Il-Kelma tal-Arċisqof

Dun Annett: raġel ta’ eżempju rispettat madwar id-dinja – L-Arċisqof

Quddiesa f’għeluq l‑10 anniversarju mill‑mewt tal‑Isqof Annetto

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

“Immorru ferħana f’dar il-Mulej” (S 121). L-aħħar jum ta’ Dun Annett bħal-lum 10 snin, kien jum imqalleb ta’ tbatija kbira għalih imma aħna nafuh u nirrispettawh fil-memorja tiegħu għas-serenità tiegħu, għall-ferħ tiegħu li kien jiġi minn bniedem li jaf jitgħallem jistrieħ fir-rieda ta’ Alla, li l-għan ta’ ħajtu kienet l-ubbidjenza lejn ir-rieda tal-Mulej. U t-tbissima ġentili tiegħu kienet mera ta’ din ir-ruħ retta u dixxiplinata, kif jgħidu l-Ingliżi ‘to a fault’, bħalma kienet il-lealtà tiegħu lejn is-superjuri tiegħu f’kull ċirkustanza u t-tbatija tiegħu kienet ukoll ġejja minn hemmhekk… Kompli aqra »

L-Isqof Annetto Depasquale: bniedem ta’ ħafna virtujiet – L-Arċisqof

Diskors għas-Serata kommemorattiva f’għeluq l-10 anniversarju mill-mewt tal-Isqof Annetto Depasquale

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Knisja, meta trid tapprezza l-umanità ta’ xi ħadd minn uliedha, tħares lejn l-erba’ virtujiet li aħna nsejħulhom il-virtujiet kardinali – m’għandhomx x’jaqsmu mat-ton tal-ilbies jew mat-titli – imma għaliex huma, biex ngħidu hekk, iċ-ċappetti, il-cardines li fuqhom jistrieħ l-bieb tal-ħajja: il-prudenza, it-temperanza, il-qawwa u l-ġustizzja.

Meta tgħid ‘prudenza’ u tgħid ‘Dun Annett’ tista’ tagħmel an equivalence relationship, mhux hekk? … Kompli aqra »

Il-Madonna hi garanzija li Alla hu l-ħelsien u t-tama tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa fl-ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-Kolleġjata tal-Immakulata Kunċizzjoni, Bormla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Min jaf kemm-il darba nissilna t-talba għażiża: ‘O Marija, li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, aqlgħalna l-grazzja li noħorġu minna mingħajr ħtija’. Ġesù fl-Evanġelju llum jitkellem fuq din l-aħħar parti tat-talba għażiża li ngħidu lill-Madonna Kunċizzjoni Immakulata: ‘Aqlgħalna l-grazzja li noħorġu minn din id-dinja mingħajr ħtija’. Hi fit-tnissil Immakulat tagħha, daħlet fid-dinja mingħajr tebgħa tad-dnub. Il-Mulej ħares lejha b’ħarsa ta’ ħniena, ta’ mħabba speċjali… Kompli aqra »

Iridna nistennewh b’għajnejna miftuħa – L-Arċisqof

Quddiesa fl-ewwel Ħadd tal-Avvent

  Il-Kappella ta' Marija Addolarata, iċ-Ċimiterju ta' Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-sena ħafna mill-Ħdud, nhar ta’ Ħadd se naqraw mill-Evanġelju ta’ San Luqa. Għandna tliet snin li fihom il-Knisja taqralna siltiet mill-Evanġelju ta’ San Mattew, imbagħad l-Evanġelju ta’ San Mark, li għamilna s-sena li għaddiet, u dis-sena bdejna s-sena ddedikata lil San Luqa.

Din is-silta li għadu kif qara l-arċipriet, hi meħuda mill-kapitlu 21 ta’ Luqa, qegħdin lejn l-aħħar tal-Evanġelju… Kompli aqra »

Ġesù hu għażla ta’ mħabba – L-Arċisqof

Quddiesa mal-ħaddiema u l-voluntiera ta' Radju Marija

  Il-Kappella tas-Seminarju, Tal-Virtù, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Avvent jibda dejjem ta’ kull sena billi jfakkarna fl-aħħar kliem li qal Ġesù. L-aħħar kliem li qal Ġesù, qabel il-Ġimgħa Mqaddsa, u Ħadd il-Palm, kien kliem dwar it-tmiem; it-tmiem tal-ħajja tal-bniedem; it-tmiem ta’ Ġerusalemm, it-tmiem dinji. Din is-sena se nibdew naqraw l-Evanġelju ta’ San Luqa; hi sena ddedikata lilu. Din is-sena smajna silta mill-kapitlu 21, li hu fit-tmiem tal-Evanġelju tiegħu, li fih 24 kapitli… Kompli aqra »

