Il-Kelma tal-Arċisqof

Għasel ta’ ħlewwa u ħniena ssawwab fuq id-dinja

Il-messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa ta’ pjaċir kbir għalija li f’dan il‑lejl qaddis tal‑Milied noffrilkom l‑isbaħ xewqat tiegħi. Kemm hi ħaġa sabiħa li nifhmu eżattament x’aħna ngħidu meta nsellmu lil xulxin f’dawn il‑jiem qaddisa: ‘il‑Milied it‑Tajjeb!’ Qed infakkru t‑twelid ta’ tarbija, qed infakkru t‑twelid ta’ Alla li sar bniedem, għalija u għalik.

Meta aħna fid‑djar tagħna, fil‑pjazez tagħna u fil‑knejjes tagħna narmaw il‑presepji, il‑maxtura, aħna nkunu qed nagħmlu att ta’ fidi li dik it‑tarbija fix‑xbieha ħelwa hija Alla mħabba magħmul bniedem… Kompli aqra »

F’dawn il-jiem nakkumpanjaw il-Mulej li ġej fostna – L-Arċisqof

Quddiesa fir-Raba’ Ħadd tal-Avvent

  Il-Kappella ta' Marija Omm Alla fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Marija għadha kemm semgħet lill-anġlu jgħidilha li l-Mulej kien qed jagħmlilha proposta: li hi tgħid ‘iva’ biex issir omm Alla. Tgħidlu: “Imma dan kif jista’ jkun? Ma nagħrafx raġel.” “Il-qawwa tal-Ispirtu tal-Mulej tgħattik. Għal Alla m’hemm xejn li ma jistax isir”. U l-anġlu, biex jikkonferma l-kliem tiegħu, jagħti lil Marija ta’ Nazaret sinjal. “Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, dik li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, qiegħda fis-sitt xahar tat-tqala” (Lq 1:34.35.37)… Kompli aqra »

Żomm idejk miftuħa għall-faqar ta’ min hu għatxan għall-ħniena t’Alla – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Louis bħala prepostu arċipriet tal-Parroċċa ta' Birkirkara

  Il-Kolleġġjata Bażilika Sant'Elena, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dakinhar jgħidu lil Ġerusalemm: “Tibżax, Sijon, tħallix idejk jintelqu: il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok… minħabba fik jithenna b’hena kbira, fi mħabbtu jġeddek, jinfexx minħabba fik f’għajjat ta’ ferħ, bħallikieku f’jum ta’ festa” (Sof 3:16-18). Għażiż Monsinjur Louis, Prepostu ġdid ta’ din il-parroċċa għażiża, wassal dan il-messaġġ lil poplu għażiż ta’ Birkirkara: “Tibżax, tħallix idejk jintelqu: il-Mulej, Alla tiegħek, qiegħed f’nofsok” (Sof 3:16-17)… Kompli aqra »

Leħen il-ħabib hu l-leħen ta’ Ġesù – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Tajjeb nieqfu ftit fuq l-aħħar frażi li jgħid Ġesù llum: “L-għerf ta’ Alla tawh raġun l-opri tiegħu stess” (Mt 11:19). Ħafna drabi Ġesù jinsisti: “jekk ma temmnux dak li ngħidilkom, araw dak li nagħmel”. Kieku jkollna ngħidu hekk, aħna! Lil min jgħidilna: “u inti tparla fil-vojt!”. Araw dak li nagħmel u tifhem dak li ngħid.

Ħaġa sabiħa dik li l-kliem tagħna jaqbel mal-ħajja tagħna għax dan li qed jgħid Ġesù: inti tara l-opri ta’ jdejn Alla u tifhem min hu, kemm iħobbna, kemm hu għaref, kemm hu kbir… Kompli aqra »

Ġużeppi: is-salvatur tas-Salvatur – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-għeluq ta’ Sena Ġużeppina

  Il-Knisja ta’ Ġieżu, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju ta’ San Luqa li għadna kemm smajna, jiddeskrivi l-missjoni li jagħti Alla lill- Arkanġlu Gabrijel. Jibagħtu f’belt, “belt tal-Galilija, jisimha Nazaret” (Lq 1:26). Jibagħtu għand xebba, u din ix-xebba hi għarusa ta’ raġel “jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David” (Lq 1:27). Innutaw, li l-ewwel deskrizzjoni tal-Madonna, mhux isimha, imma ta’ min kienet, “għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David… Kompli aqra »

Ir-ragħaj man-nagħaġ fil-presepju hu xbieha tal-Mulej – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Biex nipruvaw nifhmu t-tixbiha li jagħtina Ġesù llum, tajjeb ninnutaw kif jitkellem dwar Alla. “Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-semwwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar” (Mt 18:12).

