Il-Papa Franġisku dwar l-Ukrajna fl-Angelus: F’isem Alla, nitlobkom: waqqfu dal-massakru!
13/03/2022 Il-VatikanGħeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
L-Evanġelju ta’ dat-tieni Ħadd tar-Randan jirrakkuntalna t-Trasfigurazzjoni ta’ Ġesù (ara Lq 9: 28-36). Waqt li Hu kien jitlob fuq muntanja għolja, jibdel surtu, ilbiesu jsiru bojod silġ u jleqqu, u fid-dawl tal-glorja tiegħu jidhru Mosè u Elija, li jitkellmu miegħu dwar l-Għid li kien hemm jistennieh f’Ġerusalemm, jiġifieri l-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu.
Ix-xhieda ta’ din il-ġrajja straordinarja huma l-appostli Pietru, Ġwanni u Ġakbu, li telgħu fuq l-għolja flimkien ma’ Ġesù. Aħna nistħajluhom b’għajnejhom miftuħin beraħ quddiem dal-ispettaklu uniku. U żgur li hekk ġara… Kompli aqra »
