L-Aħbarijiet

Immaġina ‘l Ġesù jaqbdek minn idek u jerfgħek meta tkun f’diffikultà – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-festa tal-llum li tfakkar lil San Pietru u l-San Pawl tagħtina qari li wieħed jitkellem fuq San Pawl u l-ieħor jitkellem fuq San Pietru. L-ewwel qari li smajna llum hu għażiż ħafna għalina għax hu l-uniku qari matul is-sena fejn tissemma Malta. Aħna l-qari tal-10 ta’ Frar, ovvjament naqrawh kollu u nieħdu pjaċir nisimgħu li “meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta” (Atti 28:1)… Kompli aqra »

Jiltaqa’ l-Kapitlu Provinċjali tal-Karmelitani

Il-Kapitlu Provinċjali tal-patrijiet Karmelitani ltaqa’ nhar it-Tnejn 15 ta’ Novembru 2021, biex jaħtar il-Provinċjal, kif ukoll jagħmel evalwazzjoni tat-tliet snin li għaddew, u programmazzjoni tad-direzzjoni li jixtieq jieħu matul it-tliet snin li ġejjin. Il-Kapitlu qed jiltaqa’ taħt il-presidenza ta’ Patri Conrad Mutizamhepo, Delegat tal-Pirjol Ġenerali tal-Ordni P. Míċéal O’Neill, assistit minn Patri Richard Byrne, Kunsillier Ġenerali għall-Ewropa. Il-Kapitlu Provinċjali hu l-ogħla awtorità fost il-Karmelitani Maltin u jsir kull tliet snin… Kompli aqra »

Il-Kunvent ta’ Santu Wistin jinbidel f’Ċentru ta’ Interpretazzjoni tal-Komunità

  Il-Kunvent ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta

Ritratt: DOI – Kian Bugeja

Il-Kunvent ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta se jinbidel f’Ċentru ta’ Interpretazzjoni tal-Komunità. Il-proġett ta’ restawr f’dan il-kunvent wasal fl-aħħar fażi tiegħu.

Il-proġett se jiswa total ta’ €2.3 miljun, li €1.5 miljun minnhom ġejjin mill-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi żar dawn ix-xogħlijiet u spjega li dan il-proġett qed jitmexxa mill-Fondazzjoni Soċjokulturali Ambjentali Agustinjana (FSKAA). 

Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ dawn il-fondi l-wirt kulturali tal-gżejjer Maltin qed ikun ikkonservat permezz tar-restawr li qed isir… Kompli aqra »

Ċelebrazzjoni djoċesana fil-festa ta’ Kristu Re

Terġa' ssir l-Assemblea Djoċesana annwali

Nhar il‑Ħadd li ġej, 21 ta’ Novembru 2021, il‑Knisja Kattolika ser tiċċelebra l‑festa liturġika ta’ Kristu Re. L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna flimkien mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu lill‑Insara jingħaqdu magħhom għal din iċ‑ċelebrazzjoni djoċesana.

Din tibda fil‑5:00 p.m. u ser issir fil‑Bażilika Minuri ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, fejn tingħad it‑talba ta’ filgħaxija (l‑għasar). Qabel iċ‑ċelebrazzjoni ser ikun hemm servizz ta’ qrar u wara jkun hemm quddiesa… Kompli aqra »

Mons. Victor Grech jirbaħ il-Premju Anzjanità Attiva

Ritratt: DOI – OPR

Mons. Victor Grech ingħata l-Premju Anzjanità Attiva. Il-Premju Anzjanità Attiva huwa ċelebrazzjoni ta’ xogħol, impenn u dedikazzjoni fis-settur tal-Anzjanità Attiva. Dan huwa avveniment annwali ddedikat għall-anzjani.

Fl-1984 Monsinjur Grech beda l-proġetti tal-Caritas biex jgħin fi programmi ta’ prevenzjoni u riabilitazzjoni mid-Droga. Fl-1985 huwa waqqaf l-ewwel Komunità Terapewtika għal dawk li jabbużaw mid-droga f’Malta.

