Il-Kelma tal-Arċisqof

Fis-salib ta’ Ġesù hemm il-mera ta’ kull virtù – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

  Il-Knisja ta' Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għall-pagani kien mezz ta’ tortura, għal-Lhud kien saħta. Is-salib, għalina li nemmnu f’Ġesù, huwa sinjal ta’ fidwa u ta’ glorja.

Dak li qegħdin niċċelebraw llum, din il-festa antika li taf l-oriġini tagħha mill-preżenza ta’ Elena f’Ġerusalemm fis-seklu 4, imbagħad fit-tentattivi li terġa’ tinstab ir-relikwa tas-salib fit-8 seklu, meta reġgħet intilfet fid-disa’ seklu, huma fatti storiċi imma jesprimu wkoll fidi li tibqa’ għal dejjem… Kompli aqra »

Il-Mulej jgħallimna: aħfer mhux ħafna drabi imma aħfer dejjem – L-Arċisqof

Quddiesa fl-24 Ħadd matul is-sena u fil-55 anniversarju mit-twaqqif tad-Dar tal-Providenza

  Il-Kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù ried jgħallimna lezzjoni importanti ħafna. Pietru jistaqsih jekk hux se jaħfer lil ħutu li naqsuh ħafna drabi, għax seba’ darbiet tfisser ħafna drabi. Ġesù jagħtih numru li jfisser dejjem. Il-Mulej qed jgħallimna: aħfer mhux ħafna drabi, aħfer dejjem.

Hu jagħtina din l-istorja ta’ wieħed li meta spiċċa biex jagħmel il-kontijiet mas-siniur, is-sinjur sab li kellu jagħti għaxart elef talent… Kompli aqra »

Ħobb lill-għadu tiegħek billi taħfirlu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu ngħidu li dan il-kliem ta’ Ġesù li nsibuh anke fl-Evanġelju ta’ San Mattew – din is-silta hija meħuda mill-kapitlu 6 ta’ San Luqa – dan il-kliem forsi huwa wieħed mill-iżjed kliem iebes ta’ Ġesù, iebes fis-sens li huwa kliem ta’ sfida kbira u ħafna drabi bil-loġika tad-dinja ma jagħmel assolutament l-ebda sens.

Jekk ikollna nifhmu xi jrid jgħid Ġesù, hemm kelma waħda li nħoss tfisser kollox: il-kelma ħniena… Kompli aqra »

L-Omm tat-tama – L‑Arċisqof

Quddiesa fil-festa tat-Twelid tal-Verġni Marija

  Il-Kolleġġjata ta' Marija Bambina, in-Naxxar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Nistgħu nimmaġinaw il-ferħ ta’ din il-koppja li titweldilha tarbija. It-tradizzjoni tgħidilna li kienu Anna u Ġwakkin u li semmew it-tifla tagħhom, dik li aħna nħobbu, inqimu u nivveneraw bħala “il-Bambina”, semmew din il-bambina Marija, Marjam jew Mirjam. Nixtieq nislet riflessjoni qasira dwar l-ismijiet għeżież tal-ġenituri tal-Bambina u tal-Bambina nnifisha. għaliex illum kulħadd bil-maskra jew bil-visor u l-karità tfisser ukoll li m’għandix indum… Kompli aqra »

L-ikbar providenza – L‑Arċisqof

Quddiesa tat-22 Ħadd matul is-sena

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ma nafx jekk tiftakrux li meta Kajjin qatel lil ħuh Abel, fl-istorja li għandna fl-ewwel ktieb tal-Bibbja, il-Ġenesi, Alla jmur ifittex lil Abel u lil ħuh Kajjin jgħidlu: “Fejn hu ħuk?” U Kajjin jgħidlu: “Mela jiena se noqgħod nieħu ħsieb ħija?” (ara Ġen 4:9).

