Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof lill-gradwati ġodda: L-għerf hu dak li jżewweġ il-moħħ u l-qalb

Quddiesa mal-gradwati l-ġodda tal-Università

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-għaxart irġiel morda bil-lebbra fil-komunità Lhudija ta’ 2000 sena ilu kienu kkundannati biex jgħixu ’l barra mill-komunità. Il-lebbra kienet pjaga kbira li teskludi lil dak li jkun minn kull kuntatt mill-għeżież tiegħu, mid-dinja tax-xogħol, mid-dinja soċjali.

Il-miraklu ta’ Ġesù mhuwiex biss fejqan fiżiku imma wkoll riintegrazzjoni ta’ dawn l-għaxar persuni fil-komunità. Tahom, biex ngħidu hekk il-kapaċita tat-tgħanniqa lill-maħbubin tagħhom, tat-tislima lill-ħbieb tagħhom, tad-dinjita tax-xogħol, tar-rwol tagħhom fis-soċjetà… Kompli aqra »

Il-vera purifikazzjoni tat-tempju tippurifika l-fidi tagħna – L-Arċisqof

Quddiesa b’suffraġju għal ruħ isqfijiet, saċerdoti u reliġjużi li ħallew din id-dinja

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħti tifsira ġdida lill-purifikazzjoni tat-tempju. “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!” (Ġw 2:16). Ejjew nitolbu biex il-fidi tagħna ma tkunx negozjar kontinwu ma’ Alla. Inti taqlagħli grazzja u jien nagħmillek xi ħaġa, jew ngħix ħajja tajba. It-talba li qed jagħmlilna Ġesù, hi, li nintelqu f’idejn ir-rieda tiegħu u f’idejn il-ħniena tiegħu. “Ikun li trid int” (Mt 6:10); “aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina” (Mt 6:12)… Kompli aqra »

Ġesù hu t-tempju li minnu joħroġ l-ilma frisk li jagħti l-ħajja – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Meta nirrabjaw jew ilumna xi ħadd, ħafna drabi nikkwotaw dan l-inċident ta’ Ġesù. Qabżet lil Ġesù, ma taqbiżx lili? Ma taqbiżlix iċ-ċinga xi darba? U din tiġri ’l kulħadd.

Nifhmu għaliex Ġesù rrabja ħafna għax inti ma tagħmilx sawt bil-ħbula jekk m’intix irrabjat ħafna u taqleb l-imwejjed u tkeċċi l-ħamiem u l-barrin u n-nagħaġ. “Tagħmlux it-tempju tiegħi, id-dar ta’ Alla, suq” (Ġw 2:16)… Kompli aqra »

Mhux il-paroli fl-imħabba imma l-għixien tal-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Albert Buhagiar bħala arċipriet tal-Parroċċa ta' Ħaż-Żebbuġ

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Filep ta' Agira, Ħaż-Żebbuġ

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Din hi l-kelma tal-Mulej Alla ta’ Iżrael: il-ġarra tad-dqiq ma tintemm qatt u l-kus taż-żejt ma jitbattalx sa dakinhar li l-Mulej jibgħat ix-xita fil-pajjiż” (1 Slat 17:14). Dan il-kliem il-Mulej jgħidhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza, f’sitwazzjoni ta’ karistija, f’sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ xita. In-nuqqas tax-xita kien ifisser nuqqas ta’ ikel, nuqqas ta’ frott fir-raba’.

Elija jmur f’belt, f’ambjent ostili għall-bniedem għax m’għadux jagħti frott u jasal quddiem waħda armla tiġbor il-ħatab, il-ħuxlief niexef li baqa’ mill-ambjent li m’għadux jagħti frott għax m’hemmx xita, allura m’hemmx ilma… Kompli aqra »

Mhux x’tagħti imma kemm tagħti mill-qalb – L-Arċisqof

Quddiesa fit-32 Ħadd ta’ matul is-Sena

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Karmnu, iċ-Ċimiterju tas-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fi żmien il-profeta Elija s-sinjal tal-grazzja t’Alla kienet ix-xita, u nistgħu ngħidu li l-Mulej berikna wkoll. Qed niftakar meta sar qaddis San Ġorġ Preca; iżjed ma tlabna biex tieqaf ix-xita, iżjed għamlet.

