Għasel ta’ ħlewwa u ħniena ssawwab fuq id-dinja
Il-messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna
24/12/2021Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Huwa ta’ pjaċir kbir għalija li f’dan il‑lejl qaddis tal‑Milied noffrilkom l‑isbaħ xewqat tiegħi. Kemm hi ħaġa sabiħa li nifhmu eżattament x’aħna ngħidu meta nsellmu lil xulxin f’dawn il‑jiem qaddisa: ‘il‑Milied it‑Tajjeb!’ Qed infakkru t‑twelid ta’ tarbija, qed infakkru t‑twelid ta’ Alla li sar bniedem, għalija u għalik.
Meta aħna fid‑djar tagħna, fil‑pjazez tagħna u fil‑knejjes tagħna narmaw il‑presepji, il‑maxtura, aħna nkunu qed nagħmlu att ta’ fidi li dik it‑tarbija fix‑xbieha ħelwa hija Alla mħabba magħmul bniedem… Kompli aqra »