Il-Kelma tal-Arċisqof

Il-qligħ ma jitkejjilx bil-flus imma b’dak li jwassalna għall-hena ta’ Alla – L-Arċisqof

Quddiesa fit-33 Ħadd taż-Żmien ta' Matul is-Sena u l-Jum Dinji tal-Foqra

  Il-kappella taċ-ċimiterju ta' Wied Għammieq, il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Mulej jgħallimna kif se jkun il-ġudizzju f’din il-parabbola. Fil-fatt hemm żewġ qaddejja li s-sid tagħhom fdahom b’ġidu u ħaddmuh u kattruh u l-kelma li jirċievu hi: “Idħol fil-hena ta’ sidek” (Mt 25:21).

Hi kelma li lkoll kemm aħna nixtiequ bil-qawwa kollha li nisimgħu fil-punt tal-mewt tagħna. “Qaddej fidil u għaqli, idħol fil-hena ta’ sidek” . U hi wkoll espressjoni sabiħa li turina l-ġenna x’inhi… Kompli aqra »

M’hemmx bżonn affarijiet spettakolari biex niltaqgħu mal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta’ San Ġosafat, isqof u martri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u nfakkru lil San Ġosafat, nifhmu iżjed għaliex il-Mulej jinsisti ħafna fuq ir-realtà kiefra li jkollu jbati min-nisel ta’ żmienu u li jkun miċħud. Għaliex il-martri jgħixu f’ġisimhom dan l-istess proċess: jagħtu ħajjithom imma jkun hemm min mhux biss iġagħalhom ibatu imma wkoll li jiċħduhom. Fihom, fil-mewt tagħhom, hemm din il-kontinwazjoni tat-traġedja tal-umanità li tiċħad, li tirreżisti lil Ġesù u lil min hu tiegħu… Kompli aqra »

Liberi minn kull frugħa tad-dinja – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira tal-Papa San Ljun il-Kbir

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

X’qed tipprova tgħidilna din il-kelma ta’ Ġesù llum? Aħna nafu li mhux veru li ma niswew għal xejn, anzi l-Mulej iridna nieħdu sehem bit-talenti li għandna, bit-talenti li tana, biex inkunu ta’ servizz għal xulxin u anke għas-saltna tiegħu.

Li jixtieq huwa li nkunu liberi nagħmlu dak li għandna nagħmlu mingħajr ma nistennew ħafna promotions, ċfuf, titli, u onorifiċenzi… Kompli aqra »

Fedeltà lejn il-Papa – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tad-dedikazzjoni tal-Bażilika ta' San Ġwann tal-Lateran f'Ruma

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-konsagrazzjoni tal-Katidral ta’ Ruma, San Giovanni in Laterano, tagħtina l-opportunità mhux biss inġeddu l-fedeltà tagħna lejn l-Isqof ta’ Ruma, il-Papa, imma wkoll nirriflettu fuq il-kelma li jgħid Ġesù.

L-evanġelista Ġwanni jgħid li meta tkellem fuq it-tempju kien qed jirreferi għall-ġisem tiegħu “iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu” (Ġw 13:21). Jekk il-ġisem ta’ Ġesù huwa tempju, hekk ukoll huwa l-ġisem tagħna, ta’ kull wieħed u waħda minna kif jgħallem l-Appostlu Missierna San Pawl… Kompli aqra »

Bla memorja ma nimxu qatt ’il quddiem – Jum it-Tifkira 2020

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin niċċelebraw, bħalma nagħmlu kull sena, Jum it-Tifkira, u f’dan il-jum għandna l-opportunità li nieqfu u mhux biss infakkru u nikkommemoraw imma wkoll b’sens ta’ gratitudni nerġgħu ngħixu t-tbatija li batew diversi minn ħutna minħabba l-kefrija tal-gwerra.

