Il-Kelma tal-Arċisqof

Xhieda ta’ Ġesù sal-aħħar qatra demm – L-Arċisqof

Quddiesa offruta sabiex nilqgħu lill-barrani għaliex b'hekk inkunu qed nilqgħu lil Ġesù

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jagħti missjoni straordinarja lill-appostli tiegħu u permezz tagħhom jagħtiha lid-dixxipli kollha tiegħu. Hu jibgħathom ixandru s-saltna tas-smewwiet, ifejqu, iqajmu mill-mewt, ikeċċu x-xjaten, ifejqu l-lebbrużi. Jagħtihom qawwa straordinarja ta’ fejqan.

Imma wkoll javżahom li m’għandhomx jibbażaw il-fiduċja tagħhom fuq il-flus jew il-poter tad-dinja imma jgħallimhom ukoll li “l-ħaddiem ħaqqu ħobżu”. Huma se jingħataw għas-saltna u l-Mulej se jipprovdilhom permezz tal-komunitajiet li jilqgħuhom… Kompli aqra »

Ir-ragħaj mibgħut biex ixandar il-Kelma u biex ikun il-ħarsa u l-id tal-Mulej li tfejjaq – L-Arċisqof

Quddiesa offruta biex il-Mulej ikompli jsejjaħ aktar żgħażagħ għall-vokazzjonijiet saċedortali u reliġjużi

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kemm hi ħaġa sabiha li b’ferħ kbir inkun nista’ nintroduċi lilkom, għeżież membri tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex, dawn l-10 presbiteri ġodda, dawn l-għaxart irġiel li fid-29 ta’ Ġunju jiena kelli x-xorti nordna saċerdoti. U ħaġa sabiħa li bdejna propju bl-introduzzjoni tal-ewwel wieħed minnhomn waqt li nisimgħu l-Kelma ta’ Ġesù: “Itolbu lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu” (Mt 9:38). 

Dan il-mument fl-Evanġelju ta’ San Mattew jurina wkoll Ġesù kemm iħoss għall-poplu tiegħu… Kompli aqra »

Ma’ Ġesù, dak li hu madmad isir ħelu, dak li hu toqol isir ħafif – L-Arċisqof

Quddiesa fl-14-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa ta’ unur kbir għalija li nqaddes mill-Katidral, mill-knisja tal-isqof, u li miegħi għandi lil Mons. Vinċenz Deguara jikkonċelebra. Kien il-kappilan, niftakar meta kont ċkejken, fil-parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi.

Ġesù jfaħħar lill-Missier talli għażel liċ-ċkejknin (mhux kwistjoni ta’ tul) u jgħid il-ħwejjeġ ma jgħidilniex eżatt x’inhuma, imma nifhmu li huwa l-għerf veru tas-sema “Ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen” dawk li għandhom ħafna ittri wara isimhom b’xi mod, “urejthom liċ-ċkejknin” (Mt 11:25)… Kompli aqra »

Tibżgħux mill-imħabba għax mingħajrha ħajjitna ssir wied niexef – L-Arċisqof lis-saċerdoti novelli

Quddiesa ta' Radd il-Ħajr lil Alla għas-saċerdoti novelli

  Is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

It-talba tiegħi għalikom hija li tkunu dan l-inbid ġdid għall-Knisja u li l-qalb tagħkom tkun damiġġjana mġedda. Ftakru li għandkom teżor u li qegħdin iġġorruh f’ġarar tal-fuħħar (2 Kor 4:7). It-teżor huwa s-saċerdozju li mhuwiex għalina imma għall-poplu. Mhuwiex sellum biex nitla’ imma pjuttost salib.

F’waħda mill-omeliji sbieħ tiegħu Papa Benedittu XVI uża din l-immaġini li dejjem tolqotni… Kompli aqra »

Mons. Arthur Said Pullicino: saċerdot li baqa’ jaħdem sal-aħħar b’lealtà – L-Arċisqof

Quddiesa b’suffraġju għal Mons. Arthur Said Pullicino

  Il-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris, Tas Sliema

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din it-talba tagħna l-Mulej jaqlagħha, il-Mulej jagħti lil Mons. Arthur il-mistrieħ ta’ dejjem, mistrieħ mistħoqq ikolli ngħid u ngħidha b’konvinzjoni. Għax saċerdot li baqa’ jaħdem sal-aħħar b’lealtà, lealtà li wieħed ma jistax ma japprezzax għaliex intom ilkoll tafuh lil Mons. Arthur bħalma kelli x-xorti nafu jien, u l-lealtà tiegħu kienet lealtà li tkun taf fejn qiegħed miegħu. Dik hija lealtà rari, ma kienx devot tal-mantikilja, joqgħod jidlek, imma l-kelma tiegħu kienet ċara… Kompli aqra »

Malli jaħfirlek dnubietek Alla jidħol fl-istorja ta’ ħajtek u jittrasformaha – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għal dawk li jeħtieġu l-fejqan tar-ruħ u l-ġisem biex jersqu lejn Ġesù li hu sid il-ħajja

  Il-Kappella tal-Madonna tal-Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Agħmel il-qalb, ibni, dnubietek maħfura” (Mt 9:2). Kemm huma kliem tassew sbieħ dan li jgħid Ġesù lil dan ir-raġel mifluġ li ġie ppreżentat quddiemu mixħut fuq friex imwassal hemmhekk minn sħabu. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù jgħidlu: “Agħmel il-qalb, ibni, dnubietek maħfura”.

