Il-Kelma tal-Arċisqof

L-edukazzjoni tgħinna nitnaddfu mill-għanqbut tal-injoranza u mit-tartru tal-preġudizzji – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Ġużepp Calasanz, il-patrun tal-iskejjel Kattoliċi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif smajtu fil-bidu tal-quddiesa, is-saċerdot li qara l-Evanġelju llum huwa Dun David Borg minn Ħaż-Żabbar, li bħalissa qiegħed jagħmel is-servizz tiegħu saċerdotali fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Dun David huwa wkoll artist bravu u jalla jkompli dan it-talent ukoll fil-ħajja saċerdotali tiegħu. Nitolbu għalih, li huwa saċerdot novell, wieħed mill-10 saċerdoti ġodda li bihom berikna l-Mulej. Nawgurawlu ħafna.

Ġesù llum jagħtina tliet kelmiet li għalih huma l-iżjed valuri importanti… Kompli aqra »

Il-bieb tal-fejqan li San Publiju fetaħ għall-Maltin – L-Arċisqof

Quddiesa tal-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ San Publiju f’ċirkustanzi partikolari. Aħna ma nistgħux ma nitolbux l-interċessjoni ta’ dan il-prinċep tal-gżira, il-protos tagħna, li l-Mulej għażlu biex juri min aħna tassew.

Fil-qalb ta’ Publiju aħna nitolbu li naraw il-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Imma l-qalb ta’ Publiju x’kienet? Il-qalb Maltija ta’ Publiju kienet il-qalb li meta tara l-proxxmu fil-bżonn tmidd l-id tal-imħabba, tal-għożża u tal-ħbiberija… Kompli aqra »

Min hu Ġesù għalik? – L-Arċisqof

Il-21 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jibda bi djalogu fejn jistaqsi lid-dixxipli tiegħu li qegħdin f’inħawi pagani, Ċesarija ta’ Filippu, lil hinn mill-folol, u jistaqsihom x’qed jgħidu fuqu n-nies.

“Min jgħidu n-nies li hu Bin il-Bniedem?” (Mt 16:13). It-tweġiba tad-dixxipli tindikalna li l-fama ta’ Ġesù kienet fama mhux biss ta’ qdusija imma ta’ awtorità. Semmewlu ’l Ġwann il-Battista, lil Elija, lil Ġeremija, wieħed mill-profeti (Mt 16:14)… Kompli aqra »

Nimxu fuq il-passi ta’ San Anard: Ngħinu u nilqgħu lil kull tip ta’ priġunier – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Anard

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Anard, Ħal Kirkop

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ta’ min  jistaqsi fil-festa tal-għażiż San Anard, jew San Leonardu, għaliex il-Knisja tissuġġerixxi l-Evanġelju li għadna kemm smajna. Pietru għadu kemm sema’ lil Ġesù jitkellem dwar id-diffikultà ta’ min jorbot qalbu mal-ħwejjeġ u l-għana ta’ din l-art li jidħol fis-saltna. Lil Ġesù jgħidlu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x’se jmissna?” (Mt 19:27). Ġesù ma jgħidlux kemm hu tost, imma  “Tassew ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida, meta Bin il-Bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqgħodu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-it-tribu ta’ Iżrael” (Mt 19:28)… Kompli aqra »

Il-munita tad-deheb li tana l-Mulej – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Piju X

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-motto li l-Papa San Piju X għażel għall-pontifkat tiegħu kien ispirat minn frażi tal-Appostlu Missierna San Pawl: “Inġeddu kollox fi Kristu” (instaurare omnia in Christo).

Fid-dawl tal-Evanġelju li għadna kemm smajna, u r-risposta ta’ Ġesù għal liema huwa l-ikbar kmandament fil-liġi, nifhmu li biex inġeddu kollox fi Kristu għandna direzzjoni waħda radikali u fondamentali, u din hija l-imħabba… Kompli aqra »

Ġesù mhux interessat li nkunu għonja fil-flus imma fl-imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Sant'Elena

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“L-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-saltna tas-smewwiet” (Mt 19:23).

