Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof fi Kristu Re: Il-verità hi l-proġett ta’ mħabba ta’ Alla għalina

  Il‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jisma’ leħni” (Ġw 18:37). Ġesù qed jgħid dan il-kliem f’mument ta’ umiljazzjoni kbira: arrestat, imżeblah, ikkalunjat u jġibuh quddiem il-Gvernatur Pilatu.

Wara li għadda lejl fil-ħabs tal-qassis il-kbir, wara li wieħed mill-għeżież ħbieb tiegħu ċaħdu b’bewsa fil-ġnien fejn kien imdorri jmur biex jitlob, wara agunija u ansjetà psikoloġika kbira — tant li għeraq l-għaraq tad-demm — u wara ġudizzju farsa, jittieħed quddiem il-gvernatur għax hemm bżonn li jinqatel… Kompli aqra »

Nafdaw f’dak “li ħabbna, li ħallna minn dnubietna bis-saħħa ta’ demmu” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katarina, iż-Żejtun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Lil dak li ħabbna, li ħallna minn dnubietna bis-saħħa ta’ demmu, li għamilna Saltna, qassisin għal Alla tiegħu Missieru, lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem” (Apok 1:5-6). Dan huwa l-kliem mill-aħħar ktieb tal-Bibbja, il-ktieb li għandu isem stramb, il-ktieb tal-Apokalissi, li tfisser li xi ħaġa tinfetaħ quddiemek u tagħraf x’inhi, rivelazzjoni.

F’dan l-aħħar ktieb hemm din is-sentenza li tiġbor dak li qegħdin niċċelebraw illum… Kompli aqra »

Il-konsagrazzjoni ta’ dan l-artal hu sinjal ta’ tama – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-konsagrazzjoni tal-artal

  Il-kappella mal-Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Għax il-Missier ukoll, nies bħal dawn ifittex li jadurawh” (Ġw 4:23). Ejjew nieqfu ftit fuq din l-espressjoni li Ġesù jgħid lis-Samaritana fir-raba’ kapitlu ta’ San Ġwann. “Il-Missier ifittex lil dawk li jadurawh” (Ġw 4:23). Mhux biss jafna sa mill-eternità u ħalaqna, imma donnu jogħxa bil-qima li nagħtuh; ifittixha, u jfittex lil dawk li jqimuh.

Niftakru f’espressjoni oħra ta’ Ġesù, din id-darba minn fuq is-salib: “Għandi l-għatx!” (Ġw 19:28)… Kompli aqra »

L-Arċisqof fl-Assemblea: il-Knisja, waqt li tilqa’, trid titlob maħfra wkoll

Il-messaġġ tal-għeluq tal-Assemblea Djoċesana 2021

  Is-sala taċ-ĊAK, Birkirkara

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil kulħadd tal-preżenza tagħkom u b’mod speċjali wkoll insellem lil dawk li qed isegwuna b’mod diġitali jew virtwali fuq iż-Zoom. Kont qed ngħid lill-Isqof Joe, li naħseb li dan hu l-futur tal-Assemblea, li tkun hybrid ukoll – li nagħtu l-possibbiltà anke b’mod virtwali li wieħed ikun jista’ jipparteċipa.

Il-fatt li tilqa’ ma jfissirx li tieqaf tisma’… Kompli aqra »

Ritratti: Proprjetà tal-Knisja tinbidel f’ċentru ta’ matul il-jum u l-lejl għan-nies bid-dimensja

  Iċ-Ċentru Dun Karm Lia, Ħal Safi

L-Erbgħa 17 ta’ Novembru 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna bierek proprjetà tal-Knisja f’Ħal Safi li nbidlet f’ċentru li se joffri servizz ta’ respite lejl u nhar lill-persuni bid-dimensja. Iċ-ċentru se jkun qed jipprovdi appoġġ lil madwar 60 persuna fil-ġimgħa.

