja taqra u tħabbar fil-festa tal-fundatur għażiż, San Jean-Baptiste de La Salle. “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu dak li jċekken lilu nnifsu” (Mt 18:3-4)… Kompli aqra »