L-Aħbarijiet

Dehra ġdida u bi ħsieb spiritwali għall-knisja ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke

Proġett li ħa diversi snin ta’ ppjanar u xhur ta’ ħidma wassal biex il-Parroċċa ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke issa qed tgawdi minn dehra ġdida bħala parti minn proġett li għandu ħsieb profond li jgħaqqad ir-rakkonti u s-simboliżmi Bibbliċi mal-ħajja ta’ kuljum.

Fil-qofol tal-proġett hemm it-Tabernaklu, li jinsab fiċ-ċentru tal-Knisja. Mal-bibien tat-tabernaklu se jiġu skolpiti għamla ta’ taraġ tal-bronż li jissimbolizza r-rakkont ta’ Natanjel, fejn Kristu qallu: “Għad tara ħwejjeġ ikbar minn dawn, għad tara s-sema miftuħ, u l-anġli ta’ Alla telgħin u neżlin fuq Bin il-Bniedem.”

It-Tabernaklu jinsab f’ċirku tal-irħam ta’ lewn kaħlani, li jissimbolizza l-univers, u jagħti sens tal-infinit u ta’ misteru, bħalma l-bniedem ma jistax jifhem il-misteru tal-Ewkaristija… Kompli aqra »

Taħditiet dwar il-liżar ta’ Turin fil-Knisja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq

Replika tal-Liżar ta’ Turin

Il-Patrijiet Franġiskani tal-Knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq jistiednu lil kulħadd għal katekeżi mifruxa fuq erba’ laqgħat immexxijin minn Prof. Paul Pace.

Is-suġġett ta’ din il-katekeżi għal matul ir-Randan hu l-Liżar ta’ Turin li jinsab fil-Katidral ta’ San Ġwann Battista, u li tiegħu ġiet esposta replika fil-Knisja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq. Hu liżar tal-għażel li juri x-xbieha ta’ raġel li sofra trawma fiżika konsistenti mat-tislib… Kompli aqra »

Il-Jum Dinji għall-Ġustizzja Soċjali: Għaliex ninsabu hawn jekk mhux biex inservu lill-umanità?

On World Day of Social Justice, the CIDSE Secretary General reminds us that every decision we take and every new policy that is implemented have an impact on the lives and livelihoods of others, and that the crises we face today are interconnected.

Social Justice means equality and dignity for all. It means a system is put in place not only to protect but to aid choices people make, as well as to create an environment that keeps them safe and helps them flourish… Kompli aqra »

Jitnieda l-proġett ‘Mumenti’ tal-Azzjoni Kattolika f’Malta

Is-Sibt 17 ta’ Frar tnieda l-proġett Mumenti, megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti, permezz ta’ nofs ta’ nhar seminar bejn il-persuni li jokkupaw kariga ta’ tmexxija fid-diversi friegħi u gruppi tal-Azzjoni Kattolika Maltija. 

F’dan is-seminar, madwar 40 persuna ta’ etajiet li jvarjaw bejn l-20 u s-70 sena li ġejjin minn sezzjonijiet differenti tal-għaqda, iltaqgħu flimkien fil-Parroċċa tal-Iklin għal mument organizzat biex jgħin lil dawn il-persuni mhux biss ikomplu jsiru jafu lil xulxin, iżda biex ikomplu jesprimu s-sabiħ u l-isfidi li jaffaċċjaw fil-missjoni tagħhom u biex ikunu wkoll ta’ sapport għal xulxin.  … Kompli aqra »

Ritratti: Ħadd in-Nies f’Ħaż-Żabbar

  Ħaż-Żabbar

Nhar il-Ħadd 18 ta’ Frar 2024 sar il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’ Ħadd in-Nies li jsir ta’ kull sena fit-toroq ta’ Ħaż-Żabbar fl-ewwel Ħadd tar-Randan. Wara l-pellegrinaġġ saret quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja ċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Fi tmiem l-omelija, l-Arċisqof talab lill-Madonna tal-Grazzja “tbierek lil pajjiżna u tnissel fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna l-barkiet tad-dehen, tal-ħniena, tas-saħħa, tal-għaqda u s-sliem.”

Aktar ritratti Kompli aqra »

Ħames barkiet għal pajjiżna

Ittra Pastorali għar-Randan 2024

L-Ittra Pastorali mill-Isqfijiet

Għar‑Randan ta’ din is‑sena, aħna l‑Isqfijiet qed nipproponu biex bħala pajjiż u bħala Nsara nirriflettu fuq il‑ħames doni mingħand il‑Mulej li l‑poeta nazzjonali Dun Karm Psaila jfakkarna fihom fl‑Innu Malti: id‑dehen, il‑ħniena, is‑saħħa, l‑għaqda u s‑sliem.

“Mexxini fis‑sewwa tiegħek”

L‑ewwel don hu d‑dehen: il‑kapaċità li wieħed jifhem, jagħraf u jiddeċiedi li jagħżel it‑tajjeb mill‑ħażin. Fl‑ewwel Ħadd tar‑Randan, nitolbu fis‑Salm: “Triqatek, Mulej, għarrafni… Kompli aqra »

“Niskopru lil Alla bħala l-missier li ma jixtieqx jitlaqna” – L-Arċisqof f’Ras ir-Randan

Quddiesa fl-Erbgħa tal-Irmied

  Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni (Sarria), il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waħda mill-affarjiet li jolqtuni f’dan il-qari li kull sena nibdew bih ir-Randan huwa li Ġesù jagħtina t-tliet għemejjel tar-Randan: il-karità, it-talb u s-sawm. Il-karità tħares lejn il-proxxmu; it-talb hu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla; u s-sawm hu kif nieħdu ħsieb tagħna nfusna b’ħajja sobrjetà u ta’ kontroll tagħna nfusna. Is-sawm mhuwiex li tgħakkes lilek innifsek b’mod mażokista imma li tieħu ħsiebek bi stil ta’ ħajja mrażżna, il-bilanċ tal-ħajja… Kompli aqra »

Avviż

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Frar 2024, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana, inkluż l-Uffiċċju Żwiġijiet; u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa l-ġurnata kollha.

Il-Kurja u t-Tribunal Ekkleżjastiku se jerġgħu jiftħu s-Sibt, 17 ta’ Frar 2024. Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa għar-Randan 2024

Għeżież ħuti!

Meta Alla tagħna jirrivela lilu nnifsu, b’libertà sħiħa jgħidilna: “Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar” (Eż 20:2). Hekk jiftaħ id-Dekalogu mogħti lil Mosè fuq il-muntanja Sinaj. Il-poplu jaf sew xi ħruġ qed jitkellem fuqu Alla: l-esperjenza tal-jasar għadha mmarkata f’laħmu. Jirċievi l-għaxar kelmiet fid-deżert bħala triq ta’ ħelsien. Aħna nsejħulhom “kmandamenti”, b’enfasi fuq il-qawwa tal-imħabba li biha Alla jeduka lill-poplu tiegħu… Kompli aqra »