Il-Kelma tal-Arċisqof

“Il-ġudizzju tal-imħallef u d-deċiżjoni tal-maġistrat iridu jiġu mhux biss mix-xjenza imma wkoll mill-kuxjenza” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-ftuħ tas-Sena Forensi 2020-2021

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Il-Mulej jibgħat tnejn u sebgħin dixxipli oħra” (Lq 10:1). Huwa numru kbir imma jgħidilhom li “il-ħsad huwa kbir tassew” (Lq 10:2). Nimmaġina li l-Ministru jkollu l-istess dilemma meta jħares lejn il-bżonnijiet tal-ġustizzja u jgħid li verament l-għalqa hija kbira. Hemm bżonn li wieħed jaħdem fuq li jaħdem biex is-servizz li jingħata jkun effiċjenti u ta’ kwalità.

Ġesù juża’ frażi li nixtieq nirrifletti ftit fuqha u nsellem lilkom fil-bidu ta’ sena ġdida ta’ servizz għall-ġustizzja fil-Qrati tal-Ġustizzja… Kompli aqra »

Rispett lejn il-libertà tal-iskejjel tagħna u ta’ kull individwu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Arkanġli Mqaddsa

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju jintagħażel fil-festa tal-Arkanġli, San Mikiel, San Gabrijel u San Rafel, propju minħabba l-aħħar kelmiet ta’ Ġesù meta, biex jispjega li d-dixxipli għad ikunu xhieda tal-glorja tiegħu, isemmi wkoll l-anġli: “Fis- sewwa, fis-sewwa ngħidilkom għad taraw is-sema miftuħ u l-anġli ta’ Alla niżlin u telgħin fuq Bin il-bniedem” (Ġw 1:51).

L-anġli huma dawk li huma dejjem quddiem il-preżenza ta’ Alla… Kompli aqra »

“Nilqgħukom biex nibnu d-dar komuni flimkien” – L-Arċisqof fil-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati

Quddiesa fis-26 Ħadd ta' matul is-sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù huwa interessat ħafna li l-mexxejja tal-poplu Lhudi jifhmu min hu u jistedinhom biex jaċċettawh. Dan huwa messaġġ li aħna se nisimgħuh f’dan il-Ħadd u fiż-żewġt Iħdud li ġejjin. Il-Mulej jinsisti man-nies ta’ żmienu, b’mod speċjali mal-mexxejja, u jċċaqilqilhom ftit il-kuxjenza.

Illum isemmilhom il-fatt li Ġwanni ġie jħabbar it-triq tal-ġustizzja. Ifakkarhom kemm Alla huwa mħabba, kemm Alla huwa fidil iżda huma ma emmnuhx… Kompli aqra »

Trid tara ’l Ġesù? Ibda arah f’ħuk u oħtok – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Erodi t-Tetrarka, dan li jsemmi l-Evanġelista San Luqa f’kaptilu 9, mhuwiex l-Erodi li ħafna drabi nisimgħu fir-rakkont tat-twelid ta’ Ġesù. Anke għaliex mit-twelid ta’ Ġesù ormaj għaddew mill-inqas 30 sena. Dan hu wieħed mill-ulied ta’ Erodi u li nisimgħu dwaru lejn l-aħħar tal-Evanġelju jew inkella propju waqt il-ħidma pubblika ta’ Ġesù.

Erodi jisma’ dak li qed jiġri fit-territorju tiegħu tal-Galilija. Nistgħu ngħidu li jisma’ dak li l-istess dixxipli jirrakuntaw lil Ġesù meta Ġesù jgħidilhom: “In-nies min jgħidu li jien?”  U d-dixxipli rrisponduh: “Hawn min jgħid li inti Ġwanni l-Battista, hemm min jgħid li inti Elija jew wieħed mill-profeti” (Lq 9:18-19)… Kompli aqra »

Qalbna titħassar meta ma nkunux kapaċi nħennu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Bħalma smajna fl-introduzzjoni għall-quddiesa, Ġesù llum jindika l-familja ġdida tiegħu. Ma nistgħux nifhmu dan il-kliem bħala ċaħda ta’ ommu Marija u tal-familja tiegħu li x’aktarx kienet tgħix Nazaret f’dawk li l-Evanġelju jsemmi bħala ħutu. Imma nifhmu li l-komunità Nisranija baqgħet tiftakar din ir-reazzjoni tiegħu meta xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek”, li ġejjin mil-laħam, “qegħdin hawn barra u jridu jarawk” (Mt 8:20).

“Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid hu” (Mt 8:21)… Kompli aqra »

Indipendenza 2020: Seba’ prinċipji għall-fejqan

Quddiesa Pontifikali f'Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Aħna u niċċelebraw Jum l-Indipendenza din is-sena nifhmu Ii qegħdin niċċelebraw pass importanti fl-istorja kostituzzjonali ta’ pajjiżna – it-twelid ta’ Malta bħala pajjiż sovran immexxi mill-Maltin. Imma ma nistgħux ninsew ukoll li qegħdin niċċelebraw dan il-jum fil-kuntest tal-pandemija li laqtet lid-dinja u laqtet lilna wkoll.

Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, fil-5 ta’ Awwissu 2020, beda serje ta’ katekeżi bit-tema ‘Infejqu lid-Dinja’… Kompli aqra »

Il-Mulej ħerqan jaħfrilna, idewwina u jsaffina – L-Arċisqof

Quddiesa li matulha ġie kkonsagrat l‑artal il‑ġdid u mbierka l‑ambone u s‑sedja l‑ġodda

  Il-Bażilika Minuri ta' San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Mulej jixtieq li ntellgħu l-offerta tagħna fuq l-artal anke għaliex meta qalilna biex nagħmlu dak li għamel hu b’tifkira tiegħu, kien qed jirreferi għall-offerta tal-ħobż u l-inbid li bil-qawwa tal-ispirtu u l-kelma ta’ Ġesù jsiru l-ġisem u d-demm tal-imgħallem.

Dik hi l-offerta tagħna. “Jekk tkun qiegħed ittella’ l-offerta tiegħek fuq l-artal”, jekk qiegħed tipprepara biex tiċċelebra l-Ewkaristija, “u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek, ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk, imbagħad ejja tella’ l-offerta tiegħek” (Mt 5:23-24)… Kompli aqra »

“L-omm tgħallimna l-imħabba ta’ Alla li hija mħabba ‘skandaluza'” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-25 Ħadd matul is-sena

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nibda billi nagħti żewġ informazzjonijiet mid-dinja ta’ żmien Ġesù biex niftiehmu u anke nifhmu ħafna iżjed din il-parabbola, din l-istorja li jirrakonta l-Mulej fl-Evanġelju tal-lum meħud mill-Evanġelju ta’ San Mattew kapitlu 20.

Is-siegħa tax-xogħol jew il-ġurnata tax-xogħol fi żmien Ġesù pjuttost kienet magħmula minn 12-il siegħa mis-sitta ta’ filgħodu sas-sitta ta’ filgħaxija. Il-jum kien jinqasam fi tnax-il siegħa u għalhekk meta l-Evanġelju jgħidilna t-tielet siegħa jiġi d-disgħa ta’ filgħodu; is-sitt siegħa tiġi nofsinhar, id-disa’ siegħa tiġi t-tlieta ta’ waranofsinhar, il-ħdax-il-siegħa tiġi xi l-ħamsa ta’ waranofsinhar, propju jkun għad baqa’ siegħa xogħol… Kompli aqra »

Il-lingwa li tgħinek tifhem żgur hi l-lingwa tal-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa f'għeluq is-sena pastorali taċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet tas-Seminarju

  Is-Seminarju, tal-Virtu, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Jiena naħseb li l-omelija għamluha ż-żgħażagħ illejla. Ovvjament applikaw din il-parabbola straordinarja ta’ Ġesù għall-kwestjoni tal-vokazzjonijiet, kulħadd għandu l-vokazzjoni tiegħu, is-sejħa tiegħu.

Il-ħlas huwa l-istess, ix-xogħol se jkun differenti, it-toqol forsi wkoll differenti (ara Mt 20:1-16). Ġesù qed jgħallimna lezzjoni importanti ħafna. Il-qalb tajba tiegħu taf tfixkilna għax ma tikkalkulax kif nikkalkulaw aħna. Imma jien naħseb li min hu missier u l-ommijiet hawnhekk, bl-imħabba lejn uliedhom jitgħallmu jressqu l-qalb tagħhom ħafna qrib lejn dik ta’ Alla… Kompli aqra »

Ommna Marija, xempju ta’ tama u qawwa quddiem it-tbatija – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm qrajna, fit-tradizzjoni popolari tal-Knisja tal-Punent, huwa l-ewwel mis-seba’ duluri tal-Madonna. Huwa l-mument tal-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju. Ġużeppi u Marija jieħdu lil Ġesù fl-40 jum, il-Kandlora, fit-tempju u jippreżżentawh lill Mulej. Ikun hemm Xmun li qed jistenna li l-Mulej jurih is-salvazzjoni ta’ Iżrael. Mhux biss jgħid profeżija ta’ glorja fuq it-tifel, imma jispjega lil ommu li se jkun “sinjal li jmeruh” (Lq 2:34)… Kompli aqra »