Il-Kelma tal-Arċisqof

“Nibqgħu nilqgħu lit-tfal tagħna bħala rigal kbir” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' Santa Kjara, fundatriċi tal-Ordni tas-Sorijiet Klarissi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa ta’ pjaċir għalija li llum nintroduċi wieħed mill-għaxar saċerdoti l-ġodda tagħna, is-Salesjan Dun Damian Formosa, li għandu esperjenza ta’ missjunarju fil-Kenja. Bħalissa qiegħed hawn għaliex il-vjaġġi huma diffiċli ħafna. Insellmulu u nawgurawlu ħafna, u b’mod speċjali, permezz tiegħu, insellmu lill-familja mwaqqfa minn Don Bosco.

Ġesù llum isejjaħ tfajjel ċkejken u jqiegħdu f’nofs id-dixxipli tiegħu biex jgħallimhom min hu l-akbar fis-saltna tas-smewwiet… Kompli aqra »

Afda fih u l-Mulej jgħinek – L-Arċisqof

Quddiesa fid-19-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Xi tfisser li timxi fuq il-baħar? Nafu li għalina l-bnedmin dil-ħaġa mhix possibbli. Sa mill-eqdem żminijiet ivvintajna mezzi kif nistgħu naqsmu l-baħar. Illum bil-hovercrafts tista’ wkoll tagħmel cushion ta’ arja li qisha qed timxi fuq il-baħar. Imma l-bniedem li jimxi fuq il-baħar jifhem li hi xi ħaġa lil hinn minnu. Hu Alla biss li jista’ jimxi fuq il-baħar. Imma xi tfisser? … Kompli aqra »

San Duminku ġġieled għall-fidi tal-uniċità tal-persuna umana – L-Arċisqof

Quddiesa fil-festa liturġika ta’ San Duminku fit-tmien ċentinarju minn mewtu

  Il-Bażilika Minuri tal-Madonna ta' Portu Salvu u San Duminku, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Dawl jiddi fid-dlam” (Ġw 1:5). Meta naħseb f’San Duminku b’mod speċjali aħna u nibdew b’mod solenni llum s-sena li twassalna fis-6 ta’ Awwissu tal 2021 biex niċċelebraw b’ferħ kbir it-800 sena mill-mewt tiegħu, meta naħseb f’San Duminku faċilment jiġuni dawn il-kliem mill-ewwel kapitlu ta’ San Ġwann: “dawl jiddi fid-dlam”.

L-Evanġelista japplikahom għal Ġesù imma f’intuwizzjoni feliċi li kellha Santa Katerina ta’ Siena fid-djalogu mal-Missier, irrakuntat li l-Missier indika lil Duminku bħala xebh straordinarju addirittura fil-fattizzi tiegħu mal-Iben ta’ Alla magħmul bniedem… Kompli aqra »

“It-tabib ta’ ruħna” – L-Arċisqof fil-festa tas-Salvatur

Quddiesa fil-festa tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tas-Salvatur, Ħal Lija

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: ‘Qumu, la tibżgħux’” (Mt 17:7).

Din is-silta minn kapitlu 17 tal-Evanġelju ta’ San Mattew, għalina n-nies ta’ Ħal Lija hija għażiża ħafna għaliex hija s-sinsla tal-antifona tas-Salvatur. Aħna nafuha bil-Latin: “et accessit Iesus et tetigit eos dixitque eis surgite et nolite timere” (“Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: ‘qumu la tibżgħux’”)… Kompli aqra »

“Infakkru lir-ragħajja li ġew qabilna” – Quddiesa b’suffraġju għal ruħ l-ewwel isqof Malti

Quddiesa b'suffraġju għal ruħ l-Isqof Baldassare Cagliares

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

It-Tlieta 4 ta’ Awwissu 2020, l-Arċisqof Charles Jude Scicluna ċċelebra quddiesa fil-Palazz tal-Arċisqof, fil-Belt Valletta, b’suffraġju għal ruħ l-Isqof Baldassare Cagliares, l-ewwel isqof Malti. Din hija l-ewwel darba li l-Arċisqof Scicluna ċċelebra quddiesa mill-Palazz.

