L-Aħbarijiet

Il-Papa Franġisku sejjer jara x-xita ta’ ward f’Santa Maria Maggiore

Ritratt: Vatican News

Il-Papa Franġisku se jattendi għaċ-ċerimonja tat-tfigħ tal-petali tal-ward abjad fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore fil-5 ta’ Awwissu.

Kull sena f’dik il-ġurnata l-Knisja Kattolika tiċċelebra lil “Sidtna Marija tas-Silġ”, devozzjoni Marjana marbuta ma’ din il-Bażilika li ilha ġejja mis-snin bikrin tal-Knisja.

Il-Papa se jieħu sehem fl-Għasar li jibda fil-5.30pm u jkun preżenti għat-tifkira tal-“Miraklu tas-Silġ”.

Mirakolużament, fis-seklu 4, fl-eqqel tas-sajf Ruman, fil-5 ta’ Awwissu kienet għamlet xita ta’ borra u silġ fuq l-Għolja Eskwilina, il-post futur tal-bażilika… Kompli aqra »

€466,688 miġbura mill-BOV Volleyball Marathon brisq id-Dar tal-Providenza

Ritratt: Bernard Cachia

It‑53 siegħa tal‑BOV Volleyball Marathon intlaħqu f’nofsillejl tal‑Ħadd imma mhux qabel ma nġabret is‑somma ta’ €466,688 .

40 plejer, li ffurmaw ħames timijiet, baqgħu jilagħbu mingħajr waqfien fi sħana qawwija. Uffiċjalment il-Maratona bdiet fis-sitta ta’ filgħaxiija tal-Ġimgha fil-preżenza tal-President ta’ Malta, Dr Myriam Spiteri Debono u baqgħet sejra minn dak il-ħin.

Fr Martin Micallef, Direttur tad‑Dar tal‑Providenza, irringrazzja lill‑poplu Malti u Għawdxi, li għal darba oħra wieġeb b’tant ġenerożità għas‑sejħa li saret biex jinġabru l‑fondi għad‑Dar, permezz tal‑Maratona tal‑Volleyball.  Grazzi wkoll lill‑plejers, lill‑volontiera, lill‑membri tal‑kumitat organizzattiv, l‑isponsors kollha, l‑istazzjonijet ewlenin tat‑televixin li xandru din il‑maratona, kantanti u bands,  lill‑pulizija u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu biex din il‑Maratona tkun suċċess. 

Il-Ħadd filgħodu, l-Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra quddiesa fil-kappella tad-Dar assistit minn Fr Martin u emfażizza fuq is-solidarjetà mad-Dar tal-Providenza matul il-BOV Volleyball Marathon għall-ġbir ta’ fondi tant meħtieġa. L-Arċisqof Scicluna rringrazzja lil Alla li d-Dar tal-Providenza dejjem kellha mexxejja tajba li kellhom sens kbir ta’ dak li sejjaħ caring leadership… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-kumpassjoni u l-mistrieħ jimxu id f’id

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb.

L-Evanġelju tal-Liturġija tal-lum (Mk 6,30-34), jirrakkonta li wara li ġew lura mill-missjoni, l-appostli jinġabru madwar Ġesù u jirrakkuntawlu dak li kienu għamlu; għalhekk Hu jgħidilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit” (v. 31). Però, in-nies jindunaw x’se jagħmlu u meta niżlu mid-dgħajsa, Ġesù jsib folla tistennih, tiġih ħniena minnhom u jibda jgħallimhom (ara v… Kompli aqra »

Tibda l‑BOV Volleyball Marathon b’risq id‑Dar tal‑Providenza

Il‑Ġimgħa 19 ta’ Lulju, l‑E.T. Dr Myriam Spiteri Debono, inawgurat uffiċjalment l‑14‑il edizzjoni tal‑BOV Volleyball Marathon b’risq id‑Dar tal‑Providenza. Erbgħin player, magħżula minn fost sebgħin applikant, bdew l‑isfida ta’ 53 siegħa ta’ logħob tal‑volleyball bla waqfien għal għan nobbli.

Fid‑diskors tiegħu ta’ merħba, Fr Martin Micallef filwaqt li sellem lill‑President ta’ Malta, fl‑ewwel żjara tagħha fid‑Dar tal‑Providenza, qal li l‑impenn tal‑plejers u l‑voluntiera jwassal messaġġ pożittiv għas‑soċjetà Maltija  tas‑sabiħ li tagħti… Kompli aqra »

Mill-Caritas sat-twaqqif tal-Fondazzjoni Nazaret f’daru: l-istorja ta’ Dun Anġ

Din is-sena Dun Anġ Seychell għalaq 91 sena u Newsbook Malta żaru biex jiskopri aktar dwaru u dwar il-ħidma tiegħu fi ħdan il-Caritas, id-Dar tal-Kleru u kif f’daru kien wasal biex fetaħ Fondazzjoni Nazareth għall-persuni b’diżabilità.