Mons. Grech kien ukoll wieħed mill-fundaturi tal-Caritas Europa u kien ukoll iservi fil-Bord tal-Caritas Internationalis u Caritas Europa matul il-perjodu li l-Caritas Europa, fil-format legali attwali tagħha, ġiet stabbilita… Kompli aqra »

Ktieb li jirrikonoxxi ħidmet Patri Arthur Vella

Klabb Kotba Maltin għadha kif ippubblikat il-ktieb Arthur G. Vella – F’kollox inħobb u naqdi dwar il-Ġiżwita Arthur Vella S.J. (1930-2018), magħruf ma’ ħafna bħala ‘Turu’. Il-ktieb jiġbor 30 testimonjanza ta’ persuni li kienu jafuh mill-qrib u li Turu għamel differenza f’ħajjithom.  

Iżda l-għadd ta’ persuni li Turu għamel differenza f’ħajjithom hu ħafna akbar minn hekk. Matul ħajtu akkumpanja numru kbir ħafna ta’ saċerdoti, reliġjużi, koppji u lajċi, u għenhom f’deċiżjonijiet importanti u fil-mixjiet spiritwali tagħhom… Kompli aqra »

22 entità b’position paper lill-membri parlamentari dwar l-użu rikreattiv tal-kannabis

Jappellaw għal dibattitu matur u riċerkat

Tnejn u għoxrin entità ppreżentaw lill‑membri parlamentari position paper dwar l‑abbozz ta’ liġi dwar l‑użu rikreattiv tal‑kannabis. L‑entitajiet, li qed jesprimu l‑oppożizzjoni tagħhom għal din il‑liġi, huma mħassba serjament dwar l‑effetti li ser ikollha fuq is‑soċjetà u qed jappellaw għal dibattitu serju, matur u riċerkat dwar is‑suġġett. Il‑liġi proposta se tkun ppreżentata llum fil‑Parlament għad‑dibattitu.

L‑entitajiet kollha, li ħafna minnhom jaħdmu ma’ tfal u żgħażagħ, jemmnu bis‑sħiħ li kif inhu ppreżentat bħalissa, l‑abbozz se jkollu effett negattiv li jinnormalizza l‑użu tad‑droga filwaqt li jonqos milli jipproteġi kemm lis‑soċjetà kif ukoll lil min juża d‑droga… Kompli aqra »

Aktar minn 1,800 post vakanti għall-istudenti fl-iskejjel tal-Knisja

Dħul fl-iskejjel tal-Knisja f'Malta u Għawdex fl-2022

Ir‑regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2022‑2023 ser jiġu ppubblikati t-Tlieta 16 ta’ Novembru 2021, u huma aċċessibbli hawnhekk. B’kollox ser ikun hemm 1,848 post vakanti għall‑istudenti (1,596 f’Malta u 252 f’Għawdex). L‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal‑‘Ewwel Kriterju’ jsiru bejn it‑23 ta’ Novembru u t‑2 ta’ Diċembru 2021. L‑applikazzjonijiet ta’ ‘Applikanti l‑Oħra’ jintlaqgħu bejn l‑1 u l‑14 ta’ Frar 2022… Kompli aqra »

30 żgħażagħ jipparteċipaw f’YouthEARN

Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) organizzat l-attività ta’ YouthEARN bejn is-Sibt 6 u l-Ħadd 7 ta’ Novembru, li għaliha ħadu sehem 30 żgaħżagħ bejn 15 u 18-il sena minn diversi ċentri madwar Malta.

Dan il-proġett, iffinanzjat mill-Achievers’ Scheme tal-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, ta l-opportunità liż-żgħażagħ jipparteċipaw f’diversi attivitajiet bħal abseiling, archery u camping. Iż-żgħażagħ ħadu sehem ukoll f’sessjonijiet tal-arti u d-drama kif ukoll f’workshop mogħti mis-Sedqa… Kompli aqra »

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-parroċċi

Fi tmiem il-quddies tas-Solennità ta’ Kristu Re nhar it-22 ta’ Novembru 2020, il-Papa Franġisku sejjaħ biex terġa’ titnieda ċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-knejjes. Dakinhar ħabbar li din iċ-ċelebrazzjoni, li tradizzjonalment kienet issir f’Ħadd il-Palm, minn din is-sena tibda ssir fis-Solennità ta’ Kristu Re.

Minħabba li r-restrizzjonijiet tal-pandemija jimpedixxu li tittella’ ċelebrazzjoni fuq livell djoċesan, il-Malta Catholic Youth Network (MCYN) ippreparat gwida dwar kif tista’ ċċelebrata din l-okkażjoni f’kull parroċċa permezz ta’ velja ta’ talb u quddiesa ddedikata apposta… Kompli aqra »