Il-Kelma tal-Arċisqof

Inwasslu lill-proxxmu tagħna għand Ġesù – L‑Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Kallistu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dak li smajna fl-Evanġelju tal-lum hija preokkupazzjoni kbira li dejjem qiegħda mal-Knisja u Ġesù jesprimiha f’din ix-xbieha tal-muftieħ li l-għorrief tal-liġi — illum ngħidulhom il-kanonisti (dawk li jistudjaw il-liġi tal-Knisja wkoll) — jgħidilhom: “Intom ħtaftu l-muftieħ tal-għerf, biex imbagħad intom stess ma dħaltux u żammejtu lura lil min ried jidħol!” (Lq 11:52) Il-muftieħ jiftaħlek l-għerf imma l-għerf jibda mill-qalb tal-bniedem… Kompli aqra »

Ir-riċetta għal qalb safja – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħtina riċetta sabiħa għal qalb safja. Mhix kwistjoni ta’ kif nidhru, mhix kwistjoni ta’ x’jaħsbu fuqna n-nies. Dak kollu hu li jidher minn barra, imma hu l-qalb, il-qalb li Alla jafha, jaraha. Ħin minnhom jgħid: “U Missierkom li jara fil-moħbi, iroddulkom”. “Agħtu karità minn dak li hemm ġewwa, minn qalbek u taraw kif kollox ikunilkom nadif” (Lq 11:41).

L-Iskrittura wkoll tgħid li l-imħabba, il-karità, l-għajnuna lill-fqar tgħatti ħafna dnubiet… Kompli aqra »

Dak li għandek lest taqsmu ma’ ħaddieħor? – L-Arċisqof

Quddiesa fit-28 Ħadd ta’ Matul is-Sena u f'Jum in-Nanniet

  Is-Santwarju tal-Madonna tas-Samra, il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan ir-raġel li ltaqa’ ma’ Ġesù kien raġel tassew twajjeb; kien raġel għani, kif jgħidilna l-Evanġelju ta’ San Mark li għadu kemm qara Fr Andrew. Imma kellu wkoll l-għatx għall-ħajja ta’ dejjem. “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” (Mk 10:17). Donnu dan ir-raġel, għalkemm kien raġel li kellu ħafna flus, kellu x’aktarx għelieqi u ġid, kien jaf li din il-ħajja mhux għal dejjem, hemm ħajja li ma tispiċċa qatt, il-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

Inti msejjaħ biex tkun ir-ragħaj ta’ dil-komunità ċkejkna b’għeruq profondi fl-istorja – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta' Dun Mario Tong bħala arċipriet tal-Parroċċa tal-Imdina

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Qaddis hu t-tempju ta Alla, li huwa intom” (1 Kor 3:17). Dan it-tempju li ġie kkonsagrat bħal-lum mill-Isqof predeċessur tiegħi Cocco Palmieri hu sinjal ta’ dak li hu aħna. Hu tempju mibni mill-ġebel, imżejjen bl-isbaħ irħam u b’dak kollu li l-arti tista’ toffri, imma jibqa’ sinjal tat-tempju ta’ Alla li hu aħna.

Dan it-tempju ġie kkonsagrat wara li l-katidral li kien hemm qabel li ġarrab ħsarat kbar fit-terremot tal-1693 u b’xi mod hu sinjal ukoll ta’ kemm-il darba aħna niġġarrfu u l-Mulej jerġa’ jqajjimna fuq saqajna… Kompli aqra »

Il-fraternità mhix biss ta’ sentiment u rieda, imma wkoll deċiżjoni – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tat-twaqqif tal-fraternità Ġesù u Marija

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn

“Ilkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, Omm Ġesù u ma’ ħutu.” (Atti 1:14). Fl-ewwel kapitlu tal-Atti tal-Appostli, it-tieni ktieb li tana Luqa, ktieb għażiż għalina, għax fl-aħħar kapitlu tiegħu, fil-kapitlu 28 tissemma Malta, u jissemmew il-Maltin flimkien ma’ Publiju. Fil-bidu ta’ dan il-ktieb, Luqa jiġbor l-esperjenza qawwija ta’ fraternità li kienu jgħixu l-appostli u d-dixxipli. U juża din l-espressjoni ‘lkoll qalb waħda’… Kompli aqra »

Jalla jkollok il-faraġ ta’ ragħaj, li jagħmel kulma jista’ għall-merħla tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-bidu tal-ħidma pastorali ta’ Patri Claudio Borg O.P. bħala kappillan tal-Parroċċa tan-Nazzarenu

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta mill-Ktieb tal-Atti tal-Appostli, li smajna llum fit-Tieni Qari, tfakkarna fix-xirka tal-Appostli. Fil-fatt, San Luqa li kiteb l-ktieb tal-Atti tal-Appostli, jerġa’ jirrepeti l-ismijiet tal-Appostli tal-Mulej. Din id-darba jsemmi ħdax, għaliex Ġuda l-Iskarjota, ma kienx għadu magħhom. “Ilkoll qalb waħda kienu jitolbu flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, Omm Ġesù u ma’ ħutu.” (Atti 1:14).

