Il-missjoni bla heda biex nistiednu lill-oħrajn għall-ikla tal-Mulej – Il-Papa
Messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja 2024
18/10/2024Morru … stiednu għall-festa lil kull min issibu (ara Mt 22:9)
Għeżież ħuti!
It-tema li għażilt għall-Ġurnata Missjunarja Dinjija ta’ din is-sena hija meħuda mill-parabbola tal-festa tat-tieġ li nsibu fl-Evanġelju (ara Mt 22:1-14). Wara li l-mistiedna rrifjutaw l-istedina tiegħu, is-sultan, il-karattru prinċipali tal-istorja, jgħid lill-qaddejja tiegħu: “Mela morru fit-toroq, u stiednu għall-festa lil kull min issibu” (v… Kompli aqra »