Il-Papa fl-Anġelus: Min hu Ġesù għalija?
27/08/2023 Pjazza San Pietru, il-VatikanGħeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!
Illum fl-Evanġelju (cfr Mt 16,13-20) Ġesù jsaqsi lid-dixxipli – mistoqsija sabiħa: “Min jgħidu n-nies li hu Bin il-Bniedem?” (v. 13).
Mistoqsija li nistgħu nagħmluha tagħna wkoll: xi jgħidu n-nies dwar Ġesù? Ġeneralment ħwejjeġ sbieħ: ħafna jarawh bħala mgħallem kbir, bħala persuna speċjali: twajba, ġusta, koerenti, kuraġġuża… Imma dan biżżejjed biex nifhmu min hu, u, fuq kollox, dan biżżejjed għal Ġesù? Jidher li le. Kieku Hu kien biss persunaġġ tal-imgħoddi – kif għan-nies ta’ żmienu kienu l-figuri kkwotati fl-istess Evanġelju, Ġwanni l-Battista, Mosè, Elija u l-profeti l-kbar – kien ikun biss tifkira sabiħa ta’ żmien li għadda. Imma dan għal Ġesù ma jgħoddx. Għalhekk, minnufih il-Mulej, lid-dixxipli jagħmlilhom il-mistoqsija deċisiva: “Imma intom, min tgħidu li jien?” (v… Kompli aqra »