Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-kelma bla għemil tkun vojta – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan l-Evanġelju, fis-silta mill-kapitlu 6 ta’ San Mark, turina ftit, qisha x-ray tal-qalb ta’ Ġesù. Jitħassar il-folla li jara quddiemu, din il-kotra, “għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj” (Mk 6:34). Hu jagħti ħajtu, il-ħin tiegħu u l-imħabba tiegħu billi jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.

L-ewwel risposta ta’ Ġesù hu t-tagħlim. Aħna għandna dover qawwi li nwasslu t-tagħlim ta’ Ġesù lil kull min lest li jisimgħu… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-akkoliti l-ġodda: Ersqu lejn il-Mulej għax iħenn għalikom fid-dgħufija u l-faqar tagħkom

Quddiesa fl-Epifanija tal-Mulej u l-għoti tal-Ministeru tal-Akkolitat

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kelma ‘epifanija’ ġejja mill-Grieg u tispjegalna kif f’dan il-jum il-Mulej juri lilu nnifsu lill-ġnus. F’dan il-jum qaddis tal-Epifanija, il-Knisja f’Malta qiegħda tilqa’ tliet żgħażagħ fit-triq tagħhom lejn is-saċerdozju u li llum se jiġu istitwiti ministri akkoliti. Akkoliti huma dawk li f’ċirkustanzi straordinarji għandhom is-setgħa jwasslu t-tqarbin lill-poplu ta’ Alla.

Illum wara l-Evanġelju smajna t-tħabbira sabiħa tal-jum qaddis tal-Għid li dis-sena jaħbat fis-17 ta’ April… Kompli aqra »

Għażla ta’ rikreazzjoni li tibni u tagħti bidu ġdid – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Ewwel tas-Sena

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iż-żgħażagħ tagħna tawna lezzjoni sabiħa llum. Qalulna li biex ikollna l-avventura fil-ħajja, biex insibu t-triq fil-ħajja, biex nimxu wara dawl li ma jgħib qatt; tajjeb inħallu lil Ġesù jkun id-dawl tagħna, Ġesù jkun l-avventura ta’ ħajjitna; Ġesù jkun “it-Triq, il-Veritá u l-Ħajja” (Ġw 14:6).

Ħalli lil Mulej iħares lejk bi ħniena u mħabba u hekk ikollok is-sliem.

Se noffri ħsieb qasir għax il-prietka għamluha ż-żgħażagħ tagħna llum… Kompli aqra »

‘Iħenn għalina Alla, u jberikna’ – It-talba tagħna fl-aħħar tas-sena

Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla fi tmiem is-sena

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Iħenn għalina Alla, u jberikna” (S 67:2). Kemm hi sabiħa din it-talba li għedna bħala responsorju għas-Salm 67. Hija propju t-tieni vers ta’ dan is-salm li tiġbor fiha t-talba li toħroġ minn qalbna fi tmiem din is-sena u lejlet il-bidu ta’ sena ċivili ġdida.

“Iħenn għalina Alla” hija talba u fl-istess ħin hi att ta’ fidi u att ta’ tama… Kompli aqra »

L-għerf tal-anzjani tagħna – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ilbieraħ smajna r-rakkont tal-preżentazzjoni tal-Mulej ta’ Ġesù fit-tempju. Iltqajna ma’ raġel xwejjaħ jismu Xmun. Illum niltaqgħu ma’ mara xwejħa li hi wkoll parti minn dan ir-rakkont, minn din l-esperjenza ta’ Marija u Ġużeppi, li jieħdu lit-tarbija Ġesù ta’ 40 jum fit-tempju biex jiġi ppreżentat. Aħna fit-2 ta’ Frar nerġgħu nfakkru dan l-avveniment għax fit-2 ta’ Frar ikunu għaddew 40 jum mill-Milied u allura nfakkru l-40 ġurnata tal-Bambin Ġesù… Kompli aqra »