L-esperjenza tal-poplu tagħna hija esperjenza ta’ qsim il-qalb, b’mod speċjali fit-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-Ewwel Gwerra Dinjija Malta saret l-infermiera tal-Mediterran u wriet li l-akkoljenza li timmarka l-isbaħ paġni tal-istorja ta’ pajjiżna, mhux hi biss akkoljenza fil-ferħ imma anke fin-niket… Kompli aqra »

Nilqgħu l-istedina tal-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Martín de Porres

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Hieni min jiekol il-ħobż fis-Saltna ta’ Alla” (Lq 14:15). Din hija beatitudni li ma jgħidhiex Ġesù imma jgħidha wieħed mill-mistednin għal- ikla li fiha kien hemm ukoll mistieden Ġesù. Ġesù jieħu l-opportunità ta’ din il-beatitudni “hieni min jiekol il-ħobz fis-Saltna ta’ Alla” biex jirrifletti fuq il-fatt li aħna mistednin, il-bnedmin kollha mistednin, għal dan il-pranzu kbir ta’ mħabba li għamel il-Mulej, imma kultant inkunu distratti… Kompli aqra »

It-tama fil-Mulej iżżommna magħqudin – L-Arċisqof

Quddiesa fit-Tifkira tal-Mejtin Kollha b'mod speċjali għall-vittmi tal-COVID-19

  Il-Knisja taċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mir-raġunijiet għaliex illum għandna nfarrġu lil xulxin hija l-kelma ċara ta’ Ġesù: “Din hi tabilħaqq ir-rieda ta’ Missieri”. Meta jitkellem fuq ir-rieda ta’ Missieru, Ġesù qiegħed jitkellem fuq xi ħaġa qawwija, fundamentali, u li ta’ min jistrieħ fuqha. U x’inhi din ir-rieda tal-Missier? “Li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta’ dejjem u jiena” jgħid Ġesù, “inqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum” (Ġw 6:40)… Kompli aqra »

Ma nieqfu qatt infittxu wiċċ il-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha u l-kandidatura ta' tliet seminaristi

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej” (S 23:6). Din l-espressjoni sabiħa, ispirata mis-Salm 23 jew 24 skont il-verżjonijiet, li llum tlabna wara l-ewwel qari, hi espressjoni sabiħa li tfittex wiċċ il-Mulej u tiġbor fiha dak kollu li nistgħu nifhmu bi ok qdusija. Il-qdusija hija li matul ħajtek tfittex il-wiċċ tal-Mulej. “Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh, li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb”… Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Aħna ma’ Erodi jew ma’ Ġesù?

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iżjed ma noqorbu lejn tmiem is-sena liturġika, li tispiċċa propju lejleet l-ewwel Ħadd tal-Avvent, iżjed nibdew nisimgħu u naqraw evanġelji li jitkellmu dwar it-tmien tal-ħajja ta’ Ġesù imma anke dwar it-tmiem tad-dinja kif nafuha aħna.

L-Evanġelju tal-lum jibda bi twissija li jirċievi Ġesù, kważi theddida wkoll. “Erodi irid joqtlok” (Lq 13:31). Ġesù jgħaddi kumpliment rari għax aħna nafu li Ġesù huwa ta’ qalb ħelwa u umli, imma lil Erodi jsejjaħlu volpi: “Morru għidulu lil dak il-volpi” (Lq 13:32)… Kompli aqra »

Inkunu bħaż-żerriegħa tal-mustarda u l-ħmira – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-loġika ta’ Ġesù hija ftit differenti minn tagħna l-bnedmin. Aħna ħafna drabi, biex nimpressjonaw, naħsbu f’affarijiet kbar li jolqtu mill-ewwel l-għajn, li forsi jagħmlu ħafna ħoss.

Iż-żewġ tixbihat li juża’ Ġesù fl-Evanġelju tal-lum mill-kapitlu 13 tal-Evanġelju ta’ San Luqa, huma tixbihat ta’ affarijiet ċkejknin: iż-żerriegħa tal-mustarda ċkejkna, ċkejkna li tikber biż-żmien u ssir arbuxell. It-tradizzjoni tagħna tgħid siġra imma hija propju arbuxell kbir li tant ikun b’saħħtu li l-għasafar jistrieħu fuqu u anke jagħmlu xi bejta fiha… Kompli aqra »