Minn riċerka li saret irriżulta li l-Isqof Baldassare Cagliares, li bena dan il-palazz, kien ħalla fil-wirt li kull meta ssir quddies fl-Oratorju ta’ San Ġużepp (li jinsab fil-palazz stess) niftakru fih fit-talb tagħna… Kompli aqra »

Ġenerożità mhux biss bejnietna imma ma’ kulħadd inkluż il-barranin anke f’dan il-mument ta’ sfida – L-Arċisqof

It-18-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

  Il-Kappella ta' Santa Marija Maddalena, Ħad-Dingli

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju tal-lum jibda b’mument partikolari ħafna fil-ħajja ta’ Ġesù. Għalkemm l-Evanġelju stess ma jagħtiniex dettalji imma jibda b’dan il-kuntest verament partikolari. Ġesù jisma’ bl-aħbar tal-mewt ta’ Ġwanni l-Battista, dak li kien indikah bħala l-ħaruf ta’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja, dak li kien preżenti fil-magħmudija tiegħu, dak li wrieh lid-dinja.

Anke f’kuntest ta’ vjolenza għaliex qatlulu ħabib kbir, il-Mulej jibqa’ jħobb, jibqa’ juri sentimenti ta’ ħniena, ta’ kompassjoni… Kompli aqra »

“Mill-ikel materjali l-Mulej jagħtina ikel spiritwali” – L‑Arċisqof

Quddiesa fil-festa ta' San Pietru fil-Ktajjen u l-konsagrazzjoni tal-artal il-ġdid

  Knisja Parrokkjali ta' San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Inti Pietru u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi” (Mt 16:18). Santu Wistin jgħid li l-blata hija l-fidi li jistqarr Pietru. Hija l-fidi li llum ġabritna hawn u nikkonsagraw dan il-blat antik u sabiħ li aħna nsejħulu rħam, biex isir l-artal li fuqu noffru s-sagrifiċċju.

Fil-bidu, il-Knisja fakkritna li aħna wkoll imsejħin inkunu artal li fuqu jsir it-talb u s-sagrifiċċju lil Alla… Kompli aqra »

“Niġbdu ħabel wieħed” – L‑Arċisqof

Quddiesa ta' radd il-ħajr lil Alla għall-frontliners fil-qasam tas-saħħa

  Il-Bażilika Minuri ta' Kristu Re, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fid-dawl tal-Evanġelju li għadna kemm smajna (Lq 5:17-26) u li qara Fr Bertrand Vella, wieħed miċ-Chaplains ta’ Mater Dei, nixtieq noffri tliet riflessjonijiet.

Dan ir-rakkont insibuh fi tliet Evanġelji minn erba’ u għalhekk jurina kemm hu mument importanti fil-ħajja ta Ġesù. Kellhom ikunu żgħażagħ biex jitilgħu minn fuq il-bejt u jgħaddu wieħed minn sħabhom mifluġ mix-xorok! L-insistenza tagħhom wasslet lil seħibhom għall-fejqan… Kompli aqra »

“Grazzi talli ġibtu lura l-ideal missjunarju fuq l-aġenda tal-Knisja f’Malta” – L‑Arċisqof

Quddiesa bl-inkardinazzjoni ta' żewġ saċerdoti mill-ICPE Mission

  Il-Kappella fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù

Homily by Archbishop Charles Jude Scicluna

“Follow me,” these were the first words Simon, Son of Jonah, heard on the Sea of Galilee when Jesus called him. He was with his brother Andrew. These are also the last words which Jesus addresses to Peter towards the end of the Gospel of John. There is another passage where Peter is curious about what is going to happen to John and Jesus snubs him and says: “It is not your business… Kompli aqra »

“Ġesù tħallinix ninfired minnek” – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hu Ġesù stess li jispjega l-parabbola tas-sikrana u tal-qamħ u jgħid li Bin il-Bniedem jiżra’ l-qamħ u x-xitan jiżra’ s-sikrana. Jgħid ukoll li ż-żerriegħa t-tajba huma “wlied is-saltna” u s”-sikrana huma wlied il-ħażin”.

Wieħed jifhem mill-lewwel li din l-għażla ma tiġix mit-twelid. Ħadd ma jitwieled tajjeb u ħadd ma jitwieled ħażin. Kulma ħalaq Alla huwa tajjeb. Bl-għażliet tagħna mbagħad nagħżlu wkoll ulied min inkunu… Kompli aqra »