L-Isqfijiet Maltin jifirħu lill-Isqof-elett Henry Joseph Balzan
05/04/2024L‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi jifirħu lil Mons. Henry Joseph Balzan għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku ta’ Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta’ La Serena, fiċ-Ċilì. L‑Arċidjoċesi ta’ Malta u d‑Djoċesi ta’ Għawdex jingħaqdu fit‑talb għall‑Isqof‑elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida afdata lilu.
Mons. Henry Joseph Balzan, saċerdot tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, twieled fl-1 ta’ Novembru 1963 il-Ħamrun. Daħal fis-Seminarju fl-1982 u kiseb il-Baċellerat u l-Liċenzjat fit-Teoloġija fl-Università ta’ Malta… Kompli aqra »