Mela Alla għandu qalb ta’ missier għalina u biex nifhmu allura dan ir-raġel li jkollu 100 nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, irridu nifhmu li dan ir-ragħaj hu missier, li għalih in-nagħaġ tiegħu huma wliedu… Kompli aqra »

Nitolbu lil San Nikola għall-għaqda bejn l-Insara – L‑Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Nikola ta' Bari

  Il-Knisja Parrokkjali, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Inti ibqa’ miexi f’dak li tgħallimt u emmint bis-sħiħ, għax taf mingħand min tgħallimtu” (2Tim 3,14). Dan il-kliem joqgħod tajjeb ħafna fuq fomm raġel għaref, li kien ra dehra li kellha tindikalu, min kellu jkun l-isqof il-ġdid ta’ Mira. It-tradizzjoni kienet tgħidilna li l-ewwel żagħżugħ, l-ewwel raġel li jidħol fil-Knisja, kellu jkun l-isqof il-ġdid ta’ Mira. Dan ir-raġel għaref qagħad jistenna… Kompli aqra »

Mingħajr ġustizzja ma jkollniex paċi – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tieni Ħadd tal-Avvent

  Il-Knisja tal-Madonna tal-Abbandunati, il-Wardija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum huwa l-bidu tat-tielet kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Luqa. L-ewwel żewġ kapitli se nisimgħuhom fil-ġimgħat li ġejjin għax huma l-ewwel u t-tieni kapitli tal-Evanġelju ta’ San Luqa li jitkellmu dwar it-tħabbira tat-twelid ta’ Ġwanni l-Battista, it-tħabbira tat-twelid ta’ Ġesù u t-twelid ta’ Ġesù. Imma t-tielet kapitlu jibda mill-ewwel b’dawk it-tliet snin li wasslu għall-predikazzjoni ta’ Ġesù, għall-mewt, u l-qawmien tiegħu mill-imwiet… Kompli aqra »

Inkunu ta’ spalla għal tant nies li għandhom bżonn – L-Arċisqof

  L-uffiċini temporanji tal-Malta Community Chest Fund, il-Belt Valletta

Il-President ta’ Malta George Vella u l-Arċisqof Charles Scicluna żaru l-uffiċini temporanji tal-Malta Community Chest Fund Foundation fil-Belt Valletta. L-Arċisqof qal li l-kontribut konkret tal-Knisja f’Malta b’solidarjetà mal-valuri tal-Community Chest Fund, hu appell biex kulħadd jikkopera u jagħti milli jista’.

Il-fondazzjoni kellha tiċċaqlaq minħabba l-proġett ta’ restawr li qed isir bħalissa minn Heritage Malta fil-Palazz tal-Gran Mastru, fejn għandha l-uffiċini uffiċjali tagħha fis-sular ta’ isfel… Kompli aqra »

Indrì afdat bl-iżjed ħsibijiet importanti ta’ Ġesù – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-festa ta’ Sant’Andrija nisimgħu l-Evanġelju tas-sejħa tiegħu skont San Mattew. L-Evanġelju ta’ San Ġwann jagħtina episodju ħelu meta Indrì jisma’ lil Ġwanni l-Battista jsejjaħ lil Ġesù l-Ħaruf t’Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja u jmur għand Xmun u jgħidlu li sabu l-Messija u hu Xmun li jintroduċi lil Pietru lil Ġesù skont l-Evanġelju ta’ San Ġwann (Ġw 1:41-42).

Hawnhekk għandna l-mument meta t-tnejn li huma: Xmun u ħuh Indrì jissejħu minn Ġesù b’dik l-istedina: “Ejjew warajja” (Mt 4:19)… Kompli aqra »