Din hija traġedja li l-Mulej, fl-Evanġelju tal-lum u fil-Kelma ta’ Alla li smajna, jixtieqna nevitaw: li meta naħsbu f’ħutna u f’xulxin l-ewwel ħsieb li jiġina: ‘U x’jimpurtani? … Kompli aqra »

L-istedina tal-Mulej mhix biss li nafdaw fih imma li nkunu xhieda tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa fil-140 anniversarju mit-twaqqif tal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù

  L-Iskola St Francis, l-Imsida

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

140 sena ilu l-Isqof ta’ Għawdex Pietru Pace rrikonoxxa li grupp ta’ tfajliet, li bħala missier spiritwali kellhom lil Dun Ġużepp Diacono, imma bħala figura femminili li tispirahom kellhom il-Madre Margerita Debrincat, grupp ta’ tfajliet semgħu l-leħen ta’ Ġesù, “telqu kollox u marru warajh” (Lq 5:11). Din l-espressjoni hija l-konklużjoni tal-Evanġelju li għadna kemm smajna llum.

X’ġara f’dik l-għadira li hija baħar? … Kompli aqra »

Ma naqtgħux qalbna mill-ħniena ta’ Alla – L‑Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Girgor il-Kbir

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Hija providenzjali li fil-festa tal-Papa qaddis, San Girgor il-Kbir, nisimgħu Evanġelju fejn ifakkarna f’waħda mill-ewwel laqgħat ta’ Xmun Pietru mal-imgħallem, ma’ Ġesù. Huwa l-mument meta Pietru jiskopri li dan ir-rabbi, dan l-imgħallem, għandu qawwa u setgħa anke fuq il-ħlejjaq. Kif jgħid hu stess, bħala sajjied għamel lejl jitħabat biex jaqbad il-ħut (ara Lq 5:5) imma għall-kelma tal-imgħallem żewġ dgħajjes imtlew bil-ħut u kienu għodhom se jegħrqu… Kompli aqra »

Nagħmlu eżami tal-kuxjenza fuq il-ħarsien tal-ħolqien – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Jum Dinji ta’ Talb għall-Kura tal-Ħolqien

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“X’għandna x’naqsmu Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jiena naf min int; il-qaddis ta’ Alla” (Lq 4:34). Ġesù ma jilqax l-għarfien tax-Xitan. Ix-Xitan jagħraf min hu Ġesù. Ix-Xitan huwa anġlu li huwa spirtu b’għerf straordinarju u li fis-suppervja tiegħu jirvella kontra Alla. Imma d-don mogħti minn Alla fil-ħolqien tal-anġli, ma jitteħidx u bl-għarfien sħiħ li għandhom, jagħrfu wkoll min hu Ġesù ta’ Nazaret… Kompli aqra »

Jekk titlef sold għax inti onest, qed terfa’ salibek – L-Arċisqof

It-22 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-ġimgħa li għaddiet smajna lil Ġesù jsejjaħ lil Pietru ‘blata’, il-blata tal-fidi ta’ Pietru li Ġesù jibni fuqha l-Knisja tiegħu. Illum Ġesù jsejjaħlu tfixkil u juża’ l-kelma skandlu. Il-filmat bħalissa qed iġibilna blata li fuqha mibnija dil-knisja ta’ Santa Marija Maddalena imma wkoll qed iġibilna blata fil-ħamrija li fil-passaġġ tista’ tfixklek u li bil-Grieg insejħulha scandalon, skandlu.

X’ġara? … Kompli aqra »

Il-parir tal-Arċisqof: Ħu ħsieb tiegħek innifsek, lill-oħrajn u l-ħolqien

Quddiesa fit-tifkira ta' Santa Monika, patruna tan-nisa miżżewġa u tal-ommijiet

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ishru mela” (Mt 24:42). Jien naħseb li Ġesù jagħmel dawn iż-żewġ tixbihat, waħda pożittiva u -oħra negattiva, biex jispjegalna li l-ħajja tagħna m’għandniex neħduha wisq alla leggera. Ħa nispjega lili nnifsi. Donnu mhu se tispiċċa qatt, donnu qatt mhu se nagħti kont ta’ ħajti.

Il-ħajja hija prezzjuża, il-ħajja sabiħa. Jekk trid tgħixha sew, għexha ta’ nies, għexha bl-imħabba… Kompli aqra »