L-Aħbarijiet

Stedina għal konversazzjonijiet dwar il-Knisja Maltija fis-soċjetà tal-lum

Bħala parti mill-proċess sinodali għal tiġdid ekkleżjali ‘Knisja Waħda, Vjaġġ Wieħed’, din is-sena hi ddedikata għal Knisja li Toħroġ.

Fl-aħħar Assemblea Djoċesana, li saret f’Novembru 2023, għadd ta’ temi ġew identifikati mill-parteċipanti bħala “spazji” u “ġrieħi”, fejn bħala Knisja aħna mistiedna li noħorġu f’Malta tal-lum biex noffru fejqan fl-ispirtu tal-ewwel evanġelizzatur, l-Appostlu San Pawl. Hu xandar l-aħbar it-tajba fostna permezz tal-fejqan tal-morda u l-barka tal-“ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2) tal-Maltin… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Għandna dmir morali li nwaqqfu l-produzzjoni u t-traffikar tad-droga

Katekeżi fl-okkażjoni tal-Jum Dinji kontra l-abbuż u t-traffikar illeċitu tad-droga

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi fl-okkażjoni tal-Jum Dinji kontra l-abbuż u t-traffikar illeċitu tad-droga

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum niċċelebraw il-Jum Dinji kontra l-abbuż u t-traffikar illeċitu tad-droga, imwaqqaf mill-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fl-1978. It-tema ta’ din is-sena hi Il-provi huma ċari: hemm bżonn ninvestu fil-prevenzjoni.

San Ġwanni Pawlu II afferma li “l-abbuż tad-droga jfaqqar kull komunità li fiha hu preżenti… Kompli aqra »

Is-CCEE tinawgura s-sede l-ġdida f’Ruma

After 53 years in Switzerland, beginning in Chur and then for the last 47 years in St. Gallen, the seat of the Council of European Bishops’ Conferences has been moved to via della Pigna 13, in Rome.

Blessing the new CCEE offices in the Maffei Marescotti palace was Card. Pietro Parolin, Vatican Secretary of State. With him were present Card. Robert Francis Prevost, Prefect of the Dicastery for Bishops, and H.E… Kompli aqra »

Ċerimonja tal-Kandidati fil-Qasam tal-MUSEUM f’Kuba

Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Ġunju 2024, Yojansys Rojo Gonzalez rċieva iċ-Ċerimonja tal-Kandidati fil-Qasam ta’ Sagua la Grande, Kuba.

Yojansys jaħdem bħala anestetista fl-Isptar Sagua la Grande. Huwa beda l-formazzjoni tiegħu fis-Soċjetà Museumina fl-2018.

Nitolbu għalih biex il-Mulej ikompli jixħet fuqu l-barkiet tiegħu. Kompli aqra »

L-Arċisqof f’Belgrad għall-Assemblea Plenarja tal-Konferenzi Episkopali Ewropej

L-Isfqijiet li attendew għall-Assemblea Plenarja tas-CCEE f’Novembru li għadda f’Malta

L‑Arċisqof Charles Scicluna llum ħalla Malta għal Belgrad, is‑Serbja, biex jieħu sehem fl‑Assemblea Plenarja tal‑Kunsill tal‑Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE). Għal din il‑laqgħa se jattendu isqfijiet minn madwar 40 pajjiż Ewropew. It‑tema ewlenija ta’ din l‑assemblea hi “Pellegrini tat‑tama. Lejn Knisja sinodali u missjunarja”.

F’Belgrad, l‑isqfijiet se jiddiskutu kif il‑Knisja fl‑Ewropa, bi preparazzjoni għall‑Ġublew tat‑Tama li se jiġi ċċelebrat is‑sena d‑dieħla, tista’ tkun sors ta’ tama… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Anġelus: Fost provi u ‘maltempati’, inżomm ma’ Kristu?

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-lum jippreżentalna lil Ġesù fuq id-dgħajsa flimkien mad-dixxipli fl-għadira ta’ Tiberijade. F’daqqa waħda tinqala’ tempesta kbira u d-dgħajsa tkun fil-periklu li tegħreq. Ġesù, li kien rieqed, qam, ordna lir-riħ biex jieqaf u kollox ikkalma (ara Mt 4: 35-41).