Min jaf kemm saċerdoti ltqajna u kellna x-xorti nisimgħu dan il-kliem għażiż ta’ Ġesù li jintqal lilna mis-saċerdot hu u jaħfrilna dnubietna… Kompli aqra »

L-Arċisqof lis-saċerdoti l-ġodda: B’dan iż-żejt nibagħtukom fid-dinja biex tkunu l-idejn ta’ Ġesù li jħaddan l-umanità miegħu

Quddiesa tal-ordinazzjoni presbiterali fis-Solennità ta' San Pietru u San Pawl

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom min tgħidu li jien?” (Mt 16:15). Ġesù llum, għeżież kandidati għall-presbiterat, magħżula mill-Knisja, approvati mill-poplu ta’ Alla, illum Ġesù qiegħed jistaqsikom din il-mistoqsija: “Intom min tgħidu li jien?” Ma jinterassahx x’jaħseb ħaddieħor, illum jinteressah ħafna inti, inti kif tħares lejh, hu li fuqek tefa’ ħarsa ta’ ħniena għaliex waqt li qiegħed isejjaħlek ħenn għalik, waqt li qiegħed jagħżlek refgħek mill-jasar tad-dnub tiegħek… Kompli aqra »

Inġeddu l-wegħdiet saċerdotali bl-għajnuna u l-ħniena tal-Mulej li tiddi mill-ħarsa kollha mħabba tiegħu – L-Arċisqof

Quddiesa tat‑tberik taż‑żjut bit‑tiġdid tal‑wegħdiet saċerdotali fis-Solennità ta' San Pietru u San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-ħarsa ta’ Ġesù li tinfed il-qalb! Aħna u naqraw dawn is-siltiet fis-solennità tal-appostli Pietru u Pawlu, niltaqgħu mal-ħarsa ta’ Ġesù, dik il-ħarsa li ltaqa’ magħha Xmun Bin Ġwanni fix-xatt tal-għadira ta’ Tiberijade. Kien qiegħed fuq id-dagħjsa ma’ ħuh Indrì u sema’ l-mastrudaxxa ta’ Nazaret jgħidlu dawn il-kelmiet: “Ejja warajja” (Ġw 1:39). Ma’ dawk il-kelmiet kien hemm ħarsa li tinfed il-qalb, ħarsa li taf u għax taf, tagħder u għax tagħder, tħobb… Kompli aqra »

Ġesù qed javżana biex inħobbuh u nħallu f’idejh – L-Arċisqof

Quddiesa fit-13-il Ħadd matul is-Sena

  Il-Knisja Arċipretali Kolleġġjata ta’ San Pawl, ir-Rabat

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’din is-silta mill-kapitlu 10 tal-Evanġelju skont San Mattew, Ġesù jagħtina kliem li fil-widnejn tagħna jista’ jinstema’ pjuttost iebes meta Ġesù jippreżentalna l-imħabbiet l-iżjed qawwija tagħna: l-imħabba lejn il-missier u l-omm, l-imħabba lejn l-ulied u jgħidilna li l-imħabba lejh tpoġġi kollox f’dawl ġdid.

Mhux bilfors niċħdu lil ommna u ’l missierna jew il-ġenituri jiċħdu lil uliedhom. U għalina tiġi d-domanda: imma Ġesù għalfejn qiegħed jgħidu dan id-diskors? … Kompli aqra »

Id-djakonat mhux tarġa oħra għas-saċerdozju; hu stil ta’ ħajja – L-Arċisqof

Mumenti mill-Ordinazzjonali Djakonali 2020

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Katerina, iż-Żejtun

Mumenti mill-Ordinazzjoni Djakonali 2020

Mumenti mill-Ordinazzjoni Djakonali 2020Joshua Cortis, Roderick Baldacchino, Jean-Claude Schembri, Mark Scicluna

Posted by Archdiocese of Malta on Saturday, June 27, 2020 L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Tgħidx, ‘għadni żgħir’.” “Inti tmur kull fejn nibgħatek u tgħid kulma nordnalek” (Ġer 1:6-7). F’din l-espressjoni li l-Mulej jgħid lill-profeta Ġeremija hemm miġbur fi ftit kliem il-ministeru tad-Djakonat li intom, għeżież, se tilqgħu minn Alla permezz tal-Knisja tiegħu: “Tmur u tgħid”… Kompli aqra »