L-Arċisqof lill-istudenti tal-MCAST: Nawguralkom qalb għarfa li tagħraf il-bżonn uman

Quddiesa għall-gradwati tal-MCAST

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Xtaqt l-ewwel nett nifirħilkom li wasaltu għal dan il-jum li fih mhux biss ittemmu l-istudju tagħkom imma tirċievu wkoll rikonoxximent mistħoqq tax-xogħol kollu li għamiltu f’sitwazzjoni li nistgħu ngħidulha mhux faċli, is-sitwazzjoni tal-pandemja li kienet teħtieġ ukoll ħafna tagħlim bid-distanza, b’mod virtwali u sforz mhux żgħir minn kull wieħed u waħda minnkom u mhux l-inqas mill-istaff, mill-professuri u mill-għalliema tagħkom… Kompli aqra »

Sta Katerina ħalliet ħajjitha biex ma tiċħadx lil Ġesù – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Anke f’dan l-Evanġelu mill-kap 21 ta’ San Luqa, Ġesù jżewweġ dawn iż-żewġ esperjenzi: waħda li ġrat. Wara żmienu; xi 40 sena wara l-mewt tiegħu, fis-sena 70, il-qerda ta’ Ġerusalemm mill-eżerċitu Ruman; u l-oħra li għadna ma esperjenzajniex, għadu ma għaddinhiex minnha, li hu tmiem tad-dinja li nafu aħna. Għal bniedem Lhudi, kif għedna, il-qerda ta’ Ġerusalemm, hi proprju qrib ħafna, il-qerda ta’ kollox… Kompli aqra »

Nippromwovu soċjetà li tgħożż u tieħu ħsieb dak li jkun – L-Arċisqof

Messaġġ tal-Arċisqof fil-ftuħ taċ-Ċentru tal-Ibwar

  Iċ-Ċentru tal-Ibwar, is-Siġġiewi

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Onor. Prim Ministru, Ministru, kollegi b’mod speċjali Anthony Gatt; nixtieq insellem żewġ persuni: Mons. Victor Grech u lill-Eċċellenza tiegħu l-President Emeritu George Abela. Nixtieq nagħtuhom ċapċipa, jekk ma jimpurtax.

Nixtieq nirringrazzja ħafna lill-Istat, li meta ra l-bżonn li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom faċilità biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom, iddeċieda jinvesti u jinvesti bil-kbir. Nirringrazzja wkoll lill-Istat talli afda lill-Caritas, li mhux biss toħlom, biex ngħid bl-Ingliż to dream big, imma li tfittex l-kompetenza biex dan il-post u dan l-ambjent ikun ambjent ta’ suċċess b’risq iż-żgħażagħ tagħna… Kompli aqra »

L-ikbar preparazzjoni għat-tmiem hi li tgħix fil-paċi – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Lejn l-aħħar ta’ kull Evanġelju – għandna erba’ Evanġelji b’mod speċjali l-ewwel tlieta – jagħtuna kliem ta’ Ġesù li jitkellem dwar it-tmiem u fl-aħħar ġimgħa tas-sena liturġika li qegħdin fiha bħalissa, il-Knisja taqralna u fil-quddiesa nisimgħu dawn is-siltiet.

Irridu napperezzaw li l-kliem ta’ Ġesù jirreferi għal żewġ affarijiet u ħafna drabi dawn ikunu minsuġa waħda mal-oħra: it-tmiem ta’ Ġerusalemm, il-qerda ta’ Ġerusalemm li seħħet storikament taħt l-imperatur Titu fis-sena 70… Kompli aqra »

Jalla l-Mulej li jara l-qalb juża l-istudju tagħkom għall-ġid tal-Knisja – L-Arċisqof

Quddiesa tal-gradwazzjoni tal-korsijiet tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Din l-armla li tant timpressjona lil Ġesù, u li x’aktarx tfakkru f’ommu, li dak iż-żmien kienet armla wkoll; tefgħet dak kollu li kellha biex tgħix. L-offerta tagħha, hi offerta totali. Hi att ta’ fidi fil-providenza t’Alla. Il-Mulej iħares lejn il-kwalità ta’ din l-offerta, fil-konfront tal-kwantità ta’ ħaddieħor; japprezza s-sinifikat profond ta’ min jagħti dak kollu li jista’ u bil-qalb. Għandna ħafna x’nitgħallmu minn din l-armla li tibqa’ mingħajr isem… Kompli aqra »