Il-qtil tal-innoċenti qatt ma ġab barka fuq id-dinja – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-qaddisin innoċenti martri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm smajna minn San Mattew, proprjament jagħtina żewġ informazzjonijiet importanti. L-ewwel waħda hi, li biex jipproteġi lit-tifel, Ġużeppi mnebbaħ mill-Mulej permezz ta’ ħolma, jiddeċiedi li jitlaq minn pajjiżu u jmur l-Eġittu. Il-Familja Mqaddsa ssir familja refuġjata; taħrab mill-periklu u ssib kenn f’post ieħor. Meta nitkellmu dwar dawk li jkollhom jaħarbu minn sitwazzjonijiet iebsa, fil-ġurnata tal-lum, tajjeb niftakru li l-Familja Mqaddsa, li tant ngħożżu u li għandna tant devozzjoni lejn il-Bambin, lejn Ġesù, lejn San Ġużepp, lejn il-Madonna; nagħmlu tant purċissjonijiet, tant festi għal dawn il-qaddisin għeżież, għall-Familja Mqaddsa; kultant ninsew li dawn għamlu snin refuġjati fl-Eġittu, maħruba mill-qilla ta’ Erodi… Kompli aqra »

Nitolbu lill-Familja Mqaddsa biex tiddefendi lil uliedna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għandna espressjoni aħna l-Maltin u l-Għawdxin: ‘għamel xi ħaġa tinkiteb’ u din hi waħda mill-affarijiet li għamel Ġesù u li nkitbu għax insibuha fl-Evanġelju ta’ San Luqa. Ta’ 12-il sena mill-għajn tal-ġenituri tiegħu, Ġużeppi u Marija, jagħmel ta’ rasu. L-Evanġelju jgħidilna li Ġesù “baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu” (Lq 2:43). Min jaf kemm-il darba għamilna hekk aħna, aħna u nikbru? … Kompli aqra »

Għand min se mmorru?

Article by Archbishop Charles Jude Scicluna

As Jesus addressed a crowd gathered at a fishing village on the shores of Galilee known as Capernaum, his adoptive domicile after leaving Nazareth, he experienced one of several low points in his ministry: upon hearing him talk about the Bread of Life — nourishment for the soul, an invitation to intimacy with the Lord, his body becoming food in an exchange of love and self-giving — a number of people walked away… Kompli aqra »

Maħluqin fuq ix-xbieha tal-imħabba tal-Mulej – L‑Arċisqof fil-Milied

Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm qrajna huwa introduzjoni għall-Evanġelju skont San Ġwann. L-istudjużi jgħidulna li x’aktarx kien innu li kienet tkanta l-komunità Nisranija tal-bidu u li permezz tiegħu kienet tipprova tispjega dak li qegħdin niċċelebraw illum: dan il-misteru kbir li Alla li ma jidhirx, li Alla li huwa spirtu, dawl, ħajja, u verità u li aħna nkunu nistgħu narawh, immissuh u nħarsu lejh għaliex l-lben ta’ Alla “sar bniedem u għammar fostna u rajna l-glorja tiegħu” (Ġw 1:14)… Kompli aqra »

Is-sinjal ta’ bidu ġdid – L‑Arċisqof

Quddiesa ta' Nofsillejl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“F’dawk l-inħawi kien hemm xi ragħajja fir-raba’, għassa mal-merħla tagħhom bil-lejl. U dehrulhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom. u qabadhom biża’ kbir. Iżda l-anġlu qalilhom: ‘Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir” (Lq 2:8-9).

F’dan il-lejl qaddis tal-Milied bħar-ragħajja ta’ Betlehem ejjew inħossu li l-glorja tal-Mulej qiegħda tiddi madwarna. Dan il-verb li juża San Luqa f’dan ir-rakkont ma jintużax sikwit fit-Testment il-Ġdid: “il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom”… Kompli aqra »