Ippromwovi l-ispirtu tal-familja mqaddsa fil-missjoni tiegħek – L-Arċisqof
30/12/2023 Il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Marija, Ħal GħaxaqL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Għażiż Dun Anton, inti u tibda din il-missjoni, bħala ragħaj f’din il-parroċċa, nawguralek li bħal Xmun, dan ir-raġel ġust u tajjeb, ikollok fuqek il-faraġ tal-Ispirtu Qaddis tal-Mulej. Hekk jgħidilna l-Evanġelju ta’ San Luqa: “F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu” (Lq 2:25). F’din is-silta li għadna kemm smajna, jissemma kemm-il darba l-Ispirtu qaddis tal-Mulej… Kompli aqra »