L-Arċisqof fi Kristu Re: Il-verità hi l-proġett ta’ mħabba ta’ Alla għalina
21/11/2021 Il‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re, Raħal ĠdidIl-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Int qiegħed tgħidu; jien sultan. Jien għalhekk twelidt, u għalhekk ġejt fid-dinja, biex nixhed għall-verità. U kull min iħobb il-verità jisma’ leħni” (Ġw 18:37). Ġesù qed jgħid dan il-kliem f’mument ta’ umiljazzjoni kbira: arrestat, imżeblah, ikkalunjat u jġibuh quddiem il-Gvernatur Pilatu.
Wara li għadda lejl fil-ħabs tal-qassis il-kbir, wara li wieħed mill-għeżież ħbieb tiegħu ċaħdu b’bewsa fil-ġnien fejn kien imdorri jmur biex jitlob, wara agunija u ansjetà psikoloġika kbira — tant li għeraq l-għaraq tad-demm — u wara ġudizzju farsa, jittieħed quddiem il-gvernatur għax hemm bżonn li jinqatel… Kompli aqra »