Dan il-vers qasir, il-vers 14 tal-ewwel kapitlu tal-Atti tal-Appostli, jippreżentalna x-xirka tad-dixxipli tal-Mulej, li huma magħżula biex jagħmlu dak kollu li hu ordnalhom b’tifkira tiegħu, magħqudin ilkoll f’qalb waħda… Kompli aqra »

L-Armata hija garanzija li nibqgħu pajjiż ċivilizzat – L-Arċisqof f’Jum l-Armata

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“M’intix ’il bogħod mis-saltna ta’ Alla” (Mk 12: 34). Ġesù jgħid hekk lil dan l-għaref tal-liġi, dan il-kittieb, li rah kemm kien wieġeb bil-għaqal meta aċċetta l-parir ta’ Ġesù li jekk trid tifhem il-qofol tal-liġi, hemm kelma waħda biss: l-imħabba. “Mgħallem, għandek raġun tgħid li wieħed hemm kmandament u m’hemmx ieħor ħliefu. Iva li tħobb lilu,” lill-Mulej, “b’qalbek kollha, b’moħħok kollu, bil-qawwa tiegħek kollha u tħobb lill-għajrek bħalek innifsek, huwa l-aqwa, aqwa minn kull sagrifiċċju” (Mk 12:32-33)… Kompli aqra »

Santa Faustina Kowalska tfakkarna li Alla jħenn dejjem – L-Arċisqof

Quddiesa b'tifkira ta’ Santa Faustina Kowalska

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa, tintuża minn dejjem biex wieħed jagħmel distinzjoni bejn il-ħajja attiva u l-ħajja kontemplattiva. Xi rrid infisser? Il-ħajja ta’ min hu medhi fid-dinja tax-xogħol, fil-ħajja tal-familja, fin-negozju, fil-professjoni u jrid isib mod ta’ qdusija f’dan kollu. U l-ħajja ta’ dawk li għaliex għandhom vokazzjoni speċjali; il-ħin kollu f’riġlejn Ġesù, jisimgħu l-Kelma tiegħu, jitolbu għalina. Il-Knisja għandha bżonn dawn iż-żewġ pulmuni importanti… Kompli aqra »

“L-għatx biex inkunu f’ambjent ta’ mħabba” – L‑Arċisqof

Quddiesa fis-27 Ħadd ta’ Matul is-Sena u fl-ewwel Jum tal-Uffiċjali Korrettivi

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù ma jistħix isejħilna ħutu (ara Lhud 2:11). Laqtitni ħafna din l-espressjoni mill-Ittra lil-Lhud, mit-tieni qari li għadna kemm smajna llum. “Għax kemm dak li jqaddes,” il-Mulej fis-safa u fl-imħabba tiegħu, “u dawk li jiġu mqaddsin,” aħna li għandna bżonn il-ħniena tiegħu, li għandna bżonn il-korrezzjoni tiegħu, “ilkoll huma mill-istess wieħed” (Lhud 2:11).

Din l-espressjoni profonda tal-awtur tal-Ittra lil-Lhud qed tħares lejn il-Missier, li bagħat lil ibnu biex jifdina u qal li huwa l-Iben t’Alla magħmul bniedem, qed iħares lejna… Kompli aqra »

Il-wegħda tal-Mulej hi wegħda ta’ ħniena u mħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tal-Professjoni Perpetwa ta’ Sr Maria Cilia tas-Sorijiet Ursolini ta’ Sant’ Angela Merici

  Il-Knisja tal-Madonna ta’ Loreto, Gwardamanġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ibqgħu fl-imħabba tiegħi” (Ġw 15:9). Kemm hi ħaġa ta’ ferħ, ta’ faraġ, li tisma’ dan il-kliem ta’ Ġesù; li meta jitkellem fuq ir-relazzjoni tagħna miegħu, u tiegħu magħna, juża kelma waħda: ‘l-imħabba’. “Ibqgħu fl-imħabba tiegħi” (Ġw 15:9). U l-kmandament li jagħtina juża l-istess verb: ‘li tħobbu lil xulxin’. “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin” (Ġw 15:12). U l-imħabba li tiġbor ir-relazzjoni tagħna miegħu u tiegħu magħna hi mħabba straordinarjament qawwija… Kompli aqra »