Il-Kelma tal-Arċisqof

L-appostli huma dixxipli u frott tat-talb ta’ Ġesù – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Appostli San Xmun u San Ġuda

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju magħżul għal-lum, kif antiċipajt fl-introduzzjoni, jagħti l-lista ta’ dawn it-tnax-il dixxiplu, li Ġesù jagħżel wara li għamel lejl ta’ talb. Dan id-dettall jagħtihulna biss l-Evanġelju ta’ San Luqa. Ġesù “għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax li semmiehom appostli” (Lq 6:12-13). L-appostli qabel xejn huma dixxipli. It-tieni huma frott tat-talb ta’ Ġesù… Kompli aqra »

Mhux biss formazzjoni għaż-żgħażagħ imma esperjenza ta’ knisja – L-Arċisqof

L-Arċisqof ibierek iċ-Ċentru Parrokkjali Santu Rokku fil-Belt Valletta

  Iċ-Ċentru Parrokkjali Santu Rokku, il-Belt Valletta

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għażiż Arċipriet u membri tal-Kapitlu, kappillani, għeżież lajċi, nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom illejla. Nixtieq niġbed spunt minn dak li għidt inti. Hawnhekk se jkun post fejn hemm il-possibbiltà li nwettqu ħolma kbira tal-Papa Franġisku: li hawnhekk isir post, fejn ikun hemm djalogu bejn il-ġenerazzjonijiet; dak li l-Papa jħobb isejjaħlu: djalogu interġenerazzjonali. Għax hawnhekk se jkun ukoll post aċċessibbli għal dawk li ilhom ħafna żgħażagħ – l-anzjani… Kompli aqra »

L-edukazzjoni u s-solidarjetà: l-għeruq u l-prinċipji tad-demokrazija – L-Arċisqof

It-tnedija tal-wirja fotoġurnalistika 'People Power'

  Il-Ġnien ta' Lapparelli, il-Belt Valletta

L-Arċisqof Charles Jude Scicluna inawgura l-wirja fotoġurnalistika ‘People Power: Documenting protest since 1957’ organizzata mill-Ambaxxata tal-Olanda f’Malta u l-World Press Photo Foundation bħala parti mill-Jum Dinji tal-Libertà tal-Istampa. Ir-ritratti li ntagħżlu għal din il-wirja ttieħdu waqt diversi protesti li saru mill-1957 sal-lum, u li huma simbolu tal-poter li għandu l-poplu.

Message by Archbishop Charles Jude Scicluna

First of all, I would like to thank the Embassy of the Kingdom of the Netherlands for organising this event… Kompli aqra »

Is-saltna t’Alla hi proċess li jsir fis-silenzju – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù qed jipprova jispjega l-ġid kif isir, is-saltna ta’ Alla kif tikber. Iż-żewġ tixbihat li jagħtina. huma tixbihat li minn bidu ċkejken iwasslu għal xi ħaġa ferm ikbar.

L-ewwel ħaġa li jgħallimna hi li s-saltna ta’ Alla mhix li tfaqqa’ subgħajk u tiġi mill-ewwel; hi proċess, proċess li jdum, proċess fis-silenzju, proċess li jrid il-paċenzja. Ħu ż-żerriegħa. Min ipprova jiżra’ xi żerriegħa jaf mhux kollha tinbet… Kompli aqra »

Xi jsejħilna nagħmlu Ġesù? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ġurnata Missjunarja

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Atoċja (tas-Samra), il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jmur Ġeriko. Ġeriko huwa post speċjali. L-ewwel nett l-istudjuż jgħidilna li huwa l-eqdem belt li għadha teżisti sal-lum u li fiha għadhom jgħixu n-nies. L-arkeoloġija tgħallimna li l-bniedem kien jgħix f’Ġeriko 11,000 sena qabel Ġesù. Jiġifieri 13,000 sena ilu Ġeriko kien hemm jgħixu n-nies. Ġesù jmur f’dan il-post li jaf l-istorja tal-bniedem. Huwa wkoll post fond ħafna għaliex Ġeriko hi mibnija madwar 300 pied ’l isfel mil-livell tal-baħar… Kompli aqra »

San Ġużepp jgħallimna r-rispett – L-Arċisqof

Quddiesa u tnedija tal-ktieb 'Sliem Għalik Ġużeppi Bin David' miktub minn Patri Martin Mamo