F’sodda mdawra minn mijiet kbar ta’ kotba, biswit l-uffiċju li kien juża f’daru fiż-Żejtun Dun Anġ kellimna dwar ħajtu u naturalment dwar xi jfissru għalih il-kotba li jħoss li huma dawn li jagħmluk nies… Kompli aqra »

“Ma dħaltx fil-ħajja reliġjuża biex inkun komda” – Sr Annie Catania

Ta’ 84 sena, Sister Annie Catania qed tkompli bil-ħidma tagħha qalb il-foqra u l-morda fil-Filippini. Ma’ Newsbook.com.mt qasmet uħud mill-esperjenzi tagħha filwaqt li tgħid li ħajjitha hija l-missjoni.

Minn mindu kienet żgħira, Sister Annie Catania kienet tiġbor għall-Missjoni. Meta daħlet fil-ħajja reliġjuża kompliet tiġbor u saħansitra għamlet madwar 20 sena fil-Moviment Missjunarju fejn għal żmien twil kienet il-President ta’ din l-għaqda li kienet impenjata biex jinġabar ikel u bżonnijiet li kienu jitwasslu fl-artijiet tal-missjoni, fosthom l-Eġittu, fejn Sister Annie u l-voluntiera kienu jaħdmu mal-lebbrużi… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Ħallu ż-żgħożija tagħkom tkun rigal għal Ġesù

  Asunción, il-Paragwaj

In a message to a gathering of youth ministers in Paraguay, Pope Francis calls on young faithful to let Christ transform them, and to live their youth “as a gift for Jesus” and the world.

“Let Christ transform your natural optimism into authentic love; a love that knows how to sacrifice, that is sincere, real and genuine, so that your youth will be a gift for Jesus and for the world and you will be able to spend your life in a worthy and fruitful way.”

This was the encouragement Pope Francis sent to the XXI Latam Meeting of Caribbean and Latin American national youth ministry leaders, gathered in Asunción, Paraguay, July 15-20… Kompli aqra »

Il-Papa jħeġġeġ lir-reliġjużi biex jitolbu għall-vokazzjonijiet

Pope Francis met Monday morning with members of six religious congregations – Minims, Clerics Regular Minor, Augustinian Sisters of Divine Love, Clerics of Saint Viator, Reparatrix Sisters of the Sacred Heart and Missionary Sisters of Saint Anthony Mary Claret – who are in Rome for General or Provincial Chapters.

At the beginning of the encounter, the Holy Father asked them how many novices they have – and warned them that, without “children,” their orders will die… Kompli aqra »

170km bir-rota minn Pozzallo sa Ortigia b’risq Caritas Malta

Caritas Malta bħalissa għaddejja bil-kampanja ta’ 3rd party events, fejn individwi, kumpaniji, jew gruppi, eċċ… javviċinaw lil Caritas b’xi attività li jkunu se jagħmlu u b’hekk jinġabru fondi b’risq din l-entità.

Dawn il-fondi jkunu ferm ta’ sostenn għall-ħidma ta’ Caritas Malta fejn minbarra s-servizzi bi djar terapewtiċi residenzjali kontra l-abbuż ta’ droga, Caritas Malta toffri servizzi psiko-soċjali miċ-ċentru fil-komunità, il-Ħamrun, (Caritas Community Centre), liema servizzi huma kollha mingħajr ħlas… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Titbegħedx mill-ferħ ta’ Kristu

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb.

Illum l-Evanġelju jgħidilna li Ġesù bagħat lid-dixxipli tiegħu għall-missjoni (ara Mk 6:7-13). Jibgħathom tnejn tnejn u jirrikmandalhom ħaġa importanti: biex jieħdu magħhom biss dak li hu neċessarju.

Nieqfu ftit fuq din ix-xena: id-dixxipli jintbagħtu flimkien u magħhom għandhom jieħdu biss dak li hu neċessarju.

L-Evanġelju ma nħabbruhx għal rasna, le: inħabbruh flimkien, bħala komunità u għalhekk hemm bżonn nagħrfu kif għandna nħarsu l-moderazzjoni: inkunu moderati fl-użu tal-affarijiet, naqsmu r-riżorsi mal-oħrajn, il-ħiliet u d-doni, u nirrinunzjaw għal kulma hu żejjed… Kompli aqra »