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Onor. Ministru Michael Farrugia, Sindku Johan Mula, għażiż Kappillan Dun David Farrugia, nixtieq nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom… Kompli aqra »

Immaġina ‘l Ġesù jaqbdek minn idek u jerfgħek meta tkun f’diffikultà – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-llum li tfakkar lil San Pietru u l-San Pawl tagħtina qari li wieħed jitkellem fuq San Pawl u l-ieħor jitkellem fuq San Pietru. L-ewwel qari li smajna llum hu għażiż ħafna għalina għax hu l-uniku qari matul is-sena fejn tissemma Malta. Aħna l-qari tal-10 ta’ Frar, ovvjament naqrawh kollu u nieħdu pjaċir nisimgħu li “meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta” (Atti 28:1)… Kompli aqra »

L-Arċipriet irid ikun pont li jgħaqqadna mal-qalb ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Joseph Mizzi bħala arċipriet tal-Parroċċa tar-Rabat

  Il-Kolleġġjata Bażilika ta’ San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-kliem ta’ Ġesù, li għadna kemm smajna, hu kliem li jfakkarna fit-tmiem tad-dinja kif nafuha. L-istess Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna, fil-bidu tal-Kapitlu 13, li minnu tittieħed din is-silta li naqraw illum fil-knejjes tagħna, li dan il-kliem ntqal lill-grupp żgħir ta’ dixxipli. Ma kienx diskors li għamel biex jisimgħuh ħafna nies jew il-kotra. Kienu Pietru, Ġakbu u Ġwanni u Indrì, erbgħa kienu… Kompli aqra »

Il-konverżjoni tal-qalb hi sinjal ta’ salvazzjoni – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li hu Ġesù stess li jagħtina l-kliem biex nifhmu dan l-episodju sabiħ mill-Evanġelju ta’ San Luqa kapitlu 19. “Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva lill-mitluf” (Lq 19:10).

Hu veru li l-Evanġelju jibda bl-interess ta’ Żakkew li jara u jiltaqa’ ma’ Ġesù. Fil-fatt jitla’ fuq siġra tat-tin selvaġġ għax kien qasir, ma setax jara minħabba l-folla u jirnexxilu jara, imma anke Ġesù qed ifittxu… Kompli aqra »

Mhix il-gwerra biss hi strument tal-mewt – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum it-Tifkira

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Is-sema u l-art jgħaddu, imma kliemi ma jgħaddix” (Mk 13:31). Is-silta li għadna kemm smajna mill-Evanġelju ta’ San Mark f’kapitlu 13 hija silta fejn l-evanġelista jagħtina ħjiel ta’ diskors intimu ta’ Ġesù ma’ erbgħa mid-dixxipli tiegħu: Pietru, Ġakbu, Gwanni u Indrì. Għax il-kapitlu 13 jibda billi jgħidilna li ħa lil dawn l-erbgħa biss fuq l-Għolja taż-Żebbuġ li tħares lejn Ġerusalemm, qagħad bilqiegħda — bħalma jagħmel kull għalliem — u fetaħ qalbu magħhom… Kompli aqra »

San Martin stqarr il-fidi tiegħu bl-imħabba matul ħajtu – L-Arċisqof

Quddiesa b'tifkira ta' San Martin ta' Tours

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jirrita ruħu, kważi għandu allerġija għal affarijiet sensazzjonali. Drabi oħra, pereżempju, jgħidulu: “X’sinjal ser turina, li tista’ tagħmel dan?” (Ġw 2:18). Niftakru meta qabżitlu u qabad sawt u beda jaqleb l-imwejjed u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?” (Ġw 2:18).

Illum qed jerġa’ jirrepetti dil-ħaġa, fis-17-il kapitlu tal-Evanġelju ta’ San Luqa, Ġesù javżana li m’għandniex noqogħdu nistennew affarijiet sensazzjonali, biex nindunaw bil-preżenza ta’ Ġesù… Kompli aqra »