Ir-Randan: Żmien ta’ tiġdid tal-fidi, it-tama u l-imħabba
Il-Messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan 2021
12/02/2021Għeżież ħuti,
Huwa u jħabbar lid-dixxipli tiegħu l-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu, biex hekk isseħħ ir-rieda tal-Missier, Ġesù jurihom it-tifsira profonda tal-missjoni tiegħu u jsejħilhom biex jixxierku magħha, għas-salvazzjoni tad-dinja.
Aħna u nterrqu l-mixja tar-Randan, li twassalna għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid, ejjew niftakru f’Dak li “ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib” (Fil 2:8). F’dan iż-żmien ta’ konverżjoni ejjew inġeddu l-fidi tagħna, nixorbu mill-“ilma ħaj” tat-tama u nilqgħu b’qalbna miftuħa l-imħabba ta’ Alla li tibdilna f’aħwa fi Kristu… Kompli aqra »
