Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof lill-Ġudikatura: Kunu xewka għal min ma jridx iħallas għat-taħwid tiegħu u sinjal ta’ tama għal min irid jgħix sew

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla li llum il-Knisja qed taqra fil-knejjes kollha madwar id-dinja, titkellem dwar il-ġustizzja u l-ġudizzju. Il-ġustizzja, jgħidilna l-ktieb tal-profeta Baruk, “hi min-naħa tal-Mulej Alla tagħna” (Bar 1:15). Quddiem din il-ġustizzja li għandha għajn divina — għax Alla la jqarraq u lanqas jitqarraq — il-ġustizzja tagħna tidher dgħajfa u fallibbli. “Iżda min-naħa tagħna,” jgħid il-profeta Baruk, “kif aħna llum, aħna għandna l-għajb ma’ wiċċna” (Bar 1:15)… Kompli aqra »

Is-servizz tal-Awtorità tax-Xandir jgħin il-kapaċità kritika tal-poplu tagħna – l-Arċisqof

Quddiesa fl-okkażjoni tas-60 anniversarju mit-twaqqif tal-Awtorità tax-Xandir

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-oriġini tal-Awtorità tax-Xandir hu antik minn mill-kriterji tagħna. Fl-1935 kien hemm l-ewwel bidu ta’ awtorità li tipprova tikkontribwixxi għal ċerta armonija fis-servizz tax-xandir. Imma fl-1961 ingħata bidu għal din l-awtorità li għadha magħna sal-lum, li fl-Indipendenza, fl-1964, ħadet ir-rwol kostituzzjonali. Kienet għażla tal-Istat Malti li din l-awtorità tkun impoġġija proprju bħala parti mill-qafas tal-istituzzjonijiet essenzjali tal-pajjiż. Intom u tiċċelebraw sittin sena, nixtieq noffri ftit riflessjonijiet fis-sitwazzjonijiet li qed ngħixu llum… Kompli aqra »

Infittxu f’kollox il-ġustizzja – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju li smajna fl-ewwel qari llum, għandha attwalità kbira għalina l-Maltin u l-Għawdxin aħna u niċċelebraw dan l-anniversarju ta’ Jum l-Indipendenza 2021. F’din is-silta mill-kapitlu sitta tal-Ewwel Ittra lil Timotju, San Pawl qiegħed jindirizza lid-dixxiplu għażiż li kien maħtur bħala leader, kap ta’ komunità. Kien bniedem żagħżugħ mimli ħeġġa. L-Appostlu Missierna jeżortah biex ikun ta’ eżempju u jevita l-insidji tal-ħajja ta’ ragħaj, ta’ bniedem responsabbli minn komunità… Kompli aqra »

Il-midwives huma ministri tal-ħajja – L-Arċisqof

L-inawgurazzjoni tal-uffiċini ġodda tal-MUMN

  Ħal Qormi

Il-Ħadd 19 ta’ Settembru 2021, l-Arċisqof Charles Scicluna bierek l-uffiċini l-ġodda tal-MUMN waqt l-inawgurazzjoni tagħhom f’Ħal Qormi fil-preżenza tal-President ta’ Malta George Vella, il-President tal-MUMN Paul Pace u uffi`ċjali tal-MUMN. L-inawgurazzjoni saret f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-union.

Mons. Arċisqof talab biex fil-mumenti diffiċli u delikati tal-ħajja l-qwiebel ikomplu jkunu ministri tal-ħajja. Żied jgħid: “Nitolbok Mulej tbierek dawn l-uffiċini imma speċjalment lil min se jużahom, min se jitħarreġ hawn, id-deċiżjonijiet kollha li jittieħdu biex fuq kollox l-ispirtu li jmexxi lil dak kollu li jsir hawn ikun favur il-marid, is-servizzi tas-saħħa, il-familji u s-saħħa mentali tan-nurses u l-midwives u fuq kollox li naħdmu għal soċjetà mimlija solidarjetà u għożża.”

