Il-kelma bla għemil tkun vojta – L-Arċisqof
04/01/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
F’dan l-Evanġelju, fis-silta mill-kapitlu 6 ta’ San Mark, turina ftit, qisha x-ray tal-qalb ta’ Ġesù. Jitħassar il-folla li jara quddiemu, din il-kotra, “għax kienu qishom nagħaġ bla ma għandhom ragħaj” (Mk 6:34). Hu jagħti ħajtu, il-ħin tiegħu u l-imħabba tiegħu billi jgħallimhom ħafna ħwejjeġ.
L-ewwel risposta ta’ Ġesù hu t-tagħlim. Aħna għandna dover qawwi li nwasslu t-tagħlim ta’ Ġesù lil kull min lest li jisimgħu… Kompli aqra »