Imma fil-fatt Hu ma qamx, qajmuh! Kienu d-dixxipli maħkumin mill-biża’ li qajmuh. Lejliet filgħaxija kien Ġesù stess li qal lid-dixxipli biex jaqbdu d-dgħajjes u jaqsmu l-għadira… Kompli aqra »

Ġabra speċjali għall-karità tal-Papa Franġisku 2024

F’kull parroċċa f’Malta, nhar is-Sibt 29 u l-Ħadd 30 ta’ Ġunju se ssir ġabra speċjali sabiex tgħin lill-Papa Franġisku jkompli jgħin lill-persuni fil-bżonn f’kull rokna tad-dinja u jkompli jmexxi l-Knisja.

B’din il-ġabra nkunu qed nuru l-imħabba tagħna lejn il-Papa Franġisku u ngħinuh biex ikun jista’ jifrex dejjem aktar il-ħidmiet tiegħu ta’ Ragħaj tal-Knisja Universali permezz ta’ għotjiet ta’ karità mad-dinja kollha, ma’ ħutna l-aktar fil-bżonn, speċjalment ma’ dawk milqutin minn xi emerġenza, diżastru naturali jew gwerra. 

L-appell hu biex fil-ġabra nkunu ġenerużi u nuru l-għaqda tagħna mal-Papa Franġisku u l-gratitudni tagħna lejh għaż-żjara tiegħu fostna l-Maltin f’April li għadda… Kompli aqra »

Filmat: Is-Safeguarding Commission tal-Knisja f’Malta kkonkludiet 26 każ fl-2023

Tmien każijiet sostanzjati li nofshom seħħew aktar minn 10 snin ilu

  Il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Is‑Safeguarding Commission ikkonkludiet 26 każ fl‑2023, 18 minnhom jinvolvu minuri u tmienja jinvolvu adulti vulnerabbli, qal il‑Kap tal‑Kummissjoni Mark Pellicano.

F’konferenza tal‑aħbarijiet dwar il‑ħidma tas-Safeguarding Commission matul is‑sena li għaddiet, is‑Sur Pellicano qal li erbgħa mit‑18‑il każ li jikkonċernaw minuri kienu sostanzjati.

Tnejn minn dawn il‑każijiet kienu jinvolvu abbuż sesswali minn saċerdoti djoċesani. Wieħed mis‑saċerdoti ġie referut lill‑awtoritajiet ċivili. Il‑vittma tal‑każ l‑ieħor — li meta ġie referut il‑każ kienet diġà adulta — ma xtaqitx tipproċedi b’rapport tal‑pulizija minkejja l‑għajnuna offruta mill‑Kummissjoni biex tagħmel dan… Kompli aqra »

Il-Papa: ‘Ilqgħu, ħeġġu, integraw u imxu mar-refuġjati’

At his weekly General Audience, Pope Francis urges compassion for “all those who are forced to flee their homes in search of peace and security.”

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Ahead of the UN’s World Refugee Day, which will be celebrated on the 20th June, Pope Francis has called for called for better treatment for refugees.

Speaking at the end of his weekly General Audience, the Pope called for the World Day to be “an opportunity to turn an attentive and fraternal gaze to all those who are forced to flee their homes in search of peace and security.”

“We are all called to welcome, promote, accompany and integrate those who knock on our doors,” the Pope added… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Is-Salmi, ‘it-talb ta’ Ġesù,’ huma għal kull staġun

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Katekeżi. L-Ispirtu u l-Għarusa. L-Ispirtu s-Santu jmexxi l-poplu ta’ Alla għal-laqgħa ma’ Ġesù t-tama tagħna. 4. L-Ispirtu jgħallem lill-Għarusa titlob. Is-Salmi, sinfonija ta’ talb fil-Bibbja

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Bi tħejjija għall-Ġublew li jmiss, għamilt stedina biex niddedikaw is-sena 2024 “lil
‘sinfonija’ kbira ta’ talb”. Bil-katekeżi tal-lum irrid infakkar li l-Knisja għandha diġà
sinfonija ta’ talb li l-kompożitur tagħha hu l-Ispirtu s-Santu, u dan hu l-Ktieb tas-Salmi… Kompli aqra »