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużpepp, il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jitkellem fuq qaddej fidil u għaqli. Il-Papa Franġisku, meta tana dokument sabiħ fuq San Ġużepp għal din is-sena ddedikata lilu, ħin minnhom jgħidilna li Ġesù tgħallem xi tfisser il-fedeltà u xi jfisser l-għaqal li hu nnota kif kienu jgħixu Marija u Ġużeppi. Kif tgħallem ukoll il-bżulija, l-onestà, is-sens tal-ġustizzja li jmur lil hemm mil-liġi. U nimmaġinah meta kiber u qed jipprova jgħallem lid-dixxipli tiegħu kif tkun qaddej fil-komunità, nimmaġinah jaħseb f’ommu u f’dak li għad-dinja kollha kien missieru: San Ġużepp, il-qaddej fidil u għaqli… Kompli aqra »

Il-prezz li nħallsu biex nimxu wara Ġesù – L‑Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

M’aħniex imdorrijin nisimgħu lil Ġesù jitkellem iebes bħalma nsibuh fl-Evanġelju tal-lum. Dan għaliex anke t-tislima tiegħu bħala l-Irxoxt hija “il-paċi magħkom” u fl-Evanġelju ta’ San Ġwann kemm-il darba jgħidilna “nagħtikom il-paċi tiegħi”. Din aħna nfakkruha f’kull quddiesa. Minn hawn u ftit ieħor se ngħidlkom “il-paċi tal-Mulej tkun dejjem magħkom, agħtu l-paċi lil xulxin”. Anke għaliex infakkru li din il-paċi, li fil-liturġija ngħidulha ‘sliem’ jew ‘paċi’, għandna żewġ kelmiet, hija verament don kbir ta’ Alla… Kompli aqra »

Tajjeb li nixxenqu għall-ġenna imma nibdewha minn hawn – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadu jidwi f’moħħna u qalbna l-kliem ta’ Ġesù li smajna fl-Evanġelju tal-Ħadd li għadda: “Bin il-bniedem ma ġiex biex ikun moqdi imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu għall-kotra” (Mk 10:45).

Din ix-xbieha Ġesù ma japplikahiex biss għall-ħajja tiegħu fostna, ma japplikax biss għall-ħajja tagħna bejnietna. Fil-ħasil tar-riġlejn, ewl il-lejl qabel ma bata, hu wera lid-dixxipli l-istil ta’ kif jgħixu flimkien u qalilhom: “Jiena li jiena l-Imgħallem u s-sid għamiltilkom hekk; għamlu hekk lil xulxin” (Ġw 13:14)… Kompli aqra »

Nimxu flimkien bħala Knisja waħda fi vjaġġ wieħed – L‑Arċisqof

Quddiesa fil-ftuħ tal-mixja djoċesana għas-Sinodu tal-Isqfijiet

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Id-dixxipli ta’ Ġesù kienu bnedmin bħalna. Ħafna drabi ninsewha din għax għalina huma kollha qaddisin,  ħlief wieħed li spiċċa naqra ħażin, u nsejħulhom San Bert u Sant’Andrija u San Pietru. Imma l-qdusija tagħhom kienet mixja. L-Evanġelju tal-lum jitkellem propju f’mument fejn tnejn minnhom jixtiequ li jkollhom post importanti fis-saltna ta’ Ġesù. Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, jinsistu miegħu: “Dak li nitolbuk irriduk tagħmilulna”  (Mk 10:35)… Kompli aqra »

Il-preżenza tiegħek fit-toroq ta’ Gwardamanġa trid tkun sinjal li Alla hu magħna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Patri Joseph Zahra OP bħala kappillan tal-Parroċċa ta' Gwardamanġa

  Is-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha” (Ġw 19:26). Il-ħarsa ta’ Ġesù lejn ommu minn fuq is-salib hi ħarsa ta’ mħabba; bħalma hi ħarsa ta’ mħabba lejn id-dixxiplu, li l-Evanġelista stess jgħid: “lid-dixxiplu li kien iħobb” (Ġw 19:26). Ejjew nirrealizzaw li f’dan il-mument ta’ agonija, ta’ diffikultà u ta’ tbatija enormi, din hi l-magħmudija li Ġesù xtaq li l-Missier jevitalu… Kompli aqra »