L-Aħbarijiet

Live: L-għeluq tal-inkjesti djoċesani ta’ Henry u Inez Casolani – 5 ta’ Lulju 2024, 6:15pm

  Il-Knisja ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta

L-Arċisqof Charles Scicluna jiċċelebra r‑rit kanoniku tal‑għeluq tal‑inkjesti djoċesani tal-qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani. Wara ssir quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla. Iċ-ċelebrazzjoni se ssir fil‑Knisja ta’ Santu Wistin fil‑Belt Valletta u tibda fis-6:15pm.

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd… Kompli aqra »

L-Isqfijiet jappellaw għall-paċi hekk kif kiber il-kunflitt fis-Sudan

The Catholic Bishops of Sudan and South Sudan (SCBC) are pleading for an end to the horrific war tearing apart Sudan.

“The fabric of Sudanese society has been torn apart, with people shocked, traumatised, and disbelieving about the level of violence and hatred.”

Yet, there appears to be no end in sight of the escalating conflict between the Sudanese Armed Forces (SAF) and the Rapid Support Forces (RSF)… Kompli aqra »

Carlo Acutis u 14-il beatu approvati għall-kanonizzazzjoni

The College of Cardinals gathered with Pope Francis on Monday morning in the Vatican’s Apostolic Palace for an Ordinary Public Consistory.

The Pope led the Cardinals residing in Rome in praying Mid-Morning Prayer of the Liturgy of the Hours before they proceeded to review the causes of canonization of several Blesseds.

Cardinal Marcelo Semeraro, Prefect of the Dicastery for the Causes of the Saints, presented a brief report—known in Latin as the Peroratio—on the lives and miracles of the 15 people under consideration, after which the Consistory voted and approved their canonization… Kompli aqra »

Il-kummissjonijiet tas-salvagwardja għandhom ikunu “meħtieġa bil-liġi”

Ritratt: Viktoria Nikolla

A safeguarding commission should be legally required in all situations where organisations provide services to minors and vulnerable adults to protect against and respond to potential abuses, according to the head of the Safeguarding Commission of the Church in Malta, Mark Pellicano.

Pellicano, a social worker who was appointed by Archbishop Charles Scicluna as the head of the Safeguarding Commission last year, made his case as he was being interviewed on the latest edition of Andrew Azzopardi on RTK103Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna għax-xahar ta’ Lulju

Matul ix‑xahar ta’ Lulju, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.

L‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l‑quddies f’dawn il‑ġranet:

It‑Tnejn 1 ta’ Lulju, fid‑9:30am, l‑Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon mill‑Knisja ta’ Ġieżu fil‑Belt Valletta, li tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u  Newsbook Malta… Kompli aqra »

Għeluq tal-inkjesti djoċesani għall-kawża tal-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

L-Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra l-għeluq tal-inkjesti djoċesani dwar il-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani, nhar il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju 2024, fil-Knisja ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta. Iċ-ċelebrazzjoni se tibda fis-6:15pm bir-rit kanoniku tal-għeluq tal-inkjesti u wara ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla li se jixxandru fuq Knisja.mt u Newsbook Malta. Henry u Inez Casolani huma mudell ta’ Qaddejja ta’ Alla fiż-żwieġ, fil-familja u fil-ħajja ta’ kuljum… Kompli aqra »

“Għall-ewwel darba fittxew aktar għajnuna għall-kannabis milli għall-eroina” – Caritas

  Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, Ħaż-Żebbuġ

Ritratt: Caritas Malta

“Għall-ewwel darba fittxew l-għajnuna aktar għall-kannabis milli għall-eroina” hekk stqarr id-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt meta kien qed jitkellem waqt il-gradwazzjoni bit-tema ‘35 sena ta’ sfidi u suċċessi’ li saret ilbieraħ fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas għal dawk il-persuni kollha li jkunu temmew b’suċċess xi programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga. F’din iċ-ċerimonja gradwaw disa’ persuni.

Waqt li rrifletta fuq is-suċċessi Gatt semma tliet sfidi kbar fosthom il-kannabis u l-kokaina… Kompli aqra »

Reġgħet waslet il-Maratona tal-Volleyball tal-BOV b’risq Id-Dar tal-Providenza

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Maratona tal-Volleyball tal-BOV b’risq id-Dar tal-Providenza, ġiet inawgurata uffiċjalment nhar l-Erbgħa waranofsinhar minn Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar, u Charles Azzopardi, kap tas-CSR tal-Bank of Valletta. Dan sar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-Iskola Sekondarja ta’ Pembroke fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara, fejn qed isiru t-taħriġ u l-preparamenti tal-players li se jieħdu sehem fil-maratona. Kull sena din il-maratona tal-volleyball issir biex jinġabru l-fondi meħtieġa għad-Dar… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Il-Mulej afda s-Saltna tiegħu f’idejn San Pietru

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Illum, solennità tal-Appostli Pietru u Pawlu, fl-Evanġelju Ġesù jgħid lil Xmun, li Hu stess kien tah l-isem ta’ Pietru: “Lilek nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet” (Mt 16,19). Din hi r-raġuni għala spiss lil San Pietru narawh b’żewġ imfietaħ kbar f’idejh, bħall-dik l-istatwa li tinsab hawn, f’dil-pjazza. Dawk l-imfietaħ jirrappreżentaw il-ministeru tal-awtorità li Ġesù afdalu f’idejh biex jaqdi lill-Knisja kollha… Kompli aqra »

Fondazzjoni Sebħ ittella’ s-‘SEBĦ Bazaar 2024’

Fondazzjoni Sebħ qed torganizza l-ewwel bażar fil-bini tagħha fil-Ħamrun fit-28, 29 u 30 ta’ Ġunju 2024.

Il-pubbliku huwa mistieden jappoġġja lil din l-entità li tgħin fis-servizzi edukattivi, residenzjali u kura. Il-voluntiera b’mod ġeneruż ġabru diversi oġġetti, fosthom ħwejjeġ, għamara u aktar li se jkunu għall-bejgħ biex isostnu l-ħidma ta’ Fondazzjoni Sebħ.

Fondazzjoni Sebħ ikkoordinat dan l-avveniment biex tqajjem kuxjenza, tiġbor il-fondi u tħeġġeġ lill-komunità biex tikkontribwixxi bl-għan li trawwem sens ta’ sigurtà u valur fit-tfal u l-familji… Kompli aqra »