Ħafna setet iwiegħdu lil min jidħol fihom li Ġesù għandu l-qawwa jfejjaq il-mard kollu tagħhom, jagħmilhom għonja u sinjuri u kollox se jkun jimxi ħarir, fuq ir-rubini, kif ngħidu. Ġesù, meta jgħallimna r-regola ta’ min irid jimxi warajh ma jwegħidniex la għana, la saħħa, la sbuħija, ma jwegħidniex il-frugħa ta’ din id-dinja… Kompli aqra »

Nitgħallmu mill-mara Kangħanija, ma naqtgħux qalbna u ninsistu ma’ Alla – L-Arċisqof

L-20 Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù jitlaq il-Galilija u l-Lhudija li huma t-territorju tal-poplu ta’ Iżrael u jerħilha lejn Tir u Sidon. Kienu żewġt ibliet fuq ix-xatt tal-Mediterran, iħarsu lejna jiġifieri, u kienu wkoll bliet prattikament pagani.

Ġesù jersaq lejn territorju li suppost huwa territorju ostili, li huwa territorju li m’għandux fidi fih, imma jersaq lejh. U toħroġ mara minn dawk l-inħawi, mara Kangħanija… Kompli aqra »

F’daż-żmien ejjew nduru lejn il-Madonna għas-saħħa tal-morda, imma anki għall-faraġ tal-imnikktin – L-Arċisqof

Quddiesa Pontifikali fis-solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Mtellgħa s-Sema, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jitgħaxxaq is-sultan bi ġmielek u int, għax hu sidek, agħtih qima” (S 44:12).

Is-salm 44 illum huwa applikat għall-mod kif iħares Alla lejn il-qaddejja tiegħu Marija ta’ Nazaret. Fil-providenza u l-ħniena kbira tiegħu mit-tnissil tagħha ħarisha mid-dnub oriġinali. Is-sbuħija ta’ din il-mara hija opra tal-ħniena u l-imħabba ta’ Alla. Ma’ din il-missjoni speċjali li l-anġlu Gabrijel iħabbrilha u li hi tilqa b’sens kbir ta’ ubbidjenza u ta’ disponibbiltà, il-Mulej ta wkoll qalb li tħobb ħafna… Kompli aqra »

Ir-rebħa tal-Madonna fuq il-mewt hi sinjal ta’ kemm l-imħabba tirbaħ dejjem – L-Arċisqof

Quddiesa Pontifikali fis-solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Mqaddsa Marija

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu […] Is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar […] Kull nisel jibda jsejjaħli hienja” (Lq 1:48.49).

Dawn il-kelmiet li qalithom Marija ta’ Nazaret, il-mamà ta’ Ġesù, qalithom f’kuntest ta’ qadi u ta’ mħabba. L-anġlu Gabrijel kien ħabbrilha l-għażla tagħha biex tkun omm l-Iben ta’ Alla u li kellha ssejjaħlu Ġesù, imma bħala sinjal ta’ dak li kien se jagħmel fiha u magħha biex hi temmen li għal Alla m’hemm xejn li ma setax isir, ingħatat is-sinjal tal-qariba tagħha Eliżabetta li kienet diġà tqila għal sitt xhur… Kompli aqra »

Il-ġid tal-umiltà u l-maħfra – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Ponzjanu u San Ippolitu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jinsisti diversi drabi fuq il-maħfra ta’ bejnietna u jagħmilha kważi kundizzjoni biex nidħlu fis-saltna. Il-parabbola li smajna tikkonkludi b’din it-tagħlima importanti ta’ Ġesù: “Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-smewwiet jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom” (Mt 18:35). Minn qalbkom, mhux taparsi, minn qalbkom!

Aħna nafu kemm hu diffiċli taħfer, forsi iżjed diffiċli tinsa milli taħfer… Kompli aqra »