Illum Ġesù jinnota mara armla li meta naqra dan l-Evanġelju, dejjem nikkomwovi ruħi għax nifhem li meta raha, meta nnutaha, Ġesù ħaseb f’ommu li dak iż-żmien kienet armla… Kompli aqra »

Ħajja vera ta’ servizz – L-Arċisqof

Quddiesa li fiha Fra Francis Vassallo jagħmel il-wegħdiet solenni bħala Kavallier Profess tal-Ordni ta’ San Ġwann

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

Fra John, Honourable delegate, dear Francis, distinguished and most honorable guests, members of the Order of Malta,

The tax collectors and the sinners were all seeking the company of Jesus. I hope and pray, that we are amongst them. That we realise our indebtedness to Our Lord Jesus Christ, and his glorious passion and resurrection… Kompli aqra »

Il-fidi trid tkun l-għażla tiegħek magħmula b’intelliġenza – L-Arċisqof

Quddiesa fil-75 anniversarju tal-Iskola St Michael

  L-Iskola St Michael, Santa Venera

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Surmast, staff ta’ din l-iskola għażiża, studenti, mistednin, saċerdoti, jiena m’għandix ħafna xi nżid ma’ l-ewwel att ta’ dan id-dramm sabiħ imma nixtieq nirriflettu ftit fuq tagħlima importanti li jagħtuna s-Sur Tonin jew is-Sur Agius u sħabu: li l-ħajja tkun sabiħa jekk tagħmel minnha għanja ta’ ġid skont kif isejjaħlek Alla.

Staqsi lilek innifsek, inti li inti żgħażugħ: jien kif nista’ f’ħajti minn issa nagħmel il-ġid? … Kompli aqra »

“Dan il-jum ifakkarna li l-Mulej se jħabbat ukoll fuq il-bieb tagħna” – L-Arċisqof fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha

Quddiesa fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha

  Il-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Erwieħ, Ħal Tarxien

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan huwa l-kliem għażiż li aħna u l-għeżież tagħna li ħallewna nisimgħu minn fomm Ġesù: “Tassew ngħidlek, illum tkun miegħi fil-ġenna” (Lq 23:43).

Dan il-kliem Ġesù qalu minn fuq is-salib ftit qabel ma hu wkoll għadda mill-bieb tal-mewt. Kien mument ta’ dgħufija kbira għalih, mument ta’ kundanna, mument ta’ tbatija ħarxa. Imma quddiem it-talba tal-ħalliel, il-qalb ta’ Ġesù ma setatx ħlief tinfetaħ mimlija ħniena, mogħdrija u maħfra… Kompli aqra »

It-triq għall-qdusija: li nfittxu wiċċ il-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha u l-kandidatura ta' żewġ seminaristi

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej” (S 23:6). Li tfittex il-wiċċ tal-Mulej huwa proċess għax il-Mulej ma jidhirx imma fil-ħniena tiegħu juri lilu nnifsu u juri lilu nnifsu fil-misteru kbir tal-imħabba.

Jekk inti tħobb ’il ħuk u ’l oħtok li tara, tista’ tħobb lil Alla li ma tarax; imma jekk ma tħobbx lil ħuk u ’l oħtok li tara, kif tista’ tħobb lil Alla li ma tarax? … Kompli aqra »

Parlamentari li jfittxu l-interess u l-ġid ta’ kulħadd – L-Arċisqof

Quddiesa fil‑100 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Parlament Malti

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-għaref tal-liġi jixtieq ikun jaf liema hi l-liġi li hi l-pedament ta’ kollox. “Liema wieħed fost il-kmandamenti”, fost il-liġijiet li għandna, “huwa l-ewwel?” (Mk 12:28). Ir-risposta ta’ Ġesù tinġabar f’kelma waħda li jirrepeti darbtejn: “Ħobb lill-Mulej, ħobb lil għajrek” (Mk 12:29,31).

Ġesù fl-ewwel parti ta’ din ir-risposta qed jislet silta mill-qari li smajna fil-bidu mill-ktieb tad-Dewteronomju, li kien il-ktieb tal-liġi għażiż għall-poplu ta’ Alla li għal diversi drabi jistieden lill-poplu, lil Iżrael biex jisma’: “Isma’, Iżrael” (Dewt 6:3)… Kompli aqra »