More Photos Kompli aqra »

Min irid ikun mexxej irid ikun qaddej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-25 Ħadd ta’ Matul is-Sena

  Il-Knisja ż-Żgħira ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għat-tieni darba Ġesù jkellem lid-dixxipli tiegħu dwar il-persekuzzjoni li kellu jgħaddi minnha u juża kliem li jħawwadhom lid-dixxipli: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt” (Mk 9:31). Din il-ħaġa tħassibhom, ma fehmux dan il-kliem. Għaliex Profeta li kien qed jgħaddi mil-Lhudija għall-Galililija jgħallem, ifejjaq, ikeċċi x-xjaten, jitkellem dwar il-maħfra, dwar it-tjubija, il-ħlewwa u l-ħniena – kellu jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh? … Kompli aqra »

Hi traġedja li affarijiet orribbli jsiru f’isem Alla – L-Arċisqof

Quddiesa fil-jum ta’ talb u sawm għall-poplu Afgan

  Il-kappella tal-Junior College, l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliem” (Lq 7:50). Dawn il-kliem ta’ Ġesù lil din il-mara li l-Evanġelju ta’ San Luqa jsejħilha: “midinba magħrufa” (Lq 7:37), m’għandhiex isem. Nafu x’kien jismu l-Fariżej li stiednu, għax Ġesù jgħidlu Xmun u magħruf bħala Xmun il-Fariżew, imma din il-mara m’għandhiex isem. Donnu qiegħda tirrapreżenta kull wieħed u waħda minna.

Forsi aħna midinbin imma mhux bilfors magħrufa għalkemm l-isqof isejjaħ u jgħarraf lilu nnifsu bħala ‘l-qaddej t’Alla mingħajr ma jistħoqqlu’… Kompli aqra »

“Nadurawk, o Ġesù, u nberkuk, għax b’salibek u l-mewt tiegħek inti fdejtna”

Quddiesa fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

  Il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu),il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa Ġesù stess fl-Evanġelju li għadna kemm smajna llum li jwassalna biex nifhmu t-tifsira profonda ta’ dak il-ġest li smajna dwaru fl-ewwel qari (Num 21:4-9): Mosè jitlob lil Alla biex jeħles lill-poplu mill-gidma velenuża tas-serp. Lil Mosè, Alla jissuġġerilu jagħmel serp tal-bronż, jarbulah u kull min iħares lejh ifiq u b’hekk is-serp tal-bronż jintrefa’ u jsir mezz ta’ fejqan u salvazzjoni. 

Fl-Evanġelju Ġesù jgħid li bħalma Mosè għolla s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li Bin il-Bniedem jintrefa’ biex ikun ta’ salvazzoni, kull min iħares lejh b’fidi, b’imħabba, b’tama, ifiq (ara Ġw 3: 14-15)… Kompli aqra »

Il-fedeltà fiż-żwieġ irħisa? – L-Arċisqof

Quddiesa tal-24 Ħadd taż-żmien ta' matul is-sena

  Il-Knisja tal-Vitorja, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma nafx jekk tinnutawx li s-saċerdot, mingħajr ħafna għajjat, meta jbus l-Evanġelju jgħid din it-talba li għadni kemm għedt jien ukoll: “Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna”. L-Evanġelju tal-lum hu wieħed minn dawk li jogħrokna għorka tajba.

L-ewwel nett Ġesù jagħmel mistoqsija lid-dixxipli li qegħdin isegwuh huma u sejrin post sabiħ ħafna taħt il-muntanji Ċesarija ta’ Filippu. Hu jsaqsihom :“Min jgħidu n-nies li jien?” (Mk 8:27)… Kompli aqra »

“Infiqu u nikbru flimkien” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Aħna nafu li Alla, ma dawk li jħobbuh jaħdem kollox id f’id magħhom għall-ġid” (Rum 8:28)”. Fit-8 ta’ Settembru aħna l-Maltin u l-Għawdxin inħossu kemm hu twajjeb, għaref u veru dan il-kliem tal-Appostlu Missierna San Pawl f’kapitlu 8 tal-Ittra tiegħu lir-Rumani. Mill-esperjenza nafu li Alla, jaħdem id f’id ma’ dawk li jħobbuh.

It-8 ta’ Settembru għalina l-Maltin u l-Għawdxin huwa jum ta’ rebħa; bir-raġun insejħulha ‘il- Vitorja’… Kompli aqra »

Min hu l-għadu tagħna llum? – L-Arċisqof jistaqsi f’Jum il-Vitorja

Pontifikal statali lejlet il-festa tal-Vitorja

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tkun kbira setegħtu sat-trufijiet tal-art. U dan ikun is-sliem!” (Mik 5:3-4). Il-festa nazzjonali tat-8 ta’ Settembru li aħna bdejna niċċelebraw minn lejlet b’dan il-pontifikal statali, għalina l-Maltin kienet dejjem espressjoni ta’ sitwazzjonijiet diffiċli ħafna li b’volontà ngħixu fil-paċi u s-sliem, li nkunu trankwilli, li nkunu nistgħu ngawdu l-gżejjer tagħna f’armonija u meħlusa minn kull theddida ta’ jasar jew inkella ta’ qerda… Kompli aqra »